Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar — Onorarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet u hi l-onorarja taċ-chairman u l-membri tal-bord ta' l-appell dwar l-ippjanar minn meta kien ġie kostitwit għall-ewwel darba sal-lum, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36649 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #36838 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Assistent Kummissarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'meriti irid ikollok biex tilħaq assistent kummissarju b'direct order kontra r-rakkomandazzjoni tal-PSC?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36836. Id-domanda ta` l-Onor. Interpellant tiżvela nuqqas ta` tagħrif fuq x`tgħid l-ogħla liġi tal-pajjiż. In-nomini ta` assistenti kummissarji taħt kull amministrazzjoni dejjem saru bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kif titlob il-Kostituzzjoni. Anzi ma jistgħux isiru ħatriet jekk mhux bl-approvazzjoni tal-PSC għalhekk l-asserzjoni ta` l-Onor. Interpellant, ex-Ministru fil-Gvern preċedenti, li setgħu saru nomini kontra r-rieda tal-PSC, TIMMERAVILJANI.
Leg 9 PQ #35938 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Degrees/Diplomas

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija li għandhom degree jew diploma universitarju? X'rank għandhom u x'inhi d-degree

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar membri tal-Korp tal-Pulizija li għandhom degree universitarju hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36625 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Rapporti ta' nies mejta

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nstabu mejta kawża ta' delitti, overdose, inċidenti fuq il-post tax-xogħol, tat-traffiku, eċċ. li ġew rapportati lill-pulizija? Kemm minnhom għadhom qed jiġu investigati u kemm minnhom il-pulizija tinsab għaddejja bil-proċeduri fil-qorti? Jista' il-Ministru jipprovdi l-informazzjoni għas-snin 1999, 2000 u 2001 rispettivament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin 1999, 2000 u 2001 mietu 226 persuna kawża ta` delitti, overdose, inċidenti fuq il-post tax-xogħol, inċidenti tat-traffiku u oħrajn. Minn dawn il-każi 34 għadhom taħt investigazzjoni, 83 għadhom għaddejjin bi proċeduri fil-Qorti filwaqt li l-kumplament huma kollha konklużi. Dawn kienu kif ġej:- 1999 2000 2001 Omiċidji 12 6 7 Overdose 6 6 11 Suwiċidji 23 21 26 Inċidenti tat-traffiku 14 15 19 Inċidenti fuq il-post tax-xogħol 5 5 1 Inċidenti oħra 13 21 15 Total 73 74 79
Leg 9 PQ #36657 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Serqiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Ottubru 2002? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Ottubru 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Ottubru 2002 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 35 każ ta` serq. Hold-up 3 Pick pocketing 42 Snatch & grab 5 Serq minn dghajjes 8 Serq ta’ dghajjes 3 Serq ta’ karozzi 47 Serq minn karozzi 275 Serq min barijiet / lukandi 94 Serq minn fabbriki 2 Serq minn residenzi 62 Serq minn hwienet 52 Serq minn xtajtiet 7 Serq iehor 221
Leg 9 PQ #36658 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Reati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Ottubru 2002? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Ottubru 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li tidher hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Ottubru 2002 kien hemm 656 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali. Against morals and honour of the family 5 Arson 7 Attempted offences 96 Bodily harm 77 Crimes vs Admin of Justice 1 Damage 308 Drugs 7 Forgery 1 Fraud 8 lllegal Immigration 20 Abandon of child 1 Prostitution 3 Sexual offences 3 Theft 821 Threats and private violence 9 Violence against public officers 10
Leg 9 PQ #36781 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — IT section

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga jekk fuq in-network tal-komputers tal-MEPA hemmx persuni li qegħdin jiġu ordnati mill-IT section tal-MEPA biex jittappjaw ċerti individwi u ħaddiema? Dan huwa ksur tal-liġi u ta' l-etika? Jista' jiġi ċċertifikat minn entita' indipendenti li din l-azzjoni ma saritx u mhijiex issir? Jista' il-manager ta' l-IT section jixhed bil-ġurament li dan ma sarx u mhux qiegħed isir u li qatt ma ħa l-ebda ordni minn xi persuni biex jagħmel dan?

Response (BORG, TONIO)

In-network tal-komputers tal-MEPA kif ukoll l-informazzjoni kollha li hemm fuqhom huma proprjeta` tal-MEPA. Il-IT section tal-MEPA huma inkarigati li jiżguraw li dawn il-faċilitajiet jintużaw b`mod kif suppost. L-impjegati kollha ġew avżati b`dan kemm il-darba permezz ta` email lil kull min juża s-sistema. L-Assistent Direttur ta` Corporate Services ġieli ta` struzzjonijiet biex jiġi iċċekjat il-kontenut tal-Informazzjoni fuq in-network. Ġieli rriżulta il-ħtieġa li jiġbed l-attenzjoni fuq il-kontenut ta` ċerti e-mails u javża xi nies bi provvedimenti dixxiplinari jekk ċertu sitwazzjonijiet jirrepetu ruħhom. Madankollu il-MEPA tassigura li dan jsir b`mod ġenerali u bl-ebda skop ieħor ħlief kif indikat f`din ir-risposta.
Leg 9 PQ #36783 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Direttorat ta' l-ambjent

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk id-direttur il-ġdid tad-direttorat ta' l-ambjent tal-MEPA kienx wieħed mill-konsulenti li għamel rapport fuq l-impjant li jirriċikkla ż-żejt fi studju li kien sar fuq iż-żjut maħruqa minħabba l-Unjoni Ewropea, liema studju kien ingħata b'direct contracting u mingħajr ma kien ħareġ sejħa għat-tenders? X'kienu l-passi li ttieħdu mid-dipartiment tal-finanzi f'dan ir-rigward? Veru li waqt li fl-istess studju ma kien issemma xejn fir-rigward ta' kontravenzjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' emissjonijiet minn dan l-istess impjant, xahar biss wara li laħaq dan id-direttur kien diġa' kiteb lill-operatur biex jiġi konformi?

Response (BORG, TONIO)

Id-Direttur tal-Ambjent preżenti beda jokkupa l-kariga tiegħu f`Awissu 2002. F`Ġunju 2000 kien ġie kommisjonat flimkien ma` konsulenti oħra sabiex isir studju dwar l-impatt tad-Direttiva ta` l-UE dwar iż-żejt maħruq liema rapport kien ingħata b`direct order b`awtorita` tal-Ministeru tal-Finanzi. Id-Direttur kien għamel biss parti mill-istudju msemmi. Il-fatt li d-Direttur "xahar biss" wara l-ħatra tiegħu kiteb lil operatur li jirriċikla ż-żejt maħruq biex tittieħed azzjoni biex titnaqqas l-inkonvenjenza lill-pubbliku kawżata minn intejjen qawwija fil-lokalita` hija konferma tal-fatt li d-Direttur huwa persuna responsabbli. Għalhekk bl-ebda mod ma kien ikkondizzjonat mix-xogħol li huwa wettaq qabel ma ħa l-ħatra tiegħu ta` Direttur. Id-direttur ma kellu x`jaqsam bl-ebda mod ma kif kien ingħata il-kuntratt peress li kien imqabbad minn min kien ħa l-kuntratt.
Leg 9 PQ #36799 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Klandenstini — Ripatriazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid mill-klandestini li daħlu Malta f'1 ta' Jannar 2002, kemm minnhom ġew ripatrijati lura, meta u lejn liema pajjiżi ntbgħatu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi b`żieda mat-tagħrif li jien tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36593, kien hemm 104 immigrant klandestin ieħor li ġew ripatrijati lejn l-Eġittu.
Leg 9 PQ #36831 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Sea Passenger Terminal — Permess għall-Żviluppi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema permessi għall-iżvilupp inħarġu mill-MEPA b'konnessjoni mal-proġett tal-Cruise Liner Passenger Terminal sal-lum? Meta nħarġu dawn il-permessi u liema xogħlijiet ikopru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-permessi li inħarġu b`konnessjoni mal-proġett tal-Cruise Liner Terminal huma kif ġej:- Data: 14/2/2000 - Permess Outline għal proġett kollu. Data: 26/4/2001 - Permess Outline (ammendat) għal proġett kollu. Data: 13/11/2001 - Permess Full għal kostruzzjoni ta` bini għal terzi persuni. Data: 5/7/2002 - Permess Full ammendat għal kostruzzjoni ta` bini għal terzi persuni. Data: 27/8/2001- Permess Full għad-demolizzjoni ta` bini, kostruzzjoni tat-triq, restawr u bini tal-faċċata ta` Pinto Stores u kostruzzjoni ta` parkeġġ. Data: 4/11/2002 - Permess Full għal kostruzzjoni ta` bini għal Malta Maritime Authority. Data: 10/7/2000 - Permess għal skavar esploratorju fuq il-bankina tal-port.
Leg 9 PQ #36832 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Permessi għall-iżviluppi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema permessi għall-iżviluppi nħarġu mill-MEPA b'konnesjoni mal-proġett ta' Manoel Island u Tigne' Point sal-lum? Meta nħarġu dawn il-permessi u liema xogħlijiet ikopru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher hawn taħt:- Description Status Demolition of derelict buildings and dismantling of elevations to be constructed as per outline permit Approved on 18/12/00 Excavation of site in connection with application PA5326/00 (Tigne' Sports) Approved on 24/07/00 Restoration Works (St. Luke's Garrison Chapel) Approved on 23/04/02 Restoration of fabric of Fort Manoel phase 1, including barracks buildings, casement, polverista, couvre porte and main gate. Approved on 21/06/02 Full development application for Tigne sports phase in connection with PA 02135/94, Outline development plan, as described in accompanying documentation Approved on 21/06/02 To erect residential accommodation, with underlying car-parking, associated leisure facilities, landscaping, existing tunnels and pre-shore areas. (Tigne South Phase) Approved on 11/10/02 Excavation of site in connection with proposed works at Tigne south. Approved on 15/02/02 To erect multi-level underground carpark, pjazza with peripheral retail, offices and residential units. Application includes linking to south belvedere (Tigne Plaza Phase) Approved on 11/10/02 Installation of pontoons and sanctioning of pontoons already installed Approved on 26/07/02
Leg 9 PQ #36833 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema permessi għall-iżvilupp inħarġu mill-MEPA b'konnessjoni mal-proġett tal-Kottonera sal-lum? Meta nħarġu dawn il-permessi u liema xogħlijiet ikopru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:- Data: 21/6/2000 - Permess Outline li jkopri l-iżvilupp kollu relatat ma` l-konsorzju Cottonera Waterfront Group minn barra l-proġett tat-Thalasso Therapy Centre, St. Angelo Fort. Data: 21/6/2000 - Permess Outline li jkopri żvilupp ta Thalasso Therapy Centre, St. Angelo Fort. Data: 21/6/2000 - Permess Full li jkopri l-bini ta' blokk appartamenti fil-Menqa/Toqba Birgu u r-restawr ta' Caraffa Stores. Data: 13/2/2002 - Tibdil fil-kondizzjonijiet 16,25,26, u 27 tal-permess PA 1043/00. Demolizzjoni tal-bridge minn Triq il-Ħabs l-Antik għall-fortizza. Data: 8/8/2000 - Permess Outline li jkopri l-iżvilupp kollu relatat ma` l-konsorzju Port Cottonera Ltd. minn barra l-proġett tal-Maċina. Data: 8/8/2000 - Permess Outline għal proġett tal-Maċina, Isla. Data: 1/3/2001 - Permess Full li jkopri l-iżvilupp ta' Casino fil-Palazz tal-Ġeneral, Birgu. Data: 8/8/2000 - Permess Full għal kostruzzjoni ta' Hotel fis-sit vakanti u fil palazz tal-Kaptani ta' l-Iskwadruni. Data: 9/4/2001 - Permess Full għad-demolizzjoni ta żidiet mal-bini storiku u skavar ta materjal. Data Approvat: 11/10/2002 - Permess full għal kostruzzjoni tal-Marina. (Permess għadu ma nħariġx) Data Approvat 11/10/2002 - Pjanti u faċċati ammendati għal permess PA 1043/00 - (Permess għadu ma nħariġx)
Leg 9 PQ #36834 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Droga maqbuda 1992 - 2002

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdet droga mill-1992 sa Ottubru 2002, sena sena?

Response (BORG, TONIO)

Rigward il-perijodu mis-sena 1992 sa sena 2001, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġibiet li jiena kont tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nri 69, 7979, 12766, 23034 u 31920. Dwar is-sena 2002, bejn Jannar u Ottubru, ninsab infurmat illi l-ammont ta` droga li nqabdet mill-Pulizija huwa kif ġej: Cocaine 4kg411.313grms Heroin 624.18grms Cannabis plants 12 plants Cannabis grass 846.45grms Cannabis resin 8kg733.45grms Cannabis seeds 43 seeds Ecstacy 975.5 tablets DHC 85 tablets Methadone 230ml Hallcion 59 tablets Anabol 13,000 tablets Ocymetholone 30 tablets Stanozolol 1,255 tablets Inġibditli l-attenzjoni, illi fit-tagħrif li jien kont ġejt mogħti għat-Tweġiba ta` Mistoqsija Parlamentari Nru. 35763, kien hemm żball fl-għadd ta` l-ammont tal-cocaine. Għaldaqstant it-tagħrif għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35763 dwar il-cocaine, għandu jkun dak li qiegħed jingħata f`din it-Tweġiba.
Leg 9 PQ #36835 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Overtime

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu overtime membri tal-korp tal-pulizija mill-1992 sa Ottubru 2002, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta` overtime li tħallas lill-membri tal-Korp tal-Pulizija mill-1992 sa Ottubru 2002, huwa kif jidher hawn taħt:- Sena Ammont Imħallas Lm 1992 49,736 1993 272,315 1994 391,756 1995 397,277 1996 384,814 1997* 678,817 1998 276,954 1999 246,586 2000 259,791 2001 441,157 2002 (sa Ottubru) 279,069 *Jinkludi l-ammont ta` overtime li inħadem fl-1996 in konnessjoni ma` l-Elezzjoni Ġenerali.
Leg 9 PQ #36836 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Promozzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex fl-1 ta' ottubru 2002 żewġ assistenti kummissarji ġodda ngħataw il-promozzjoni b'direct order meta sena ilu l-PSC kienet irrakkomandat li promozzjonijiet b'direct orders huma nieqsa mit-trasparenza?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab sorpriż ħafna b`din id-domanda. Il-proċedura segwita fil-każ ta` l-Assistenti Kummissarji kienet identika għal dik segwita sa mill-Indipendenza sal-lum, inkluż taħt l-Amministrazzjoni Laburista. Fuq direttiva tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, ħatriet għall-futur se jsiru mhux iktar fuq rakkomadazzjoni diretta, kif dejjem sar f`dawn l-aħħar 38 sena. Kull rakkomandazzjoni diretta, saret meta saret, dejjem kien ikollha bżonn l-approvazzjoni tal-Kummissjoni li d-deċiżjoni finali tibqa` tagħha. Għalhekk ir-referenza, żbaljata jew delibera, għal kelma "direct order" hi barra minn lokha.
Leg 9 PQ #36837 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Promozzjonijiet

Question

Jaqbel il-Ministru mal-PSC li promozzjonijiet li jingħataw fil-korp tal-pulizija b'direct order huma nieqsa mit-trasparenza? Jekk ma jaqbilx x'għandu x'jgħid dwar il-PSC li rrakkomandat propju hekk?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36836 f`din l-istess Seduta. Mhux kompitu tiegħi li niġġudika l-operat tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li bil-Kostituzzjoni, kif jaf l-Onor. Interpellant, għandha ġurisdizzjoni esklussiva f`dawn il-materji.
Leg 9 PQ #35930 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kaċċaturi Liċenzjati

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm illum hawn kaċċaturi liċenzjati? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti? Kemm minn dawn huma taħt il-21 sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 11,862 persuna li għandhom liċenzja sabiex iġorru arma tan-nar għall-kaċċa, filwaqt li 406 oħra għandhom l-applikazzjoni tagħhom qed tkun proċessata. Infurmat ukoll li minn dawk liċenzjati, hemm 565 persuna taħt il-21 sena.
Leg 9 PQ #36624 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ambjent/MEPA — Panewijiet tal-Konkos

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 36363, jista' il-Ministru jinformana jekk il-MEPA investigatx il-każ imqajjem u jekk iva x'passi ħadet u x'inhija l-pożizzjoni llum? Jekk le, jista' jara li l-MEPA tinvestiga?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi rigward il-każ tat-triq ta` Burmarrad, fit-28 ta` Ottubru 2002, inħareġ mill-MEPA Ordni ta` Waqfien skond l-Att ta` l-Ambjent 2001 fuq id-Dipartiment tat-Toroq talli ġew imwaqqgħin ħitan tas-sejjieħ u minflok ġew mibnija ħitan bil-kantun. Saret ukoll laqgħa mal-Perit inkarigat mix-xogħlijiet fejn ġie diskuss l-Avviż Legali 160 maħruġ fl-1997. Il-Perit ġie ordnat li ma jistax isir iżjed xogħol fuq ħitan tas-sejjieħ qabel ma il-MEPA tkun tista` tagħmel 'full assessment' tad-dannu li sar. Aktar minn hekk, dawn ix-xogħlijiet qegħdin jiġu diskussi f`kumitat konġunt bejn il-MEPA u d-Dipartiment tax-Xogħolijiet.

Pulizija — Ex-membri tad-dejma

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm, jew hemmx, membri tal-korp tal-pulizija li huma ex-membri tad-dejma? Is-servizz fi żmien li kienu fil-korp tad-dejma se jgħodd mal-25 sena servizz?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 17-il membru tal-Korp tal-Pulizija li qabel kienu membri tad-Dejma. Infurmat ukoll illi dak il-perijodu ta` żmien li huma kienu qed iservu mal-Korp tal-Pulizija qabel ma ingaġġaw fil-Korp tal-Pulizija jgħodd mal-25 sena servizz.
Leg 9 PQ #36651 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Klandestini

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm klandestini ġew ripatrijati f'Settembru u Ottubru 2002? Jista' jgħid kemm minn dawn il-klandestini applikaw għall-istatus ta' refuġjati? Jista' jgħid jekk kienx hemm applikazzjonijiet minn dawn li ġew trattati bis-sistema tal-proċedura aċċellerata taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Att dwar ir-Refuġjati? Jekk kien hemm, x'kienet ir-raġuni prima facie li ġew trattati bil-proċedura aċċellerata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul ix-xhur ta` Settembru u Ottubru ta` din is-sena ġew ripatrijati 376 klandestin, li ħadd minnhom ma kellu xi applikazzjoni għal status ta` refuġjat pendenti.