Gozo Channel – kirjiet/konċessjonijiet fit-terminals tal-Imġarr u taċ-Ċirkewwa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid il-kumpanija Gozo Channel x’kirjiet jew konċessjonijiet tat fit-terminal taċ-Ċirkewwa u fit-terminal tal-Imġarr? Jista’ jgħid kif ingħataw dawn il-kirjiet jew konċessjonijiet? Min ingħata dawn il-kirjiet jew konċessjonijiet? Kemm hu l-ħlas li qed isir? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta’ kirjiet jew konċessjonijiet oħra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma nħossx li għandi nagħti kopji tal-kuntratti, peress li dawn huma ta’ natura kummerċjali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14331 fejn ġie mistoqsi liema huma t-toroq ġodda f’Għawdex li għadhom qatt ma ġew surfaced bit-tarmak u allura jridu jsiru mill-Ministeru għal Għawdex? Liema huma dawn it-toroq u f’liema lokalitajiet huma? Meta huwa ppjanat li jsiru dawn it-toroq? Liema huma dawk it-toroq li ser isiru matul is-sena kurrenti 2015?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada tinġabar.
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema kienu l-positions of trust li kien hemm fi ħdan l-Ministeru tiegħu u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Studji dwar baga proposta mill-Ministeru għal Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi studji ambjentali u tekniċi saru fuq il-fattibilità tal-baga proposta mill-Ministeru tiegħu? Minn min sar dan l-istudju? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju li sar?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi studji tekniċi dwar il-baga tax-Xlendi qed jiġu kkummissjonati wara taħdidiet ma’ l-awtoritajiet konċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati u ingaġġati persuni mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqghħu taħtu, matul l-2014?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, matul l-2014 ġew impjegati u ingaġġati 15-il persuna mill-Ministeru għal Għawdex u persuna waħda mill-Gozo Channel Company Ltd. Għaxra minn dawn il-persuni li ġew ingaġġati mill-Ministeru, kienu diġa` jaħdmu fis-Settur Pubbliku u ħadu promozzjoni jew reġgħu ġew maħtura fil-pożizzjoni li kienu fiha.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-parti l-kbira tad-dawl tas-swar taċ-Ċittadella fir-Rabat Għawdex issa ilu mitfi numru ta’ ġimgħat? X’ passi qed jieħu biex dawn is-swar jkunu mixgħula kull filgħaxija u toħroġ is-sbuħija tagħhom l-aktar wara li sar investiment qawwi fir-restawr tagħhom minn fondi tal-Unjoni Ewropeja?
Response (REFALO, ANTON)
Il-mixegħla tas-swar taċ-Cittadella hija parti mill-proġett li qed jiġi mwettaq bħalissa għall-Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Master Plan taċ-Cittadella. Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq l-istallazjoni ta’ sistema ġdida tad-dawl kemm fuq barra kif ukoll fuq in-naħa ta’ ġewwa taċ-Ċittadella.
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-twegiba li tajt ghall- Mistoqsija Parlamentari numru 14260.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14119.
Ministeru għal Għawdex – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'
position of trust
mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar
Ministeru għal Għawdex – xiri ta’ karozza għas-Segretarju Permanenti
Question
B’referenza għat-tweġieba tal-mistoqsija parlamentari 14068, jista’ l-Ministru jgħid għala ma weġibx għaliex il-karozza tas-segretarju permanenti fil-Ministeru tiegħu nxtrat b’direct order u ma nġabrux kwotazzjonijiet jew inħareġ tender? Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet li għamilt fil-mistoqsija oriġinali u li ma ġewx imwieġba, ċjoè, kemm swiet din il-karozza, x’inhi l-marka ta’ din il-karozza mixtrija u x’ġara mill-karozza li kien juża s-segretarju permanenti preċedenti? Ma jaħsibx il-Ministru li l-fatt li ma tax din l-informazzjoni mitluba huwa nuqqas serju ta’ trasparenza ta’ kif qed jintużaw il-fondi pubbliċi, anke in vista tal-kumment li għamel il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-Parlament ftit tal-ġimgħat ilu li ma jaqbilx li mistoqsijiet bħal dawn ma jiġux imwieġba?
Response (REFALO, ANTON)
Il-karozza li hija tat-tip Opel, li swiet Euro 21.400 li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant inxtrat skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern. Il-karozza l-oħra li kienet tintuża mill-istess uffiċjali fil-kariga qiegħda tintuża minn uffiċjal ieħor tal-Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm toroq ġodda f'Għawdex li għadhom qatt ma ġew surfaced bit-tarmak u li allura jridu jsiru mill-Ministeru għal Għawdex? Liema huma dawn it-toroq u fl-liema lokalitajiet huma? Meta huwa ppjanat li jsiru dawn it-toroq? Liema minn dawn it-toroq se jsiru matul is-sena 2015?
Response (REFALO, ANTON)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12321 jgħid kemm kien il-valur tal-għajnuna li ngħatat lil kull kunsill lokali f’Għawdex mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid għal liema skop ingħatat kull għajnuna u minn liema vot ġiet mogħtija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dar tal-Anzjani f’Għawdex – diskussjonijiet dwar interessi barranin
Question
B'referenza għall-istqarrija li nħarġet mid-DOI (PR 1034) f'Mejju 2013, jista' l-Ministru jgħid min huma u mil-liema pajji¿ barrani huma l-interessi barranin li ssemmew fl-istess stqarrija u li l-Gvern diġà għamel "diskussjonijiet preliminari" magħhom b'rabta mad-dar tal-anzjani f'Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
L-Onorevoli Interpellant għandu jkun informat li d-diskussjonijiet dwar id-dar tal-anzjani f'Għawdex għadhom għaddejjin. Għaldaqstant jkun prematur li f'dan l-istadju tingħata l-informazzjoni mitluba. Madankollu nserraħ ras l-Onorevoli Interpellant u tal-Għawdxin kollha li l-interessi tal-anzjani Għawdxin huma l-ewwel fi kwalunkwe diskussjoni li dan il-Ministeru jkollu dwar din il-materja.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13911 li saret lill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu l-passi neċessarji biex titwessa’ Triq il-Ponta fiż-Żebbuġ, Għawdex, f’dik il-parti li tagħti għal ħdejn l-iskola primarja taż-Żebbuġ?
Response (REFALO, ANTON)
Minn imkien ma’ jirrizulta li l-interpellanza bin-numru 13911 kienet riferuta lil dan il-Ministeru, tant hu hekk, qed nerġa nitlob lill-Onorevoli interpellant jagħmel il-mistoqsija lil Ministru koncernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13853 peress li fir-risposta tiegħu, għalkemm il-Ministru għamel referenza għall-estimi tas-sena 2015 – Vot 17 rikurrenti, meta wieħed isib dan il-vot, hemm biss ċifra u l-ebda risposta għall-mistoqsijiet jekk hux se jerġa’ ndiedi l-iskema Greener and Cleaner Gozo jew xi skema simili? Jekk iva, meta u kemm hu maħsub li jkunu involti ħaddiema fiha? Jista’ jgħid għaliex qed jevita li jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ċari u diretti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-skema li se tiġi mnedija hija dik msemmija fil-budget u se titħabbar mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Għaldaqstant għal din l-aħħar tar-risposta l-Onorevoli Interpellant għandu jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk wasalx għandu r-rapport dwar l-inċident li fih nqaleb trakk fuq il-vapur tal-Gozo Channel? Jekk wasal għandu, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapport dwar l-inċident li fih nqaleb trakk fuq il-vapur tal-Gozo Channel għadu ma wasalx għand il-Ministeru ghal Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet tal-Gozo Channel qed isiru minn ħaddiema li huma impjegati ma’ kumpanija li ngħatat kuntratt ta’ servizz u mhux mill-ħaddiema impjegati direttament mal-Gozo Channel? Liema huma dawn il-kumpaniji u x’xogħol qed jaħgmlu għall-Gozo Channel? Kemm hu l-valur tal-kuntratt mogħti lil kull kumpanija u għal kemm żmien ngħata dan il-kuntratt? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dawn il-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra? Kif ġew magħżula dawn il-kumpaniji?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm kumpanija waħda li għandha ħaddiema li qed jagħmlu xogħol fuq il-vapuri tal-Gozo Channel. Din il-kumpanija hija l-Koperattiva Għawdxija għall-Indafa Pubblika. Il-valur tal-kuntratt indefinit huwa ta’ €100,000. Il-kumpanija intgħażlet wara li l-kumitat li evalwa l-offerti kollha mitfugħa intgħażel l-orħos waħda li kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tal-offerta. Ġaladarba, l-Onorevoli Interpellant ingħata l-ammont tal-kuntratt, ma narax li hemm għalfejn li jkunu ippublikati dettalji oħra kunfidenzjali li huma inklużi fil-kuntratt minħabba is-sensittivita’ kummerċjali tiegħu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12274 jgħid meta hu mistenni li jkun lest l-istudju li qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex jkunu jistgħu jsiru titjiriet scheduled bejn Għawdex u Malta peress li għaddew kważi sena u nofs minn meta qal lit-Times of Malta li se tinħareġ sejħa għal expression of interest biex isiru dawn it-titjiriet? Min qed jagħmel dan l-istudju? Kif gie magħżul min qed jagħmel dan l-istudju u kemm se jitħallas għall-istess studju? Jekk l-istudju huwa lest, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tender rigwardanti l-Environmental Impact Assessment, konċernanti l-istess Rural Airfield, qiegħed jiġi ppreparat u mistenni jibda l-istess EIA fil-futur qrib.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun il-Ministeru tiegħu responsabbli mill-bini ta' dar tal-anzjani f'Għawdex li suppost se jibda x-xogħol fuqha fil-ġimgħat li ġejjin?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi se jkun responsabbli mill-bini ta' dar tal-anzjani f'Għawdex.
Jista' l-Minstru jgħid meta mistenni tibda tilqa' l-ewwel anzjani fiha d-dar tal-anzjani li se tinbena f'Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-proġett huwa fuq nett fil-lista ta’ prijoritajiet ta’ dan il-Ministeru u għaldaqstant sejjer isir kull sforz biex dan il-proġett jiġi atwat.