Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru pazjenti barra pajjiżna għall-kura matul is-sena 2006? Jista' jgħid fejn intbagħtu għall-kura u kemm kienet l-ispiża totali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' pazjenti li siefru għall-kura barra min Malta matul is-sena 2006 kien 265. Il-pazjenti intbagħtu kollha għall-kura fir-Renju Unit ħlief għal waħda li ntbagħtet l-Iżrael. L-ispiża totali kienet Lm50,2612.
Jista' l-Ministru jgħid x'ser jiġri mill-Isptar San Luqa, meta dan jagħlaq? Meta hu mistenni li dan jagħlaq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Parti mill-isptar San Luqa ser tkompli tintuża bħala faċilita' temporanja għar-riabilitazzjoni sakemm tkun lesta l-faċilita' l-ġdida ppjanata li tinbena f'Ħal Luqa. Il- kumplament tal-binja tgħaddi lura f'idejn il-Lands Department.
Jista' l-Ministru jgħid, f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru jew enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu, ittieħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma kien hemm ħadd fid-dikasteru jew entitajiet li qabeż ic-ceiling allokat għal-mobile matul Jannar, Frar u Marzu 2007.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Mobile phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Matul Jannar, Frar u Marzu 2007 inxtara mobile phone ġdid wieħed bi prezz ta' Lm39. Dan kien fi sptar Monte Carmeli għall-użu tal-Community Manager.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Telefonati minn linji fissi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Matul Jannar, Frar u Marzu 2007 in-nefqa globali fuq telefonati minn linji fissi kienet ta' Lm74,759.83 maqsuma hekk:
Division + SLH Lm54,726.74
GPS Lm4,140.21
MCH Lm5,780.88
ZCH Lm2,730.00
Elderly & Comunity Care Lm4,300.00
Boffa Lm3,082.00
Total Lm74,759.83
Din iċ-ċifra ma tinkludix in-nefqa mill-Awtorita' dwar il-Mediċini peres li din għadha qed tistenna jaslulha l-kontijiet għall-imsemmija perjodi.
Uffiċjali tal-promozzjoni tas-saħħa — Taħditiet fl-iskejjel dwar l-ikel u x-xorb
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta u f'liema skejjel saru taħditiet minn uffiċjali tal-promozzjoni tas-saħħa dwar liema ikel u xorb huwa tajjeb għall-istudenti f'din is-sena skolastika?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Din is-sena skolastika bħall-snin oħrajn, saru diversi interventi fl-iskejjel dwar ikel nutrittiv skond id-domanda li d-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa kellu mill-iskejjel. Barra minn hekk, id-Dipartiment ukoll jisħaq li ma jkoprux biss taħdidiet, iżda proġetti sħaħ biex jitwassal il-messaġġ.
Wieħed minn dawn il-proġetti huwa Shape Up, proġett li qed isir fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni u li jindirizza l-obesita' mill-aspetti kollha, inkluż l-aspett soċjali, kulturali u politiku. L-iskejjel li qed jieħdu sehem f'dan il-proġett mhux biss jgħallmu dwar l-ikel u xorb tajjeb għas-saħħa, iżda għażlu biex jaħdmu fuq aspetti ta' saħħa li jikkonċernaw lilhom direttament. Kull skola qed torganiżża ukoll Shape Up Week bħal kumplament tal-pajjiżi, fejn ser isiru attivitajiet ta' sports u ikel bnin li jinvolvi l-ġenituri u l-komunita' fejn tinsab l-iskola. Meta jsiru dawn l-attivitajiet, dejjem isiru ukoll taħdidiet għall-ġenituri tat-tfal minn uffiċjali tad-Dipartiment.
Il-Healthy Breakfast ukoll baqa' jsir fl-iskejjel, proġett fejn it-tfal jitgħallmu kif jibdew il-ġurnata b'kolazzjon tajjeb. Hawnhekk ukoll isiru interventi għall-ġenituri, li minbarra taħdidiet, jikkonsistu wkoll minn ideat prattiċi.
Taħdidiet bħall dawn isiru f'kull tip ta' skejjel, jiġifieri primarji, sekondarji u post sekondarji, u kemm f'ta' l-istat, tal-knisja u dawk indipendenti f'Malta u f'Għawdex.
Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa ma jżommx statistika komprensiva kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim (kuntratt) li sar bejn il-gvern u l-privat (Care Malta) għall-bini tad-dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaqqaf ir-relieving pool f'St. Vincent de Paule Residence biex jagħmel tajjeb għal dak l-istaff li jkun jinħtieġ jieħu l-vacation leave?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Tista l-Onor. Interpellant tispeċifika għal-liema kategorija ta' ħaddiema qed tirreferi.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-menu ta' l-ikel li ġew mitmugħa l-anzjani f'St Vincent de Paule Residence matul dan l-aħħar xahar, ġurnata b'ġurnata?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-menus fir-residenza San Vinċenz de Paul jinħadem fuq perjodu ta' ġimgħa u jolternaw bejn żewġ menus fuq bażi ta' menu differenti kull ġimgħatejn.
Kopji ta' dawn il-menus qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex f'ċerti swali f'St Vincent de Paule Residence l-anzjani bdew jiġu maħsula fl-4.30 a.m. meta normalment jibdew jiġu maħsula wara s-7.00a.m., bil-konsegwenza li l-anzjani ġew disturbati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li mhux proċedura li residenti jiġu maħsula fl-4.30am. F'dawn l-aħħar għaxar snin, każijiet fejn residenti tqajjmu kmieni kienu iżolati bħal per eżempju fejn numru ta' residenti marru ġurnata Għawdex.
Filwaqt li napprezza t-tweġiba li tani l-Ministru għall-ewwel parti ta' mistoqsija parlamentari 24857, jista' jekk jogħġbu jagħtini tweġiba għall-aħħar parti tal-mistoqsija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dawn il-persuni ġew impjegati bħala part-timers u sal lum ma jidhirx li hemm il-każ li dawn jiġu mpjegati full time.
Jista' l-Ministru jgħid jekk anzjani li għandhom il-Karta Anzjan humiex intitolati għal xi roħs fuq it-telefon? Jekk iva, x'għandhom jagħmlu biex igawdu minn dan ir-roħs?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-roħs fuq il-kera tat-telephone (Maltacom) huwa dovut biss lil dawk l-anzjani li għandhom il-karta anzjan flimkien mal-karta r-roża valida (i.e. trid tkun imġedda). Dawn jistgħu japplikaw għal servizz billi jmorru fiċ-Ċentru tal-Customer Care l-Belt (Ċentru Servizz Anzjani), mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jew Kunsill Lokali tal-lokal, bl-internet billi jidħlu fis-sit tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' fis-servizz tar-Rebates, jew inkella bil-posta.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi tat-tindif li ngħataw kuntratt matul is-sena 2006 għal xogħol fl-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-uniku kuntrattur ta' tindif li ngħata kuntratt b'tender matul is-sena 2006 fl-isptar San Luqa kien:
Joseph Degiorgio
Degiorgio Buildings
Triq l-Għerusija
Balzan
Jista' l-Ministru jgħid liema kien ix-xogħol ta' refurbishment li sar fl-Isptar San Luqa matul is-sena 2006? X'kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ix-xogħol ta' refurbishment li sar fl-isptar San Luqa matul is-sena 2006 u l-ispiża f'kull każ huwa kif jidher hawn taħt:
Is-Sala li kienet magħrufa bħala M5 ġiet refurbished u saret il-Medical Admission Unit bi spiża ta' Lm41,135.74. Din is-somma tinkludi makkinarju mediku u sodod ġodda. Xogħol ieħor ta' upgrading li sar matul is-sena jinkludi:
Gynae Ward and Gynae Theatre (plastering and painting finishes) Lm250
Orthopaedic Out Patients (plastering and painting finishes) Lm500
Ante Natal Ward and Labour Ward (plastering and painting finishes) Lm430
Post Natal Ward (plastering and painting finishes) Lm645
Physiotherapy Department (plastering and painting finishes) Lm813
Occupational Therapy Department (plastering and painting finishes) Lm135
Main Kitchen (plastering and painting finishes) Lm256
Main Theatre (plastering and painting finishes) Lm493
Orthopaedic Theatre (plastering and painting finishes) Lm90
Karen Grech Theatre (plastering and painting finishes) Lm425
Security Including Rooms (plastering and painting finishes) Lm43
Disney Land Ward and Corridor (plastering and painting finishes) Lm65
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb jew pjan li ssir Dar ta' l-Anzjani, f'Haz-Zabbar? Dan minħabba li dan l-lokal qed jikber ħafna u qed tiżdied it-talba għal dar bħal din?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li fil-preżent m'hemm l-ebda ħsieb li ssir Dar ta' l-Anzjani f'Ħaż-Żabbar.
Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Lista' ta' aġenziji ta' reklamar
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab hawn taħt:
Sena 2005 Lm
Sptar San Luqa Communique Creative Ltd. 1,015
Sena 2006 Lm
Sptar San Luqa Communique Creative Ltd. 1,368
Mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum, meta l-Ministru mexxa delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta, jista' jgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru tiegħu, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fit-tabella ta' hawn taħt:
2006
Kumpanija
Prezz
Kif intgħażlu
Air Malta
345.68
Permezz ta'
Quotations
Air Malta
568.98
Permezz ta'
Quotations
Bianchi Travel
430.83
Permezz ta'
Quotations
2007 (s'issa)
-
-
-
Jikkonferma l-Ministru li l-mediċina Travatan ilha out of stock mill-isptar u miċ-ċentri tas-saħħa għal diversi xhur? Meta mistennija li tkun għad-dispożizzjoni tal-pubbliku biex ma jkollhomx ikomplu jixtruha minn buthom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 24824, id-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern jixtieq javża li n-nuqqas kien wieħed temporanju sakemm waslet il-konsinna li kien imiss. Issa tqassmet u tista' tinġabar mill-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa u l-isptarijiet tal-Gvern.