Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv jista' jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet? Fl-istess ħin jista' jgħid jekk ttieħdux miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl u l-ilma?
Response (BORG, TONIO)
L-Onor. Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega 'l għala jkun hemm avarji fil-kontijiet. Żgur hu li fejn ittieħdu miżuri ta' 'energy saving' allura dan, ovvjament, kellu mpatt pożittiv.
B'referenza għar-razzett f'Misraħ il-Barrieri l-Imsida, li qed iwassal għal ħafna ġrieden fl-akwati, jista' l-Viċi Prim Ministru flimkien ma' l-awtoritajiet l-oħra kompetenti jirrikkmanda li titwaqqa' parti minn dan ir-razzett li tokkupa u tiżgombra aktar minn nofs it-triq, li wara kollox hi proprjeta' tal-gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li r-razzett in kwistjoni mhux tal-Gvern u l-anqas m'hemm xi talba għal esproprju għand it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern sabiex tkun tista' ssir it-triq. Peress li t-toroq jaqaw taħt ir-responsabbilita' tal-Awtorita' dwar it-Trasport, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru ikkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi proċeduri ntużaw biex il-Birzebbuga Water Polo and Aquatic Sports Club u l-art ta' ħdejh għaddew lill-privat? Jista' jpoġġi pjanta fuq il-mejda tal-Kamra ta' l-art li għaddiet lill-privat? Jista' jgħid min hu l-privat li lilu ġiet trasferita din l-art pubblika?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-proprjeta' fejn hemm il-waterpolo club u pitch ta' B'Bugia, u li kienet ingħatat mill-Gvern b'ċens temporanju lil B'Bugia Sports Club, hija proprjeta' assenjata taħt l-Att Dwar l-Isports u bħala tali taqa' taħt l-amministrazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Isports. Għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-2002 kemm immigranti ħarġu mid-detention centres? Dawn għandhom working permit? Dawn jirreġistraw għax-xogħol? Huma obbligati jagħmlu l-ktieb tax-xogħol biex jaħdmu? Jingħatalhom permess biex iġibu qraba tagħhom f'Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2002 u llum in-numru ta' immigranti li ħarġu mid-detention centres hu ta' 6,625.
Infurmat ukoll li talbiet minn dawk li jkunu ġew mogħtija xi tip ta' permess li jibqgħu Malta sabiex iġibu qraba tagħhom f'Malta, ikunu ikkunsidrati fuq il-mertu u ċirkostanzi partikolari għal dik it-talba.
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-aħħar kors tas-surġenti kemm għaddew u kemm weħlu? Jista' jgħid kemm kien hemm minn dawk li weħlu li applikaw għal aktar minn darba? Kemm-il darba applikaw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-aħħar kors tas-surġenti fil-Korp tal-Pulizija, għaddew 94 kuntistabbli filwaqt li 25 weħlu. Minn dawn li weħlu, tmintax applikaw l-ewwel darba, tnejn it-tieni darba u erba' t-tielet darba u wieħed is-sitt darba.
Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Priġunieri Maltin u barranin
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' priġunieri Maltin u barranin fil-Fakulta' Korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid jekk persuna ssentenzjata tistax tibdel l-indirizz tar-residenza waqt li qed tiskonta s-sentenza? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm-il darba saret din fl-aħħar sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' priġunieri ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin fid-9 ta' Lulju 2007 kien ta' tlett mija u ħamsa u sittin. Hemm mitejn u wieħed u ħamsin Maltin u mija u erbatax barranin.
Ma hemm xejn li jżomm persuna sentenzjata milli tibdel l-indirizz jew il-post tar-residenza waqt li tkun qed tiskonta sentenza. Fl-aħħar sena qatt ma kellna xi każ simili.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'wasslu sabiex ħa d-deċiżjoni sabiex il-proġett pilota għal dar għal ex-priġunieri li m'għandhomx fejn joqogħdu jsir f'Bormla u mhux f'lokalita oħra? X'wasslu biex ġiet identifikata Bormla?
Response (BORG, TONIO)
Id-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi m'għandu x'jaqsam xejn ma' dal-proġett.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Jista' jgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
L-Onor. Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega 'l għala jkun hemm avarji fil-kontijiet. Żgur hu li fejn ittieħdu miżuri ta' 'energy saving' allura dan, ovvjament, kellu mpatt pożittiv.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fid-dekasteru tiegħi kienet kif ġej:-
Dipartiment
Jannar
Frar
Marzu
Rimarki
Segretarjat Permanenti
xejn
Lm68.04
xejn
light sensors
Pulizija
Lm768.86
xejn
xejn
ħlas tal-bilanċ ta' sistema fotovoltaika
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kellu impjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena, min huma, x'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25661.
Ninsab infurmat illi ż-żewġ persuni li għandhom 'il fuq minn 61 sena indikati f'din it-tweġiba huma:
1) Direttur Ġenerali fid-Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u ta' l-Artijiet li jaħdem full-time u qiegħed fuq skala 3;
2) Reġistratur fiċ-Ċentru tal-Medjazzjoni li jaħdem part-time u jitħallas bir-rata ta' Lm400 fix-xahar.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn fabbriki u lukandi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-informazzjoni għax-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 24874, 24876, 24878 u 25834, filwaqt li ninsab infurmat illi l-figuri għax-xhur ta’ Mejju u Ġunju huma kif ġej:-
Fabbriki
Lukandi
Mejju
2
20
Ġunju
xejn
40
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn mużewijiet u dipartimenti ta' l-istat matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, ġew irrapurtati 28-il serqa minn postijiet tal-Gvern, li 11 minnhom kienu jinvolvu oġġetti personali ta' persuni waqt li kienu f'dawn il-postijiet.
Jista' l -Viċi Prim Ministru jivverifika jekk il-kunsill lokali ta' Pembroke huwiex jagħti l-uffiċini tiegħu, kif jidhru minn fuq website, għall-kiri ta' skola ta' l-Ingliż? Din l-iskola għandha permess biex topera? Kemm qed idaħħal flus il-kunsill? Saru xi tenders? Dan huwa skond il-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn stħarriġ li għamel id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ma jirriżultax illi l-Kunsill Lokali Pembroke qed jikri l-uffiċini tiegħu għal skola ta' l-Ingliż. Pero' jekk l-Onor. Interpellant għandu xi informazzjoni partikolari, jgħaddihieli.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex ittra li ntbagħtet l-għassa ta' Tas-Sliema fuq bollards mwaħħlin mingħajr ebda permess fi Trejqa Gennaro Camilleri tibqa' bla risposta? Għaliex dawn il-bollards bla permess ta' kull awtorita' għadhom hemm? Min waħħal dawn il-bollards u x'passi se jittieħdu kontra din il-persuna? Jistgħu jitneħħew dawn il-bollards, ġaladarba huma ta' periklu u jżommu d-dħul ta' ambulanza jew fire engine f'din it-trejqa, li tagħti fuq żewġ toroq prinċipali u hija aċċess għal car park taħt l-art ta' lukandi fuq żewġ naħat?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li għaddejt l-ewwel parti tal-Mistoqsija lill-awtoritajiet tal-Pulizija sabiex tingħata risposta kemm jista' jkun malajr għall-ittra msemmija, nirreferi ukoll lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġibiet li jiena tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 24923 u 25546.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ħlas għall-użu ta' Luxol carpark f'Pembroke għall-kunċert ta' Sting f'Ġunju 2006? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-ħlas kull metru kwadru?
Response (BORG, TONIO)
Permessi għal użu ta' proprjeta' pubblika sabiex isiru attivitajiet ta' ftit siegħat jingħataw mill-Kunsill Lokali u mhux iżjed mit-Taqsima tal-Proprjeta tal-Gvern. Għaldaqstant it-Taqsima tal-Proprjeta' tal-Gvern ma daħħlet ebda ħlas għal din l-attivita'.
Ninsab infurmat illi f'din l-okkażżjoni l-Kunsill ma talabx ħlas, iżda ngħata donazzjoni ta' Lm1,200.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ħlas għall-użu tal-pjazza quddiem il-Palazz fil-Belt Valletta għal kunċert ta' Carreras f'Ġunju 2007? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-ħlas kull metru kwadru?
Response (BORG, TONIO)
Permessi għal użu ta' proprjeta' pubblika sabiex isiru attivitajiet ta' ftit siegħat jingħataw mill-Kunsill Lokali u mhux iżjed mit-Taqsima tal-Proprjeta tal-Gvern. Għaldaqstant it-Taqsima tal-Proprjeta' tal-Gvern ma daħħlet ebda ħlas għal din l-attivita'.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar telefonati anonimi li saru u li għadhom isiru lis-sindku tal-Mosta? Jarax li jekk ġie lokalizzat psot minn fejn saru t-telefonati anonimi xi snin ilu x'inhu jżomm lill-puliżija milli tipproċedi skond il-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi din l-investigazzjoni għadha mhix konkluża.