Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sal-lum ingħataw f'kumpens lil individwi u kemm minnhom għadhom ma tħalsux dak il-kumpens li ġie mogħti lilhom minn sentenzi deċiża tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi l-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill Prim Ministru.

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal-llum?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-impjegati kollha, inklużi industrijali, grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li kien hemm fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fl-1 ta' Jannar 1998 u fl-1 ta' Ottubru 2001? Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx minnhom li huma meqjusa żejda u jekk jeżistux vakanzi f' xi kategoriji ta' impjegati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tinġabar u r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #28625 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Inkjesti Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 28408?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sal-llum, 15 t'Ottubru, 2001, in-numru ta' inkjesti pendenti huwa ta' 513. Din il-figura ma tinkludix numru ta' inkjesti, li xi whud mill-Maġistrati ma jixtiequx jgħaddu nformazzjoni dwarhom lill-Amministrazzjoni tal-Qrati. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mogħtija mill-Maġistrati Inkwirenti.

Servizz Pubbliku

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 27774, jista' l-Ministru jwieġeb għad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru tiegħi, u cioe, fil-Malta Arbitration Centre, minn Settembru 1998 sal-lum ġiet impjegata persuna waħda fi grad industrijali. Dan beda l-impjieg tiegħu fis-27 ta` Jannar, 2000.
Leg 9 PQ #28723 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Mandati ta' Inibizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'Għawdex, xahar b'xahar kemm ġew presentati mandati ta' inibizzjoni quddiem il-Qorti minn Ġunju 2001 sal-ġurnata tal-illum? Kemm min dawn ġew quddiem il-Maġistrat P. Coppini u kemm min dawn ġew quddiem il-Maġistrat Tonio Micallef Trigona? Kemm min dawn ġew milqugħa u kemm min dawn ġew miċħuda?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, l-awtoritajiet, l-kummissjonijiet mwaqqfa mill-gvern? X' inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta taghmel id-domanda taghha lill-Ministru responsabbli.

Strip and Search

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-strip and search saru mill-pulizija matul 2001? X' inhuma l-kriterji adattati fi proċeduri ta' strip and search?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.

Inkjesti Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il inkjesta hemm pendenti quddiem Maġistrati inkwirenti? Kemm ilhom li nfetħu dawn l-inkjesti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.

Kummissarju tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Maġistrat inkwirenti infurmat lill-avukat ġenerali meta bdiet l-inkjesta dwar l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront tal-Kummissarju? Meta kien infurmat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninstab infurmat mill-Avukat Ġenerali illi hu ġie nfurmat mil-Maġistrat Inkwirenti meta din bdiet l-inkjesta msemmija mil-interpellant.

Kontravenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettaliji qed jintbagħtu separatament f'Gunju li għadda weħel multa ta' Lm 20 għax ma attendiex seduta f'B'Kara dwar kontravenzjoni tat-traffiku meta ma setax jattendi għax dakinhar stess filgħodu ddaħħal l-isptar b'attakk f'qalbu?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-persuna konċernata ġiet notifikata formalment fit-18 ta` Mejju 2001 biex tidher fit-Tribunal Lokali Birkirkara nhar il-15 ta` Ġunju 2001 għall-kontravvenzjoni li ngħatat fis-26 ta` Frar 2001. Fid-data stabbilita l-persuna naqset li tidher quddiem it-Tribunal u l-Uffiċjal inkarigat ma rċieva ebda ċertifikat tal-mard jew ta` l-Isptar u għaldaqstant ngħatat is-sentenza u ma ġietx appellata. Sa `llum dan l-Uffiċjal lanqas irċieva xi korrispondenza mingħand il-persuna konċernata biex tispjega n-nuqqas ta` l-attendenza.

Mużew tal-Istorja Naturali — Fl-Imdina

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li l-Ministeru tiegħek huwa responsabbli għall-Mużew tal-Istorja Naturali fl-Imdina, ġie ikkonsultat dwar l-għotja b' kera ta' parti ta' dan il-bini għal tieġ privat li sar fil-15 ta' Settembru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi mhux responsabbli għall-Mużew ta` l-Istorja Naturali fl-Imdina.

Kunsill Lokali — Mdina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Kunsill Lokali tal-Imdina li kenna partijiet minn dak li qabel kien l-Isptar Connaught u li fejn illum hemm l-uffiċji tal-Kunsill Lokali u l-Mużew tal-Istorja Naturali biex isir tieġ privati nhar is-Sibt 15 ta' Settembru? Kemm tħallset kera? Jista' jgħid jekk il-Kunsill Lokali huwiex lest biex jikri l-istess partijiet ta' dan il-bini għat-tiġijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Kunsill Lokali tal-Mdina hu biss responsabbli mill-parti tal-bini fejn hemm l-Uffiċji Administrattivi tiegħu, liema uffiċji la jistgħu jinkrew u l-anqas inkrew. Jien ukoll assigurat mill-istess Kunsill illi l-Kunsill ma kellu x`jaqsam xejn ma l-okkazzjoni msemmeja mill-Onor. Interpellant.

Qrati — Court Assistant

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-court assistant li ttieħdet mill-Qorti għal Ministeru hiex titħallas skond il-grad tagħha u/jew hix tieħu xi allowance eċċ?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Court Assistant li qed taħdem fl-uffiċju tal-Office of Review m'hu qed tieħu ebda allowance iżda qed tirċievi biss is-salarju li l-grad tagħha huwa ntitolat għalih. Dan l-`assignment` kien temporanju u l-persuna hi mistennija tieħu l-post tagħha fil-Qorti fil-jiem li ġejjin.
Leg 9 PQ #28125 Sitting 604 2001-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mal-Ministru u Dipartiment/Agenziji li jaqgħu taħtu minn Jannar 2001 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Minn Jannar 2001 sal-lum kien hemm erbgħa (4) impjiegi ġodda bil-kuntratt fil-Ministeru tiegħi u Dipartimenti li jaqgħu taħti, kif jidher hawn taħt: Jesmond Saliba Communications 19.02.2001. Co-Ordinator Marilou Gatt E.U. Translation Unit 01.05.2001. Co-Ordinator Dr Caruana Colombo E.U. Translation Unit 01.04.2001. Legal Revisor Paul Borg Olivier E.U. Translation Unit 10.09.2001. Rigward impjiegi ġodda maċ-Civil (Servizz Generali) ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni tingħata mil-MPO ta` l-Ufficcju tal-Prim Ministru.

Taxxi Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm'x il-ħsieb li Gvern jintroduċi taxxi lokali ġodda?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Gvern la qatt introduca taxxi lokali u l-anqas għandu l-ħsieb li jagħmel hekk fil-futur. Hi wkoll politika dikjarata tal-Gvern li ma jagħtix poter lill-Kunsilli Lokali biex jiġbru taxxi.

Allowance

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26419 dwar kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi minn skala 5 il fuq kif wkoll konsulenti mal-Gvern illi mill-ewwel ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda f'xi allowance jew xi allowance ġdid kompletament u x'pozizzjoni qed jokkupaw dawn l-uffiċjali, jista' l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali? Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal? X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffċjal? X'inhija r-raġuni għal din ż-żieda jew allowance li qed tingħata għal kull uffiċjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm: ħames Diretturi fi skala ta` salarju 4. Dawn ħadu żieda ta` LM250 kull wieħed; persuna waħda fil-pozizzjoni ta` Segretarju Permanenti fi skala ta` Salarju 2. Dan kellu żieda ta` LM400; persuna waħda fil-pozizzjoni ta` Direttur Generali fi skala ta` salarju 3. Din kellha żieda ta` LM300 u persuna waħda fil-kariga ta` Attorney General fi skala ta` salarju 1. Dan kellu żieda ta` LM500.

Batterija Ferretti — Qajjenza

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex propjeta magħrufa bħala Batterija Ferretti fil-Qajjenza tgħaddi f'idejn il-Kunsill Lokali ta' B'Buġia, wara li l-istess Kunsill kien għamel talba lid-dipartiment ta' l-artjiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali għadu f`korrispondenza mat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern għad-devoluzzjoni ta` Ferretti Battery lill-Kunsill Lokali Birżebbuġa.
Leg 9 PQ #229 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Pick Up Trucks

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jiċċara jekk il-liġijiet tagħna jagħtux eċċezzjoni lill-bdiewa li jkunu jridu jġorru l-balal tat-tiben jew silla mill-għelieqi tagħhom jistgħux jgħabbu fil-pick up trucks tagħhom la darba din il-tagħbija tkun marbuta tajjeb u mingħajt ebda riskju li jaqa?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Ministeru ma jagħtix parir legali.