Legislature:
Category:
Reset
Active:

Figuri tal-GDP

Question

Dwar il-figuri tal-GDP per capita li ġew mqiegħda fuq il-mejda tal-Kamra dan l-aħħar, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuwa l-persentaġġ u l-ammont ta' pagi factored in f'dawn il-figuri per capita?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli illi b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27872 nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persentaġġ u l-ammont ta’ pagi factored in fil-figuri tal-GDP per capita huma indikati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

National Insurance Contributions

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27394 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jindika meta l-persuna minn San Gwann, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mistennija tirċievi refund tan-national insurance contributions li ħallset intortament meta f'mod skorrett tawha x'tifhem li minkejja li ma kenitx taħdem u kellha diġa' 57 sena jekk tħallas il-bolla għall-aħħar 4 snin setgħet tikkwalifika għall-benefiċċju soċjali? Evidenza dokumentata tal-kontribuzzjoni li ħallset jinsabu f'idejn il-Ministeru.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Fund for Good Causes

Question

Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27278, 27799 u 27930 u jgħid matul din is-sena liema għaqdiet u proġetti ġew iffinanzjati mill-Fund for Good Causes li ġej mill-lotteriji? Liema għaqdiet oħra ġew mgħarrfa li se jingħataw fondi u x'inhuma l-proġetti ffinanzjati? Fuq liema kriterji ġew magħżula l-għaqdiet u l-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Investiment flok reġistrazzjoni ta' flus

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27810, jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27923 u jgħid kemm ġew depożitati flus fl-iskema tal-Gvern u x'għamel il-Gvern biex isir jaf għaliex l-iskema ma tqisetx attraenti biżżejjed biex tiġbed iżjed depożiti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont li ġie reġistrat kien ta’ Lm69 miljun. Il-Gvern seta’ għamel l-iskema ħafna aktar attraenti kieku ma għamel l-ebda penali, pero’ dan ma kienx ikun ġust fil-konfront ta’ min dejjem ħallas it-taxxi. Il-Gvern ta’ l-opportunità biex wieħed jirregolarizza ruħu, hemm min għażel li jieħu l-opportunità u hemm min le. Għal Gvern l-istorja tieqaf hemm.

Income ta' Persuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27988 u jagħti informazzjoni dwar id-dħul (income) ta' persuni għas-snin 2005 u 2006 f'dawn il-kategoriji: Persuni single; persuni miżżewġa pero' li jiddikjaraw joint declaration u miżżewġa li jiddikjaraw separate declaration u dan f'income brackets segwenti cioe Minn 0 sa Lm 4,500 Lm 4,500 sa Lm 6,000 Lm 8,000 sa Lm 10,000 Lm 10,000 sa Lm 12,000 Lm 12,000 'il fuq. Kemm kien id-dħul totali ta' taxxa (income tax) mill-kategoriji ta' persuni fuq indikati għall-istess perijodu 2005 u 2006? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm dħul income tax revenue minn dawn il-kategoriji ta' taxpayers għas-snin 2006 u 2007 għal A) banek u B) partnerships u limited liability companies?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul (income) u taxxa (income tax) għas-sena 2005 mill-kategoriji msemmija kien kif muri f’tabella 1 mehmuża. Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni għadu għaddej bix-xogħol fuq is-sena 200t u għalhekk għalissa mhux qiegħed f’pożizzjoni li jagħti l-figuri kompleti. Id-dħul ta’ income tax għas-snin 2006 u 2007 sas-16 ta’ Ottubru 2007 għal kategoriji msemmija huma kif murija f’tabella 2. Noti i) L-ammonti ta’ taxxa huma ta’ pagamenti li saru fil-lira Maltija biss. ii) Pagamenti ta’ ‘partnerships’ jiġu allokati fuq diversi individwi li jkunu jiffurmaw il-‘partnership’.

Sptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed jitħallas il-kuntrattur li qed jopera l-kuntratt tas-sigurta' fl-Isptar Mater Dei ras għal ras kull siegħa servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Kuntrattur li qed jopera l-kuntratt tas-sigurtà fl-Isptar Mater Dei qed jitħallas Lm2.35+VAT kull siegħa għal dan is-Servizz.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Repair and upkeep

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Għawdxin jaħdmu f"Malta

Question

Jista' l-prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fis-settur pubbliku f"Malta? Ma' liema dipartiment, korporazzjoni, aġenzija kumpannija, eċċ. qegħdin jaħdmu? X'inhu l-grad tagħhom? X'kumpens għandhom, skond fejn jaħdmu, biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali li għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27548.

Ħajt tas-sejjiegħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jara għalfejn dak li ntalab f'mistoqsija parlamentari 24951 cioe għalfejn twaqqa' ħajt tas-sejjieħ f'proprjeta' privata minn Skanska fl-Isptar l-ġdid u jara li jerġa' jinbena kif kien, għadu ma seħħx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħajt imsemmi ma kienx inbena minħabba li x-xogħlijiet ta’ landscaping fis-sit ta’ l-isptar Mater Dei kienu għadhom ma tlestewx. Dan il-ħajt ser jerġa’ jinbena f’qasir żmien.

Somma mogħtija lill-Skanska

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27072 u jgħid kemm kienet is-somma totali mogħtija lill-Skanska minn meta beda l-proġett ta' l-isptar f'Tal-Qroqq? Jista' jgħid kemm hi s-somma li għadha dovuta lill-Skanska?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru W 379.

Proġetti f'Għawdex — Skeda ta' pagamenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħidli x'inhi l-iskeda tal-pagamenti kif stipulat f'kull kuntratt li sar mal-Kummissjoni Ewropea dwar proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perijodu ta' programmazzjoni 2004-2006 u taħt il-programm ta' pre-adeżjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar il-programm ta’ pre-adeżjoni hi kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Investiment flok reġistrazzjoni ta' flus

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-gvern jew awtoritjiet finanzjarji dwar banek u konsulenti finanzjarji li taw parir lill-klijenti tagħhom ma jirreġistrawx flushom fl-iskema tal-gvern għar-reġistrazzjoni ta' flus Maltin qabel id-dħul ta' l-euro iżda f'tipi oħra ta' investiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27810.

Kumitat inter-ministerjali tat-turiżmu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul ix-xhur tas-sajf kemm-il darba ltaqa' l-kumitat inter-ministerjali tat-turiżmu u x'temi ddiskuta u ddeċieda dwarhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27830.

Tkeċċija ta' Impjegati taċ-Ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mpjegati taċ-Ċivil li tkeċċew din is-sena u għaliex? Fejn kienu jaħdmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi s’issa din is-sena kien hemm sebgħa uffiċjali pubbliċi li tkeċċew mis-Servizz Pubbliku. It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onorevoli Interpellant jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

PSC

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm każi quddiem il-PSC llum u għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm għaxar każijiet ta’ dixxiplina quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi għaliex dawn il-każijiet tad-dixxiplina għadhom quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Żjara fl-Awstralja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27386 u jgħid min kienu l-membri kollha tad-delegazzjoni li akkumpanjatu l-Awstralja u min kienu l-ġurnalisti u rappreżentanti tal-media li telgħu miegħu? Huwa minnu li fosthom kien hemm ta' Where's Everybody? X'arranġamenti finanzjarji saru dwar l-akkumpanjament u l-vjaġġi u akkomodazzjoni u ikel tal-ġurnalisti li kellu miegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Delegazzjoni fl-Awstralja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27385 u jgħid x'kienet in-nefqa totali taż-żjara tiegħu u tad-delegazzjoni fl-Awstralja, inkluż l-passaġġi ta' l-ajru, etc?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Dar Malta fi Brussels

Question

Rigward Dar Malta fi Brussels, tista' tikkonferma li l-ispiża fil-manutenzjoni u xogħlijiet oħra f'Dar Malta ma qabżitx l-ispiża stmata ta' Lm2.5 miljun? Tkun lest toħroġ lista ta' kif inqasmu dawn l-ispejjeż? Xi żviluppi kien hemm fid-diffikultajiet ta' tassazzjoni li sab il-gvern Malti meta ġie biex jikri partijiet minn Dar Malta lil terzi għal skopijiet kummerċjali? Kien hemm soluzzjoni għal din il-problema? Instabu kumpanniji lesti li jikru partijiet minn Dar Malta? Kien hemm xi ftehim ma xi kumpanniji f'dan ir-rigward? Meta huwa mistenni li l-Gvern Malti jibda jdaħħal il-flus minn dawn il-kirjiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25627.

Dar Malta fi Brussell

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta huwa maħsub li l-gvern jibda jikri l-ispazju f'Dar Malta fi Brussell li mhux jintuża mill-gvern Malti? Lil min se jikri dan l-ispazju u b'liema prezz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24645.