Response (DALLI, JOHN)
In-numru ta’ households li d-dħul totali tagħhom (minn paga u/jew imgħax, renti, pensjonijiet u benefiċċji soċjali oħra) huwa ddikjarat inqas mill-paga minima huwa ta 12,327 jew 9.6% tal-households kollha. Ta’ min jgħid li l-paga minima nazzjonali hi ammont maħdum fuq medja ta' koppja miżżewġa b'żewġt itfal. 87% ta' dawk il-households li jiddikjaraw inqas mill-paga minima hija magħmula kif ġej:
a) 41.1% b’membru wieħed ta’ eta ‘l fuq minn 65 sena
b) 27.5% b’persuna waħda bejn l-etajiet ta’ 30 u 64 sena,
c) 12.2% b’żewġ adulti li almenu wieħed minnhom għandu ‘l fuq minn 65 sena u mingħajr ulied dipendenti, u
d) 5.9% b’żewġ adulti ta’ eta inqas minn 65 sena u mingħajr ulied dipendenti.
In-numru ta’ tfal taħt is-sittax-il sena li jgħixu f’households li d-dħul tagħhom huwa inqas mill-paga minima huwa ta’ 1,787.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jaħdem fuq bażi ta’ sitt distretti u għalhekk għall-aħħar parti tal-mistoqsija qegħda tingħata l-informazzjoni skond dawn id-distretti fl-iskeda li ġejja:
DISTRETTI
DISTRIBUZZJONI TA’ HOUSEHOLDS LI D-DĦUL TOTALI TAGHHOM HUWA INQAS MILL-PAGA MINIMA
SOUTHERN HARBOUR
Valletta, Birgu, Isla, Bormla, Zabbar, Fgura, Floriana, Kalkara, Luqa, Marsa, Paola, Sta Lucija, Tarxien, Xghajra
4,437
NORTHERN HARBOUR
Qormi, Birkirkara, Gzira, Hamrun, Msida, Pembroke, Pieta’, San Giljan, San Gwann, Sta Venera, Sliema, Swieqi, Ta’ Xbiex
3,939
SOUTH EASTERN
Zejtun, Birzebbuga, Gudja, Ghaxaq, Kirkop, Marsaxkala, Marsaxlokk, Mqabba, Qrendi, Safi, Zurrieq
1,290
WESTERN
Zebbug (Malta), Siggiewi, Attard, Balzan, Dingli, Iklin, Lija, Rabat (Malta), Mtarfa
981
NORTHERN
Mdina, Gharghur, Mellieha, Mgarr, Mosta, Naxxar, San Pawl il- Bahar
1,078
GHAWDEX U KEMMUNA
Rabat, Fontana, Ghansielem u Kemmuna, Gharb, Ghasri, Kercem, Munxar, Nadur, Qala, San Lawrenz, Sannat, Xaghra, Xewkija, Zebbug
602
TOTAL
12,327