Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 18123?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li mal-Ministeru tat-Turiżmu hemm erba' konsulenti.
Ir-renumerazzjoni li jitħallsu huwa ta' Lm4,244, Lm5,849, Lm1,600 u Lm5,014. Ma jieħdu ebda 'fringe benefits'.
Tnejn minn dawn il-konsulenti kienu mpjegati mal-Gvern.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17356 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba dwar liema Dipartimenti/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi kkommissjonaw is-servizz; l-avukati jew konsulenti legali li taw is-servizz; kemm tħallsu għas-servizz; u x'tip ta' servizz li ngħata f'kull każ.
Minħabba n-natura ġeneralment speċjalizzata tas-suġġett partikolari, is-servizz individwali ntalab minn avukati/għaqdiet ta' avukati/konsulenti legali li kienu esprimew interess li jidħlu għal dan it-tip ta' xogħol wara li saret sejħa pubblika. F'kull każ il-ħlas għas-servizz ġie stabbilit skond il-provvedimenti tar-Regolamenti Finanzjarji u fuq il-parir ta' 'adjudicating board' imwaqqaf apposta u, fejn l-ammont kien ta' aktar minn Lm2,500, wara awtorizzazzjoni speċifika tal-Ministeru tal-Finanzi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartmenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarji u kondizzjonijiet għandhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista'jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' ħaddiema li huma on loan ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu?
Jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' ħaddiema 'on loan' ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta huwa ta' sitt impjegati kif ġej:
2 Diretturi Eżekuttivi
1 'Manager'
2 Messaġġiera
1 Xufier
Jikkonferma l-Ministru li bħalissa għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet bejn il-UHM u l-MTA għar-reviżjoni tal-ftehim kollettiv ġdid? Meta se jintlaħaq ftehim biex il-ħaddiema jibdew igawdu l-ftehim il-ġdid?
Response (REFALO, MICHAEL)
Diskussjonijiet bejn il-UHM u MTA għar-reviżjoni tal-Ftehim Kollettiv għadhom għaddejjin. Hija t-tama tiegħi li ftehim jintlaħaq fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingaġġat ħaddiema ġodda l-Malta Tourism Authority mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? F'liema gradi ġew ingaġġati u kemm qed jieħdu salarji u benefiċċji oħra? Mil-liema lokalita' ġejjin il-persuni ngaġġati?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 18031.
Infurmat li dawn l-impjegati li daħlu jaħdmu ma' l-Awtorita' huma residenti f'dawn il-lokalitajiet:
Żejtun (1), Tarxien (1), Fgura (3), Buġibba (1), Sta. Venera (4), San Pawl tat-Tarġa (1), B'Kara (2), Żurrieq (1), San Ġwann (1), Lija (1), Sliema (1), Birżebbuġa (1), San Ġiljan (1), Gżira (1), Pembroke (1) u Mellieħa (2).
Infurmat ukoll li l-ħlas u benefiċċji oħra li jgawdu huma kif ġej:
Direttur - Lm9,298
Lm1,000 'allowance, use of car, mobile telephone, private telephone bills'
'Senior Manager' - Lm7,469
Lm 600 'allowance, private telephone bills'
'Executives' - Lm5,825
Lm 400 'allowance *'
'Clerks' - Lm4,121
'Part-time Casuals' - Lm1.75 fis-siegħa
L-impjegati 'full time' huma wkoll intitolati għall-'Private Health Scheme', 'Accident Insurance' u 'Life Insurance'.
*Persuna minnhom hi intitolata għall-'Allowance' ta' Lm250 fis-sena għall-dmirijiet fl-ajruport.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' ħaddiema li huma on loan ma' l-ITS?
Jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' ħaddiema 'on loan' ma' l-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi huwa ta' tlieta u tletin impjegat kif ġej:
29 'Lecturer'
1 'Works Technical Officer'
1 'Kitchen Technician'
1 'Watchman'
1 'Part-time Catering Facilities Manager'
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar u riċevimenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2000 mill-Ministeru, dipartiment u korporazzjonijiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar, kif jitlesta l-proċess tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħtu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Mejju, 2000?
Jista' jgħid min kienu u x'tip ta' xogħol qed jgħamlu?
Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet irċevew?
Response (REFALO, MICHAEL)
it-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa?
Jista' jgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'?
Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu impjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li l-informazzjoni mitlub qeghda tingabar, kif jistlesta l-process twegiba tinghata f'seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-renumerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-konsulenti kienu mpjegati mal-gvern?
Response (REFALO, MICHAEL)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid sat-tliet snin li ġejjin, b'kemm se jiżdiedu s-sodod f'lukandi lokali?
B'kemm hu ppjanat li jiżdiedu t-turisti lejn Malta fl-istess żmien?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li mit-talbiet li tressqu quddiem il-Bord tal-Lukandi u Stabbilimenti ta' l-Ikel hu maħsub li sa l-aħħar tas-sena 2003 jista' jkun hemm żieda massima ta' 6,250 sodda fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni għat-turisti. Fil-biċċa l-kbira dawn it-talbiet għad iridu jgħaddu mill-proċess tagħhom quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Il-'World Travel and Tourism Council' ibassar żieda medja ta' 3% kull sena għat-turiżmu dinji għall-perijodu 2000 sa l-2010. Ir-rata ta' espansjoni għar-reġjun tal-Mediterran hi inqas. Madankollu, l-mira ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu kif tirriżulta mill-Pjan Strateġiku li ġie publikat reċentement, hi wkoll ta' żieda ta' 3% fis-sena.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 16820 dwar l-ispiża tal-kampanja tal-Malta Tourism Authority fuq stazzjonijiet tat-TV lokali u mistoqsijiet relatati?
Response (REFALO, MICHAEL)
L-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta ftehmet biex il-kampanja li qed tagħmel fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni tiġi trasmessa mingħajr ħlas.
Ninsab infurmat li l-kumpaniji li ngħataw il-kuntratt sabiex jipproduċu dawn l-'ispots' televiżivi kienu 'ANG Ltd' u 'Picture Box Ltd'. L-istudju biex jiġi mistħarreġ is-siwi tal-kampanja sar minn 'Marketing Advisory Services Ltd'.
Infurmat li f'kull każ il-proċess ta' għażla sar wara sejħa għall-offerti.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum?
X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?
X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ?
Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?
Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li l-Ministeru u d-Dipartimenti li għalihom hu responsabbli, normalment jirrikorru għand l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali kull meta jkun hemm ħtieġa li jiksbu servizzi legali.
L-Awtorita' tat-Turiżmu tinqeda bis-servizzi legali tad-ditta ta' avukati Grech, Hyzler u Tortell u tħallas 'retainer' ta' Lm3000 fis-sena għal dan is-servizz.
Madankollu matul l-1999 il-Ministeru kompla jinqeda bis-servizzi legali tad-ditta 'Camilleri Preziosi and Associates' fit-tfassil ta' l-Abbozz tal-Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta. Din id-ditta kienet tqabbdet xi snin qabel mill-'NTOM' biex tagħmel dan ix-xogħol għal ħlas ta' Lm2,500.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bord ta' l-HCEB għandux policy li ma jagħtix permessi għall-operazzjoni ta' bars u restaurants ġodda fi Triq Wilġa, Paceville?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-'H.C.E.B.' tirregola l-lukandi u l-istabbilimenti li jservu ikel u għalhekk il-'bars' ma jaqgħux taħt ir-responsabbilita' tagħha iżda tal-Pulizija.
Il-'policy' tal-'H.C.E.B.' dwar permessi ġodda ta' stabbilimenti li jservu ikel f'Paceville hi li tillimita ruħha għal dawk li jilħqu, għallinqas, l-istandard tat-Tieni Klassi ta' ristorant.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17373?
Response (REFALO, MICHAEL)
Irrid ninforma lil-Onor. Interpellant li wara li sar aktar stħarriġ dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant jirriżulta li fl-1996 inxtara tagħmir ta' 'computers' eċċ. mingħand 'Medway Import - Export Agency' bil-valur ta' Lm6985.75.
Il-kumpanija msemmija ma ġietx inkarigata teżegwixxi l-ebda xogħol ta' tiswijiet fuq dan it-tagħmir.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatabilita' eċċ ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli, eċċ,. ta' l-Unjoni Ewropea u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum?
X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?
X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ?
Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?
Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?
Response (REFALO, MICHAEL)
It-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra minħabba li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum?
X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?
X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ?
Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?
Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?
Response (REFALO, MICHAEL)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qegħda tinġabar u t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru ikkummissjonax xi economic impact assessment dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Jekk iva, x'terms of reference kellhom? Minn min saru? X'kienu s-suġġetti ttrattati?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi ressaq talba biex mill-fondi tar-Raba' Protokol bejn Malta u l-Unjoni Ewropea jsir studju dwar l-impatt ta' l-'Acquis' fuq ċerti aspetti li jistgħu jolqtu s-settur turistiku b'mod negattiv. Peress li bla ebda dubju l-impatt ekonomiku ser ikun pożittiv ma deherlix li l-flus allokati mill-Unjoni Ewropea għall-stħarriġ għandhom jiġu utilizzati f'dan il-kamp.