Tista' l-Ministru tara li l-inkwilin mill-Birgu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva care and repair għaliex għandha bżonn kamra tal-banju ġdida?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha xi applikazzjoni pendenti biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Għalhekk il-persuna konċernata għandha tingħata parir li tivverifika mat-Taqsima tal-Customer Care ta' l-Awtorita' biex tara jekk tistax tibbenefika mill-imsemmija inizjattiva
Tista' l-Ministru ġentilment tgħid kemm-il applikazzjoni hemm pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali f'Għawdex u tgħid kemm kull waħda minnhom ilha pendenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-ministru jgħid għaliex din il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għall-għajnuna supplimentari sal-lum għadha ma rċeviet l-ebda risposta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' sinjura separata bi tlett itfal, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija fuq ir-relief u d-dar tagħha tinsab f'abbandun? Tista' l-Housing Authority tara s-sitwazzjoni u tara x'jista' jsir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Care tal-Awtorita’ tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' ġuvni, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li qiegħed jistenna biex jieħu r-relief u għadu ma rċieva xejn? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tara jekk is-sinjur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex jieħu pensjoni kemm ħaqqu peress li qiegħed iħoss li mhux jieħu pensjoni diċenti għax-xogħol li kien jagħmel? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li applika għall-pensjoni ta' l-irtirar għadu ma rċieva xejn mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-findings kollha li joħorġu mis-Survey on Income and Living Conditions għas-sena 2005? Tista' tgħid jekk sarx is-Survey on Income and Living Conditons għas-sena 2006 u jekk sar meta se joħroġ ir-riżultat tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tivverifika għaliex il-familja, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma tikkwalifikax skond l-iskema għall-eżenzjoni mis-surcharge fuq kontijiet ta' l-ilma u l-elettriku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il direct order ingħatat mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtha matul is-sena 2006? Għal liema xogħol/servizzi nħareġ kull wieħed minnhom? X'kien il-valur ta' kull wieħed u min ġie awarded dawn id-direct orders?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Awtorita' tad-Djar, li biegħet post f'San Pawl il-Baħar, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u li hu elevated groundfloor flat, fuq il-kuntratt oriġinali kien hemm li jista' jsir użu tal-parti komuni, u għandu wkoll id-dritt ta' l-użu tal-bejt, madankollu qed ikun imċaħħad milli juża dawn id-drittijiet li skond il-kuntratt oriġinali huma tiegħu? X'passi se tieħu l-Awtorita' tad-Djar biex tkun irrimedjata din il-problema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma ċaħdet ebda dritt lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Jekk din il-persuna ġiet imċaħħda minn terzi minn xi dritt legali, m’hemm xejn xi jżommha milli tieħu l-passi legali meħtieġa biex tieħu lura dan id-dritt.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex persuna minn Birżebbuġa, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li m'għandhiex il-mezzi finanzjarji biex tkompli tħallas il-kera tal-privat minħabba d-dħul finanzjarju baxx li għandha, qatt ma ġiet offruta post alternattiv mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant diġa kienet qegħda tgħix f'post tal-gvern, iżda minħabba raġunijiet personali kellha titlaq minn hemm.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li jinsab fil-Belt hux rekwiżizzjonat jew le? Tista' tikkonferma jew tinnega jekk is-sid hux l-Uffiċċju Konġunt jew id-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-post indikat mill-Onor. Interpellant mhux f’idejn id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Karozzi environmental friendly
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa separatament u xahar b'xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li bejn Jannar u Marzu 2007 ma nxtrat ebda karozza tat-tip indikat mill-Onor. Interpellant mill-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dipartimenti u entili jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tara jekk familja li tkun ibbenefikat minn xi skema ta' l-Awtorita' tad-Djar fil-passat, bħal tibdil jew irranġar ta' gallarija, tkunx tista' terġa' tibbenefika minn xi tip ta' għajnuna oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li persuna li tkun ibbenefikat minn għotja għal titjib fil-fond fejn tgħix tista’ tibbenefika minn għotja oħra sakemm ma tkunx għall-istess xogħlijiet li dwarhom tkun ingħatat għajnuna preċedenti u sakemm iż-żewġ għotjiet flimkien ma jkunux jeċċedu Lm 4,000.
Tista' l-Ministru tgħid x'passi se jieħu l-Ministeru rigward fond tal-gvern f'Bormla, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minħabba li s-soqfa ta' waħda mill-kmamar ma jinsabx f'kundizzjoni tajba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt l-ilment ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jinvestiga.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex armla Qormija, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li sabet kenn temporanju ma' binha f'Ħaż-Żabbar, qatt ma ġiet offruta post alternattiv mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, u dan bir-riskju li tista' tispiċċa homeless?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li n-numru tal-karta ta’ l-identita’ ma jaqbilx ma’ l-isem tal-persuna kif indikat mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu applikazzjoni pendenti minn persuna li għandha n-numru ta’ l-identita’ indikat, liema applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn simili.