Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37313 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ġew ingaġġati l-ħaddiema fil-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u li jaħdmu mal-FSM fuq bażi part-time? Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar minn meta ġew ingaġġati mal-FSM, f'kull każ, kemm kienet il-paga ta' dawn l-individwi? Jista' l-Ministru jagħti dawn id-dettalji bl-isem ta' l-impjegati nvoluti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għandha żewġ impjegati fuq bażi part time. Dawn l-impjegati ġew ingaġġati kif ġej: Isem: Sur Edwin Muscat Kariga: Procurement Manager Ġie mpjegat: 1 ta' Awwissu 2002 Pakkett Finanzjarju: LM7,500 per annum (Lm625 fix-xahar) Benfiċċi: Mobile Phone Siegħat fil-ġimgħa: 25 Isem: Perit William Carbonaro Karriga: Contracts Manager Ġie mpjegat: 14 ta' Mejju 2001 Pakkett finanzjarju: Lm7,200 per annum (Lm600 fix-xahar) Siegħat fil-ġimgħa: 24
Leg 9 PQ #37314 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

WSC — Ilma tal-vit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba fl-2002 instab li ilma tal-vit ma kienx tajjeb għal konsum uman? Liema lokalitajiet kienu nvoluti u kemm-il darba kienu nvoluti matul din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li matul din is-sena ma kien hemm l-ebda lokalita' fejn l-ilma tal-vit ma nstabx tajjeb għall-konsum mill-bniedem.
Leg 9 PQ #37315 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Klandestini — Testijiet tad-demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet ta' rutina tad-demm isiru lill-klandestini li jaslu f'Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jsiru l-ebda testijiet tad-demm bħala rutina fuq il-klandestini li jidħlu f'Malta. Dawn isiru biss meta jkun hemm indikazzjoni klinika.
Leg 9 PQ #37317 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Persuni bl-HIV — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża fis-sena tal-mediċini għall-kura li tingħata lill-pazjent li jkun qed ibati mill-HIV u li jaqa' fil-protokoll approvat dwar il-kura tal-HIV?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li mhux possibbli li tingħata ċifra eżatta ta` l-ispiża fis-sena għall-kura ta` kull pazjent bl-HIV fuq bażi individwali, peress li dan jiddependi mit-tul ta` żmien li l-pazjent ikun taħt il-kura. Għaldaqstant, qegħda tingħata ċifra ta` l-ispiża totali għall-kura tal-pazjenti kollha bl-HIV bejn l-ewwel ta` Jannar u l-aħħar ta` Novembru 2002, liema ċifra tlaħħaq is-somma ta` LM118,614.
Leg 9 PQ #37318 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tobba barranin — Applikazzjonijiet biex jaħdmu Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet sena b'sena fl-1999-2000-2001-2002 minn tobba barranin biex jaħdmu f'Malta jew mal-Gvern jew fil-privat? F'kull każ x'nazzjonalita' kellhom u min minnhom ġie approvat u ngħata liċenzja biex jaħdem f'Malta mal-Gvern jew mal-privat? Kemm ġew approvati liċenzji biex jaħdmu mal-privat u kemm ġew approvati biex jaħdmu mal Gvern? Kemm kemm każi pendenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Hija d-Diviżjoni tas-Saħħa li tilqa' applikazzjonijiet minn tobba barranin biex jiġu mpjegati mall-Gvern meta jkun hemm postijiet vakanti u ma jkunx hawn Maltin biex jimlewhom. Dawk it-tobba (speċjalisti) barranin li qagħdu għall-intervista fl-ispeċjalita', għaddew u ngħataw liċenzja biex jaħdmu fl-isptarijiet tal-Gvern, ġew minn dawn il-pajjiżi kif jidher hawn taħt: Fl-1999 kien hemm sittax (16) -l applikazzjoni minn tobba barranin għal mall-Gvern kif ukoll applikazzjoni waħda (1) mall-privat. Dawn ġew mill-Kanada, Renju Unit, Libja (2), Bulgarija, Yugoslavia (3), Repubblika Ċeka, Ukraine, Repubblika Slovakka (2). Polonja (4). Minn dawn inħarġu tmien (8) liċenzji biss għal tobba barranin li ġew minn dawn il-pajjiżi: Yugoslavia (3), Repubblika Slovakka (2), Repubblika Ċeka, Ukraine u Polonja. U lkoll ġew impjegati mall-Gvern. Fl-2000 kien hemm għoxrin (20) l-applikazzjoni għal mall-Gvern biss u dawn kienu minn Yugoslavia (8), Polonja (2), Repubblika Slovakka (4), Italja, Russja, Ukraine (3) u Svizzera. Minn dawn inħarġu sittax (16) liċenzja għal tobba barranin li ġew minn dawn il-pajjiżi: Ukraine (3), Yugoslavia (5), Polonja, Repubblika Slovakka (4), Svizzera, Russja u Italja. U lkoll ġew impjegati mall-Gvern. Matul din is-sena, tabib barrani li sar ċittadin Malti, qagħad għall-eżami statutorju u wara li għadda minn dan l-eżami ngħata l-liċenzja biex ikun jista jaħdem mall-privat. Fl-2001 kien hemm sittax (16)- l applikazzjoni għal mall-Gvern biss u dawn ġew minn Russja, Repubblika Ċeka (2), Macedonia (2), Polonja, Yugoslavia (3), Repubblika Slovakka (3), Bulgarija (2), Ukraine u Albanija. L-applikazzjonijiet ġew ipproċessati u milqugħha kollha. Fl-2002 kien hemm tmien (8)- l applikazzjoni għal mall-Gvern biss u dawn ġew minn Ukraine, Polonja (3), Russja (2), Yugoslavia u Macedonia. Minn dawn inħarġu erba' (4) liċenzji għal tobba barranin li ġew minn dawn il-pajjiżi: Russja (2), Yugoslavia u Polonja. U lkoll ġew impjegati mall-Gvern L-impjieg ta' tobba barranin mall-Gvern isir fuq bażi ta' kuntratt għal sena.
Leg 9 PQ #36574 Sitting 822 2002-11-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ta' Qali — Medical Stores

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol sar matul din is-sena biex il-medical stores f'Ta' Qali jiġu rranġati u ma jkunux mimlijin ħmieġ u tiġi meqruda l-problema tal-ġrieden?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Wara deċiżjoni li ttieħdet li l-imħażen tal-mediċini u tagħmir mediku jiġu ċentralizzati l-imħażen li d-Dipartiment għandu ġewwa Ta` Qali bdew isiru t-tħejjijiet għax-xogħol meħtieġ. Għal dan il-għan, f'din l-aħħar sena diġa` saru kuntatti ma` perit tal-Gvern, kif ukoll inbdew il-proċeduri biex tiġi mqabbda ditta ta` konsulenza ta` Inġiniera għax-xogħol ta` Design and Production of detailed Specifications of the required Electrical and Mechanical Installation Works. Id-Dipartiment għandu kuntratt għat-tindif ta` dawn l-imħażen fuq bażi regolari. Infatti, l-livell ta` ndafa f'din l-aħħar sena tjieb. Tneħħa wkoll ix-xogħol skadut li kien hemm f'dawn l-imħażen li kien qiegħed jikkawża ċerti problemi. L-aħħar rapport li d-Dipartiment għandu minn naħa tal-Pest Control Section tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fuq spezzjoni li saret fit-22 ta` Ottubru li għadda, ġie irrappurtat li s-sitwazzjoni qegħda taħt kontroll. Waħda mir-raġunijiet hija li fuq bażi regolari qiegħed jinxteħet rat bait fl-imsemmija mħażen.
Leg 9 PQ #36575 Sitting 822 2002-11-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Madliena — Materjal Mediku

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mill-bini u l-art li hemm fil-Madliena li jintuża biex fih jinżammu ħażniet ta' materjal mediku? Fejn se jibdew jinżammu dawn il-ħażniet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kienet ilha tinħass il-ħtieġa li l-imħażen tal-mediċini u tagħmir mediku tad-Dipartiment tas-Saħħa jiġu kemm jista` jkun ċentrilizzati u upgraded. Ġie deċiż li jiġu rinovati l-imħażen li d-Dipartiment tas-Saħħa għandu ġewwa Ta` Qali. L-art u l-propjeta` ġewwa l-Madliena ser jiġu ritornati lill-Lands Department.
Leg 9 PQ #36576 Sitting 822 2002-11-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Government Pharmaceutical Services

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu mal-government pharmaceutical services tliet snin ilu? Kemm għad fadal jaħdmu hemm illum? X'sar minnhom il-persuni li kienu jaħdmu hemm? Fejn intbagħtu? X'fadal f'dan is-servizz u jekk in-nies li hemm humiex meqjusa biżżejjed biex jagħmlu x-xogħol li jrid isir?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li tlitt snin ilu kien hemm 167 impjegat jaħdmu mal-Government Pharmaceutical Services u llum hemm 120. Dak iż-żmien il-Government Pharmaceutical Services (G.P.S.) kien id-Dipartiment responsabbli mill-oqsma Farmaċewtiċi kollha fid-Dipartiment tas-Saħħa inkluż: (a) Ix-xiri u l-ħażna tal-mediċini/'medical devices', (b) Aspetti regolatorji li jinkludi l-GMP inspections tal-manifatturi tal-mediċini, pharmaceutical wholesale distributors u l-Ispiżeriji tal-privat, (ċ) D.T.C. Secretriat & Narcotics Control, (d) Spiżeriji fl-Isptarijiet u ċ-Ċentri tas-Saħħa. Fl-aħħar ġimgħa ta` Lulju 2001 bħala parti mir-riforma dawn l-entitajiet ġew separati u illum il-G.P.S. qed jiffoka fuq ix-xiri, l-ħażna u d-distribuzzjoni tal-Mediċini u apparat mediku lill-isptarijiet u Health Centres f'Malta u Għawdex biss. Mill-impjegati li naqsu mill-G.P.S. 8 ġew trasferiti f'dipartimenti oħra (12%) 3 ġew trasferti fil-Policy and Audit (4%) 3 ġew trasferiti St.Luke's Hospital (4%) 10 ġew trasferiti fid-Department of Health (15%) 7 ġew trasferiti fl-M.R.U. (10%) 2 ġew trasferiti f'Heatlh Centres (3%) 6 rtiraw mix-xogħol (9%) 2 mietu (3%) 15 irreżenjaw (22%) 12 ħarġu fuq Parental Leave (18%) Kien hemm ukoll 21 rekrutaġġ ġdid. Bħalissa qiegħed jiġi konkluż 'Business Process Re-engineering Programme' fil-G.P.S. li fost affarijiet oħra ha jinkludu 'Human Resources Structure' ġdid lli jiffoka fuq il-rwol ġdid tal-G.P.S.
Leg 9 PQ #36577 Sitting 822 2002-11-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ta' Qali — Medical Stores

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kontrolli qed isiru biex ma jkunx hemm serq ta' mediċini li jinxtraw b'fondi pubbliċi u jinżammu fil-medical stores f'Ta Qali, fl-Isptar San Luqa u fil-Madliena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

A. Kull tip ta’ stock li jinżamm fil-Medical Stores, fi G’Mangia, Ta’ Qali u l-Madliena, għandu numru għal skop ta’ referenza u bin card fejn kull movement ta’ stock tiġi rrekordjata. Il-movimenti tal-istock jistghu ikunu tnejn: jew jiżdied jew jonqos. Stock li jiżdied jista jkun jew mixtri jew inkella rritornat lura mingħand il-klijent. F’dawn il-każi tinħareġ Goods Received Note (GRN). Din tinkludi dettal tal-prodott u kemm kwantita kienet irċevuta u firma ta’ min irċieva l-ammont ta’ stock . F’kazi li ikun hemm xirja ta’ stock , il-fattura tiġi mhemża ma din il-GRN u fil-każ l-iehor tiġi mhemża nota iffirmata mingħand il-klijent. Il-każ ta’ stock li jonqos huwa meta jingħata lil klijent jew meta jkun expired u hu awtorizzat li jkun jista’ jinqata’ mill-i stock . Dokument li jinħareġ f’dawn il-każi huwa l- issue note . Kull issue note tkun tifforma parti minn ktieb li jkun innumerat serjalment. Kull kopja ta’ issue note tiġi mgħotija lil klijent meta jkun qiegħed jingħata x-xoghol biex jiffirma li ġie mgħoti l- istock u wara tingħata l-kopja tieħhu. Fil-Bin Cards dawn il-movimenti ta’ stock jiġu rrekorjati bid-data u ukoll l-isem tal-fornitur jew il-klijent u l-ammonti rispettivi. B’hekk il- bin card trid tkun taqbel ma l-ammont fiżikali li jkun hemm fl- istores . Kemm il-GRN kif ukoll l- issu note jkunu individwalment entrati fil- computerised accountig system u b’hekk jinżamm record tal- istock separatament mill- istores . Fl-aħħar tas-sena, skond ir-regolament 111 tal-General Financial Regulations tal-1996, isir l- istocktaking fejn jingħad l-ammont fiżikali u jitqabbel kemm mall- Bin Card kif ukoll mar- records li jinżammu fil- computerised accountic system . Jekk jinstabu xi diskrepanzi imbagħad jiġu investigati. Spjegazzjoni trid tingħata jew mill-persuna li hija responsabbli tal- istock fiżiku jew minn dawk li jzommu l- computerised records. B. Dwar l-istores ta' l-Inpatients' Pharmacy tal-Isptar San Luqa, kull stock li jinżamm ġo dan l-istores jinġab mill-medical stores fi G'Mangia, Ta'Qali jew il-Madliena. Kull stock għandu numru għal skop ta'referenza li huwa l-istess numru li jingħata mill-GPS. Kull medicina għandha bin card fejn kull moviment ta' stock tiġi rrekordjata. L-istores hemm ukoll sistema fuq il-kompjuter fejn kull moviment jiġi rreġistrat. B'hekk wieħed jista' jqabbel l-ammont ta' fuq il-bin card ma' dak fiżiku u ma' dak ta' fuq il-kompjuter. Stock jista' jiżdied jekk jinġab mill-GPS. Stock jonqos meta joħrog lill-ispiżerija jew meta jiskadi. Stock li jasal mill-GPS ikollu Goods Received Note iffirmata mill-GPS u mill-istores tal-ispiżerija. Stock li jinħareg għall ġo l-ispiżerija ikollu invoice miegħu. Din tiġi iċċekjata u iffirmata ġol-ispiżerija.
Leg 9 PQ #36578 Sitting 822 2002-11-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ta' Qali — Medical Stores

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jingħalqu l-medical stores f'Ta' Qali u fejn se jittieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Onor Deputat huwa mitlub li jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 36575.
Leg 9 PQ #36579 Sitting 822 2002-11-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'audit trails isiru regolarment biex isir magħruf fejn jispiċċaw il-mediċini li qed iqumu madwar Lm18 miljun fis-sena lil dawk li jħallsu t-taxxa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Government Pharmaceutical Services toħroġ kemm mediċini, kif ukoll medical devices, b'sistema ta` issue notes. Kull klijent li jordna l-istock u fl-aħħar jirċevieh jingħatalu b'forma ta` rċevuta li jkollha numru speċifikament ipprintjat. Din l-irċevuta trid tiġi ffirmata mill-klijent bħala konferma li rċieva l-istock. Dawn l-issue notes imbagħad jiddaħħlu waħda waħda, bid-dettalji kollha fil-computerised accounting system li bħalissa għandha l-Government Pharmaceutical Services. Wara li jsir dan il-proċess, jistgħu jinħarġu rapporti ta` x'ingħata kull klijent għal ċertu żmien speċifiku. Barra minn dan il-kontroll, il-Government Pharmaceutical Services, iżżomm records fl-istores billi jintlew il-Bin Cards. Dawn jinfetħu għal kull tip differenti ta` stock. Id-dettalji li jkunu miżmuma f'dawn il-cards jinkludu:- l-ammont fiżiku ta` stock li beda bih il-prodott, kull ħruġ ta` stock li naqqas l-ammont innotat bl-isem tal-klijent u fl-aħħar it-total li jkun hemm preżenti fl-istock. Id-dettalji kollha tal-Bin Cards huwa rifless separatament fil-computerised accounting system. Dawn ir-rekords jiġu rrikonċiljati meta jkun se jerġa` jinxtara minn prodott speċifiku jew meta jsiru xi random checks. Fl-aħħar tas-sena, skond ir-regolament 111 tal-General Financial Regulations ta` l-1966, isir l-istocktaking fejn jingħadd l-ammont fiżiku u jitqabbel kemm mall-Bin Card kif ukoll mar-records li jinżammu fil-computerised accounting system. Jekk jinstabu xi diskrepanzi imbagħad jiġu investigati. Spjegazzjoni trid tingħata jew mill-persuna li hija responsabbli ta` l-istock fiżiku jew minn dawk li jżommu l-computerised records.
Leg 9 PQ #36558 Sitting 821 2002-11-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Mater Dei

Question

Jista' il-Ministru jgħid hux sejjer jinbena helicopter pad fuq is-saqaf tas-swali u t-teatri ta' l-isptar Mater Dei? Kemm sejjer jiġi jiswa dan il-pad biex jinbena fuq is-saqaf - u biex l-istruttura tal-bini tiġi rinforzata biex tiflaħ għal dan l-istress? X'vantaġġi hemm li l-pad se jsir fuq is-saqaf flok fuq l-art? Sejrin jiġu affettwati t-teatri meta l-helicopter jinżel u jitla'? Ġew ikkunsidrati l-ħsejjes li ser jagħmel il-helicopter meta jinżel bil-lejl fuq is-saqaf tas-swali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nikkonferma illi ser jinbena helicopter pad fuq il-bejt ta` Mater Dei kif jiġri ġewwa ħafna sptarijiet ġodda. Dan kif kopert b'permess maħruġ mill-MEPA. Helicopter pad fuq il-bejt ta` l-iswali ta` l-emerġenza joffri aċċess dirett f'ħin minimu għal każi ta` emerġenza joffri aċċess dirett f'ħin minimu għal każi ta` emerġenza, li lokazzjonijiet oħra ma joffrux. Il-ħsejjes li jagħmel helicopter bi tlugħ u nżul ġew kkunsidrati u fil-fatt se jiġi stallat materjal ta` sound abatement.
Leg 9 PQ #36572 Sitting 821 2002-11-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

KPMG

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' rapport qed isir mill-KPMG dwar il-government pharmaceutical services? Liema oqsma qed jiġu studjati u liema oqsma tas-servizz qed jitħallew barra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Permezz ta` Letter of Acceptance maħruġa fit-2 ta` Mejju 2001, d-ditta ta` konsulenza KPMG ingħatat kuntratt għal tmintax-il xahar biex tagħmel Business Process Re-engineering (BPR) tal-Government Pharmaceutical Services (GPS), kif ukoll tintroduċi "an appropriate IT system based on the outcome of the BPR". Il-KPMG għaldaqstant kellha l-kompitu li tara s-sistemi kollha użati bħalissa fil-GPS, sew proċeduri ta` xiri ta` mediċini u apparat mediku (li tinkludi s-sezzjoni tal-Kuntratti), is-sistemi ta` kif isiru l-pagamenti, l-proċeduri u l-istruttura ta` l-istores, kif ukoll it-tqassim tal-mediċini u tagħmir mediku. Il-KPMG hija mistennija li tissottometti r-rapport finali tagħha dalwaqt u tirrakkommanda kif il-GPS għandu jiffunzjona b'mod aktar effiċjenti u effettiv, l-istrutturi li hemm bżonn jinbidlu għall-aħjar u s-sistema ta` l-I.T. Dan kollu bil-għan li s-servizzi provduti mill-GPS ikunu mfassla u ndirizzati fuq il-ħtiġijiet tal-pazjenti u l-isptarijiet/Ċentri tas-Saħħa. Dan il-kuntratt se jkopri l-funzjonijiet kollha tal-GPS.
Leg 9 PQ #36573 Sitting 821 2002-11-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

KPMG

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jqum ir-rapport li qed isir mill-KPMG dwar il-government pharmaceutical services?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fit-2 ta` Mejju 2001 id-ditta ta` konsulenza KPMG kienet ingħatat kuntratt ta` tmintax-il xahar biex jagħmlu Business Process Re-engineering fil-Government Pharmaceutical Services (GPS). Dan il-kuntratt li kien ukoll jinkludi s-servizzi ta` financial controller u Administrative Assistant fuq bażi full time ingħata mill-contract committee għas-somma ta` LM88,000.
Leg 9 PQ #37034 Sitting 821 2002-11-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sajjieda — Tonn mejjet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 36532, jista' il-Ministru jivverifika t-tweġiba mill-ġdid peress li aċċidentalment sajjieda li kienu preżenti fil-Pixkerija ħdejn il-pitkal li ismu qed jintbagħat separatament irrapurtaw huma stess lid-Dipartiment tas-Saħħa l-daħal it-tonn mejjet fil-pixkerija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nikkonferma t-tweġiba mogħtija minni fis-seduta numru 810 tal-5 ta' Novembru 2002.
Leg 9 PQ #36546 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini

Question

F'dawn l-ewwel kważi għaxar xhur tas-sena kemm intremew pilloli (fi flus) mill-maħżen tal-gvern għaliex kienu skadew? Kemm kien l-ammont li kellhom jiġu distrutti għall-istess raġuni tul is-sena li għaddiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li bejn l-ewwel ta` Jannar u l-aħħar ta` Ottubru 2002 skadew b'kemm jiswew LM361,266 mediċinali. Tajjeb li wieħed jinnota li f'dan il-perjodu, prodott partikolari (Iloprost) mixtri fis-sena 1998 għal pazjent partikolari skada wara li ma laħaqx intuża għax il-pazjent kien ġie nieqes. Iċ-ċifra għal dan il-prodott biss kienet tammonta għal LM179,654. Matul is-sena li għaddiet (2001) skadew b'kemm jiswew LM270,501 mediċinali. Il-mediċini skaduti għalissa qegħdin jinżammu maħżuna separatament minn prodotti oħra sakemm tiġi stabbilita sistema nazzjonali ta` kif jiġu meqruda tali prodotti.
Leg 9 PQ #37181 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Nurses — Sptar San Luqa u Karen Grech

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm hemm nurses li jkunu on call fl-isptar San Luqa u Karen Grech? F'liema untis/swali qegħdin u x'inhu l-grad tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #37182 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Staff — Direttorat tan-Nursing

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm hemm staff jaħdem fid-Direttorat tan-Nursing? X'inhu l-grad tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent fid-Direttorat tan-Nursing hemm jaħdem id-Direttur u żewġ staff nurses. Qed jittieħdu l-passi biex jiġu mgaġġati tlett assistenti diretturi.
Leg 9 PQ #36539 Sitting 819 2002-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalxiex jattribwixxi ż-żieda fil-prezz ta' ħafna mediċini f'dawn l-aħħar ġimgħat? Kif mediċini bħal Stilnox 10mg għolew minn Lm1.84 il-kaxxa għal Lm2.03 u l-pilloli Remov 100mg li huma wżati minn ħafna għall-uġiegħ kawżat mill-artrite minn Lm2.65 żdiedu għal Lm3.10?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #36956 Sitting 819 2002-11-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn Ċentri tas-Saħħa f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid kemm-il siegħa jiftħu kuljum? Kemm hemm tobba li jservu full-time f'dawn iċ-Ċentri?

Response (DEGUARA, LOUIS)

F'Malta u Għawdex hemm disa` ċentri tas-saħħa, tmienja minnhom qegħdin f'Malta u dawn jaqgħu taħt l-amministrazzjoni tad-dipartiment tal-Kura Primarja tas-Saħħa u l-aħħar waħda qegħda ġewwa Għawdex, pero` din taqa` taħt l-amministrazzjoni ta` l-iSptar Ċentrali ta` Għawdex. Iċ-Ċentri tas-Saħħa li huma miftuħa għal 24 siegħa huma dawn: Florjana, Mosta, Paola u Gżira Iċ-Ċentri tas-Saħħa li jagħtu servizz mit-08.00 sal-20.00 huma: Cospicua, Rabat u Qormi Iċ-Ċentru tas-Saħħa li jagħti servizz limitat mit-08.00 sal-14.30 huwa: B'Kara Minn complement ta` 105 tabib li jaħdmu Full Time fiċ-Ċentri tas-Saħħa preżentement hemm: Floriana, Qormi u Gżira: 25 tabib Paola u Cospicua: 19-il tabib Mosta, Rabat u Qormi: 18-il tabib