Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31768 Sitting 705 2002-02-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxa — Part-timers

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jintmissu l-paramentri tal-part-timers dwar ħlas ta' 15% taxxa finali tad-dħul? Jekk iva, x'inhuma il-pjani tal-gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Avviżż Legali Numru 321 tal-2001, Gazzetta tal-Gvern Numru 17,180 tas-27 ta' Diċembru 2001 li fih regoli li jemendaw ir-Regoli dwar xogħol Part-time.
Leg 9 PQ #31657 Sitting 704 2002-02-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tobba — Vat Receipts

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kien hemm xi tibdil dwar l-obbligu ta' ħruġ ta' riċevuti fiskali min-naħa tat-tobba dwar is-servizzi li joffru? Fid-dawl tal-fatt li kien hemm membri tal-professjoni medika li ġew irrapurtati li qalu fuq Radju Privat li billi it-tobba huma exempt without credit, huma għandhom jagħtu ir-riċevuta biss lill min jitlobielhom kif wkoll li ma għandhomx aktar l-obbligu li jagħtuha fuq Vat Receipt propja, jista' l-Ministru jgħid jekk sar dan it-tibdil, meta sar u għaliex dan it-tagħrif ma sarx wieħed pubbliku?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li permezz ta' l-Avviż Legali 274/2000 mill-1 ta' Jannar 2001, servizzi offruti minn tobba ma baqgħux klassifikati bħala eżenti bil-kreditu iżda bħala eżenti bla kreditu. F'dan ir-rigward taħt il-liġi tal-VAT, persuna li toffri servizzi bla kreditu mhix meħtieġa li toħroġ irċevuta fiskali. Dan ma jeżenthomx mill-obbligu li joħorġu rċevuta normali kif mitluba taħt xi liġijiet oħrajn.
Leg 9 PQ #31670 Sitting 704 2002-02-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Monetary Aggregates

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-fattur ewlieni li skond il-media release tal-Bank Ċentrali ta' Malta dwar monetary aggregates (02/2002) wassal biex jkun hemm żieda ta' madwar Lm 110 f'riservi matul is-sena li għaddiet? Jekk dan kien dovut għall-portfolio investment flows, dawn kienu ta' natura long jew short-terms? U jekk dawn huma ta' natura short-term, tista' tkun din ix-xejra waħda faċilment riversibbli?

Response (DALLI, JOHN)

Din hi storja oħra vvintata mill-medja Laburista. Ta min jinnota li l-Onorevoli Interpellant qed isaqsi wara li l-medja Laburista ħarġet bil-qlajja tagħha. Ta min jgħid ukoll li l-medja soċjalista skantat li l-Gvern ma ħariġx jiftaħar b'din iż-żieda. Ngħidlu li llum aħna nifhmu li Malta qed tħaddem suq ħieles u għalhekk mhux każ li toqgħod tagħmel plejtu fuq dawn l-affarijiet. In-naħa l-oħra għadhom ma fehmux din ir-rejalta'. Xorta waħda ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ż-żieda ta’ madwar Lm110 miljun fir-riservi tal-Bank Ċentrali fl-2001 tirrefletti t-tranżazzjonijiet kollha fil-bilanċ tal-pagamenti tal-pajjiż matul is-sena kollha kemm hi. Peress li l-istatistika dettaljata dwar il-bilanċ tal-pagamenti fl-aħħar tliet xhur tas-sena għad m’humiex magħrufa, wieħed ma’ jistax igħid jekk din iż-żieda ġietx kollha minn tranżazzjonijiet fil-kont kapitali u finanzjarju, kif donnu qed jassumi l-Onor. Brincat, jew fil-kont kurrenti. Ta’ min ifakkar hawn li wkoll meta tkun daħlet l-informazzjoni kollha dwar il-bilanċ tal-pagamenti, dejjem jibqa’ numru ta’ tranzazzjonijiet li ma’ jkunux jistgħu jiġu identifikati. Għalhekk, fl-istatistika ta’ kull pajjiż wieħed isib entrata msejħa “errors and ommissions”. Jekk l-Onor Brincat jinnota sew, fl-istatistika ppublikata ta’ l-ewwel disa xhur ta’ l-2001, kien hemm “errors and ommissions” posittivi ta xi Lm56 miljun. Dawn setgħu kienu tranzazzjonijiet kemm ta’ natura kurrenti kif ukoll kapitali. Iżda wkoll kieku ż-żieda ġrat kollha fil-kont kapitali u finanzjarju, xorta waħda għad m’aħniex f’qagħda li ngħidu kemm minn dan il-kapital hu ta’ natura long-term jew short-term. L-esperjenza tgħallimna pero’ li, dment li għad għandna xi kontrolli fuq il-moviment tal-kapital, il-biċċa l-kbira tal-investiment short-term li jiġi minn barra jispiċċa f’depożiti mal-banek. U peress li l-banek huma soġġetti għal regolamenti stretti fuq currency exposure, l-Onor. Brincat jista’ jserraħ rasu li m’hemm l-ebda periklu ta’ xi ħruġ qawwi ta’ riservi li s-sistema finanzjarja ma’ tiflaħx għalih. Waqt li nirringrazzja lill-Onor Interpellant talli fakkarna li r-riservi tal-Bank Ċentrali żdiedu b’madwar Lm110 miljun is-sena l-oħra , nfakkru wkoll li d-dħul ta’ kapital ġo pajjiż, ukoll jekk ikun ta’ natura short-term, jirreffletti fiduċja fil-munita u fit-tmexxija ekonomika tal-pajjiż.
Leg 9 PQ #31749 Sitting 704 2002-02-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-ammonti ta' refunds dovuti mid-dipartiment tat-taxxi għal kull waħda minn dawn is-snin ta' stima u kemm hu n-numru ta' taxpayers in għandhom refund dovut lilhom mid-dipartiment għal kull waħda minn dawn l-istess snin ta' stima? - snin ta' stima 1998 - 1997 -1996 - 1995 - 1994 -1993 u pre-1993. Kemm mit-tax payers li talbu lid-dipartiment għal refund kellhom it-talba tagħhom milqugħa? Kemm minn dawn it-taxpayers għad għandhom it-talba tagħhom pendenti?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba fuq kemm huma l-ammonti ta' refunds dovuti mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Ma jinżammu l-ebda rekords dwar l-informazzjoni l-oħra mitluba fl-Interpellanza.
Leg 9 PQ #31756 Sitting 704 2002-02-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatization Unit

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 22281 ta' Diċembru 2000 fejn kont tlabt dettalji dwar dawk l-avukati, accounts etc u professjonisti oħrajn li intgħażlu wara is-sejħa għall-konsulenti li kienet saret mill-privatisation unit, jista' l-Ministru jgħid kemm u liema kienu ir-respondents magħżula aktar u aktar billi l-istess unit kien ħass il-ħtieġa li jirrepeti sejħa li kien għamel 15 il-xahar qabel, bl-għan iddikjarat li jwessa ix-xelta u biex ikun ċerti li min applika kien għad baqgħalu u nteress li joffri s-servizz tiegħu? Minn dawn il-konsulenti kemm minnhom ġew mqabbdin xogħol mill-unit u kemm tħallsu għall kull assignment li ingħataw?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-konsulenti (avukati, accountants eċċ u professjonisti oħra) li taw l-għajnuna tagħhom lill-Privatisation Unit/Gvern fil-proċess tal-privatizzazzjoni kienu dawn: Avukati Mamo TCV Camilleri Preziosi & Associates Advocates Micallef Grech, Vella, Hyzler, Tortell Profs. J.M. Ganado & Ass. Sciriha, Attard Montalto, Galea & Ass. Sapiano & Associates Clifford Chance LLP Vlaemminck & Partners Accountants Deloitte & Touche KPMG MSD/ Arthur Anderson Banek Bank of Valletta BNP Paribas Credit Suisse First Boston Konsulenti oħra Drewry Shipping Consultants MPD Group Limited MIMCOL National Lottery Commission (UK) Hedra Management Consultants Kien hemm numru ta' applikanti li ma kienux fil-lista oriġinali li offrew is-servizzi tagħhom lill-Privatisation Unit. Dawn mhumiex elenkati hawn fuq, minħabba li s'issa ma'ġewx mgħażula. Fir-rigward tal-ħlas, din l-informazzjoni hija ta' natura kummerċjali u ma jkunx prudenti li din tiġi żvelata.
Leg 9 PQ #31758 Sitting 704 2002-02-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MOBC

Question

Jista' l-Ministru jgħid billi is-sittax il-kumpanija ġew irrapurtati li wrew interess fil-privatizazzjoni tal-MOBC fhiex waslu il-pjani tal-privatisation unit f'dan ir-rigward u jekk hemm xi problemi li inqalgħaw?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq din il-privatizzazzjoni jitkompla meta jiġu maħruġa l-permessi għat-tkabbir tal-faċilitajiet eżistenti
Leg 9 PQ #31633 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatizazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-privatizazzjoni tal-MIA, tal-Freeport u tal-Lottu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-negozjati għadhom għaddejjin u ma naħsibx li jkun għaqli li wieħed jagħti dettalji f'dan l-istadju perez li qegħdin fi stadju kummerċjalment sensitiv ħafna.
Leg 9 PQ #31715 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk il-kontijiet tat-taxxa li għandha tagħti l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament humiex korretti peress li fost oħrajn qegħda tiġi mitluba taxxa għal meta din il-persuna kellha ħdax il-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.
Leg 9 PQ #31705 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha xogħol part-time bħala xogħol ewlieni minbarra li hu pensjonant tal-armata, qed jirċievi l-bonus supplimentari bin-nieqes?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li min informazzjoni li għandi jidher li l-persuna li qed jirreferi għaliha qed tiegħu l-Bonus Supplimentari tajjeb, jiġġifieri parti minn min iħaddima u parti mingħand l-gvern.
Leg 9 PQ #31542 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Transend — Malta Post

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx involut f'negozjati diretti dwar seham Transend fil-Malta Post? Jekk iva, meta u fejn saru dawn it-trattativi?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq lill-Onorevoli Interpellant jippreċiża x'jifhem b'negozjati diretti. Per eżempju, jiena kelli laqgħa mar-rappreżentanti tat-Transend fil-preżenza tal-Privatisation Unit u l-management tal-MIMCOL u tal-Maltapost fejn emfazizzajt l-oġġezzjonijiet li kellna dwar l-ewwel draft ta' Technical Service Agreement li kienu ssuġġerew huma u li sussegwentement ġie mibdul. Ma nafx jekk din hiex negozjati diretti.
Leg 9 PQ #31543 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

New Zealand Post

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kiwi Bank li huwa assoċjat man-New Zealand Post dan l-aħħar kellux trattativi ma xi bank ewlieni kummerċjali Malti dwar il-possibilita li jibda jopera f'pajjiżna on a joint venture basis? Jekk fl-affermattiv, ma min saru t-taħdidiet, meta saru, x'kienu il-proposti tal-Bank ta' New Zealand?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Bank Ċentrali u l-MFCS ma jafu b'ebda kuntatt li sar mill-'Kiwi Bank' ma' xi bank Malti, inkluż il-Bank Ċentrali ta' Malta.
Leg 9 PQ #31544 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jgħid it-trattativi dwar sehem Transend fil-Maltapost saru mal-privatisation unit? Kemm saru laqgħat bejn il-membri tal-unit u Transend?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li b'kollox kien hemm ħdax il-laqgħa li fiha kien hemm preżenti l-uffiċjali mill-Privatisation Unit. Min mindu bdew il-laqgħat, fi Frar tas-sena l-oħra, kien hemm ukoll numru ta' laqgħat oħra bejn Transend u rappreżentanti tal-MIMCOL, il-management tal-Maltapost, partikolarment minħabba d-due diligence exercise, kif ukoll laqgħat oħra bejn l-avukati waqt id-drafting tal-kuntratti.
Leg 9 PQ #31475 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Casino Di Venezia

Question

Jista' l-Ministru jgħid in vista tar-rapporti li dehru fuq l-instazzjonijiet tar-RAI dwar pressjoni li seta kien hemm biex iwettqu irregolaritajiet fl-operat tal-Casino Di Venezia, x'passi ha il-Gvern biex dawn l-affarijiet kif allegati ma jsirux?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li min-naħa tal-Kumpanija ttieħdu l-passi mmedjati biex kull pressjoni jew att irregolari ġie rrappurtat lill-awtoritajiet kompetenti f'pajjiżhom. Infakkar l-Onorevoli Interpellant li l-Gaming Act tipprovdi salvagwardi biżżejjed f'każ ta' trasferiment tal-liċenzja maħruġa lill-kumpanija biex topera każino' f'Malta kif ukoll f'każi ta' tibdil f'shareholding, management jew fil-Bord tad-Diretturi ta' l-istess kumpanija. Tibdil bħal dan jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Gaming Bord qabel jitħalla jseħħ. Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għal Taqsima IV. - Għoti ta' liċenzja ta' Każino', partikolarment Artikolu 15 fl-istess taqsima tal-Gaming Act.
Leg 9 PQ #31528 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jara kif flus imħallsa żejda f'income tax għas-sena li għalqet Diċembru 2000 min missier ta' familja, ghadhom ma ġewx rifonduti? Il-partikolaritajiet jidhru separatament.

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment huwa marbut li jħallas lura refunds ta' taxxa fi żmien sitt xhur jekk il-formola tat-taxxa tintbagħat fiż-żmien. Fil-każ ta' individwi l-formola trid tintbagħat sa' l-aħħar ta' Ġunju tas-sena rispettiva. Peress li l-individwu in kwistjoni bagħat il-formola tiegħu wara ż-żmien li tippermetti il-liġi, r-refunds f'dan il-każ irid jitħallas sa mhux iżjed tard minn sena minn meta tkun intbagħatet il-formola.
Leg 9 PQ #30752 Sitting 697 2002-02-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Phones — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001? Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettalajata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Leg 9 PQ #31316 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Vat Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux id-diriġenti tal-Vat Department jibagħtu għall-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament ħalli jagħlqu il-każ pendenti li għandhom, aktar u aktar billi din il-persuna issa ilha s-snin li għalqet in-negozju tagħha?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-każ tal-persuna indikata sejjer jinstema mill-Bord tal-Apelli fi ftit żmien.
Leg 9 PQ #31370 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk uffiċjali mit-Tax Compliance Unit għandhomx id-dritt jordnaw lill-Enemalta li jerġa jagħti s-servizz ta' l-elettriku lil persuni li jkollhom dan is-servizz sospiż minħabba li jkunu naqsu li jħallsu l-kontijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħti aktar dettalji dwar dan il-każ għax sa fejn hu magħruf it-Tax Compliance Uint qatt ma talbet lil Enemalta biex tieħu dawk il-passi li ssemmew fl-interpellanza. Dawn id-dettalji jistgħu jiġu mogħdijja b'kunfidenza.
Leg 9 PQ #31279 Sitting 693 2002-02-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-MFSC damet daqshekk ma ħadu passi dwar flus ta' Maltin fl-Arġentina u damet ma qalet lill-banek u stock brokers biex iżommu lill-klijenti tagħhom infurmati ġew dwar is-sitwazzjoni fl-Arġentina?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kuntrarjament għal dak li hemm insinwat fid-domanda, fil-każ tal-kriżi fl-Arġentina l-MFSC ħadet azzjoni skond kif kienet qed tiżviluppa s-sitwazzjoni billi nfurmat lill-pubbliku dwar ir-riskji assoċċjat ma’ investimenti fi swieq li qed jiżviluppaw (emerging markets). Waħda mill-ewwel inizjattivi li ħadet l-MFSC f’dan ir-rigward kienet il-pubblikazzjoni ta’ artiklu fuq is-suġġett f’nofs Novembru 2001 f’għadd ta’ ġurnali lokali bl-ingliż. Imbagħad, fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru 2001 l-MFSC ħarġet stqarrija oħra lill-mezzi kollha tal-media fejn spjega l-aħħar żviluppi fl-Arġentina. L-MFSC ħadet ħsieb tieħu din l-opportunita’ biex tispjega kemm hu riskjuż li tinvesti f’bonds ta’ swieq li qed jiżviluppaw. Fl-ewwel ġimgħa tas-sena l-ġdida, l-MFSC ħarġet stqarrija oħra lill-mezzi tal-media fejn spejgat fid-dettal aktar inizjattivi, li mhux biss huma miżuri biex il-pubbliku jkun kontinwament infurmat dwar l-investimenti tiegħu f’titoli ta’ sigurtà ta’ l-Arġentina, imma wkoll ta’ swieq oħra li qed jiżviluppaw. Fost inizjattivi oħra, l-MFSC ippubblikat nota informattiva dwar investimenti f’dawn is-swieq bil-Malti u bl-Ingliz. L-intermedjarji finanzjarji liċenzjati miċ-Ċentru speċifikament intalbu jibgħatu kopja ta’ din in-nota lill-klijenti tagħhom kollha. Apparti dan, l-MFSC ħadet sehem, u se tkompli tieħu sehem, f’diversi programmi fuq it-televiżjoni u r-radju sabiex tkompli tispjega u teduka lill-investituri dwar l-investimenti fis-swieq li qed jiżviluppaw. L-MFSC ħarġet u tħeġġeġ lill-pubbliku biex takkwista kopja b’xejn tal-gwida li ċ-ċentru ippubblika f’Ottubru 2001 bl-isem ta’ “ Investi bil-ghaqal! Dawn flusek! ” fejn, fost oħrajn, hemm spjega dwar bonds u anke nota ġenerali dwar investimenti fi swieq li qed jiżviluppaw. Din il-pubblikazzjoni ħarġet qabel ma faqqgħet fil-miftuħ il-kriżi fl-Arġentina. Sadattant l-MFSC qed tkompli żżomm is-sitwazzjoni taħt għajnejha ħalli tkun tista tieħu dawk il-passi li jkunu xierqa fl-aħjar interess tal-pubbliku. L-isqarrijiet u l-artkli imsemmija f’din it-tweġiba jinstabu fuq il-website ta’ l-MFSC www.mfsc.com.mt/consumer.
Leg 9 PQ #31310 Sitting 693 2002-02-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Financial Intelligence Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija titwaqqaf il-Financial Intelligence Unit?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tal-Financial Intelligence Unit diġa nħatar u bi ħsiebni nħabbar il-kompożizzjoni tiegħu fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #31313 Sitting 693 2002-02-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Stocks tal-Gvern — Finanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-dati tar-rollover u/jew tal-maturita tal-istocks tal-Gvern għas-sena finanzjarja li ninsabu fiha?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dati tal-maturita' tal-istocks tal-gvern għas-sena finanzjarja li ninsabu fiha huma: 5 ta' April 10 ta' Ġunju 30ta' Settembru Din l-informazzjoni ġiet ippublikata fi Press Release f'Jannar.