Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa ta' bini f'Tas-Sliema li għandu l-permess tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jintuża bħala 1) nursery 2) play school 3) kindergarten 4) post fejn jinġabru t-tfal bħala child care centre
Response (BORG, TONIO)
Ma jirriżultax illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qatt ħarġet permessi għal xi tip ta` żvilupp simili għal dak li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant. Pero` tajjeb li jingħad illi minn investigazzjonijiet illi saru mill-istess Awtorita` jirriżulta illi xi postijiet li preżentament qed joperaw għal dan l-iskop, ilhom jeżistu sa minn qabel l-1992 ċioe` qabel ma ġiet imwaqqfa l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment?
Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jaġġornani dwar PQ 28858 dwar iċ-ċimiterju fir-Rabat?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt illi nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26335, ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ser tagħmel kull sforz biex tidentifika sit fil-Pjan Lokali li jilqa` għal dan il-bżonn. Dan is-sit irid ikun jirrispetta wkoll kriterji ambjentali, fosthom il-ħarsien ta` art agrikola ta` kwalita tajba, protezzjoni tal-aquifer u l-impatt fuq il-landscape, aċċess adegwat għal vetturi u provvediment ta` parkeġġ għal karozzi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar id-deċiżjoni li hemm min-naħa tal-kumpanija li qed tibni l-kumpless residenzjali/turistiku f'Forti Chambray li twaqqa l-barracks militari? Xi grad ta' protezzjoni jgawdi dan il-bini?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-konfini tal-Forti Chambray għad hemm żewġ barracks militari. Wieħed huwa dak li nbena fi żmien l-Ordni u l-ieħor huwa il-Married Quarters mibni mis-Servizzi Ingliżi. Dawn iż-żewġ binjiet minħabba l-importanza storika tagħhom, kienu fost l-istrutturi identifikati biex jinżammu fid-Development Brief li sar dwar l-istess forti.
Dwar l-ewwel wieħed ma teżisti ebda talba biex isir xi tibdil ħlief ir-restawr u xi tibdil żgħir li huma koperti bil-permessi maħruġa mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Dwar it-tieni wieħed, jiġifieri l-barracks Ingliż, fil-preżent l-Awtorita` għandha applikazzjoni mill-iżviluppaturi biex dan jitwaqqa`.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jitneħħew twieqi u aperturi mill-military barracks f'Chambray? X'sar minnhom dawk li tneħħew? X'passi se tieħu l-Awtorita?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret mill-enforcement officers ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fl-24 ta` Settembru 2001, irriżulta li kienu tneħħew twieqi u aperturi mill-military barracks.
Peress li ma hemmx permess mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar biex jitneħħew twieqi u aperturi mill-military barracks f`Chambray, inħarġet enforcement notice ECF 1018/01 li tgħid: Għandek żvilupp mhux skond il-kundizzjonijiet tal-permess PA 3941/93 maħruġ fil-31 ta` Lulju 1995 (Document No. 72.1) li jikkonsisti fi tneħħija ta` l-aperturi tal-injam mill-Barracks. Għalhekk ix-xogħol fuq il-military barracks f`Chambray ġie mwaqqaf u ma tħalliex jitkompla.
Jista' l-Ministru b' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 29031 jgħid jekk ittiħditx DNA ta' dawk kollha li nġibu mill-pulizija dwar it-tkissir fl-Imnajdra fil-ġimgħa l-kbira li għaddiet?
Response (BORG, TONIO)
Ma għandi xejn x`inżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29031.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi proċeduri għaddejjin biex Forti Chambray tiġi trasferita f'idejn differenti minn dawk li qed jokkupawha bħalissa? X'sehem għandu d-dipartiment ta' l-artijiet f'dan iċ-ċaqliq? Se jkun hemm diskussjoni fil-parlament dwar dan it-trasferiment?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet ma għandu l-ebda talba mingħand iċ-ċenswalisti biex il-Fortizza ta` Chambray tiġi trasferita.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom fil-website tagħha l-Awtorita' ta l-Ippjanar tagħti dettalji dwar il-kontravenzjonijiet li jsiru, dwar x'passi jittieħdu, isem l-enforcement officer iżda mbagħad ma ssemmix lil min ikun għamel il-kontravenzjoni? Tikkunsidra ddaħħal dan it-tagħrif fil-website?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni fuq il-web site tal-Awtorita` hija immirata għall-gwida u informazzjoni tal-pubbliku. F`dan ir-rigward, l-Awtorita` timxi skond il-provvedimenti tal-Att ta` l-Ippjanar, kif ukoll fuq linji ta` gwida dwar 'Data Protection'. F`dan il-kuntest, l-isem ta` min għamel il-kontravenzjoni m`huwiex ippublikat u saħansitra f`ħafna sitwazzjonijiet l-anqas ikun magħruf.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq fuq safar bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-aħħar ta' Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabbilita tiegħek? Kemm min dan l-infieq kien fuq safar relatat mal-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f`xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-uniċi tariffi li żdiedu f`xi dipartiment / entita` li jaqgħu taħt id-dekasteru ta` l-Intern huma r-rati ta` ħlasijiet għall-applikazzjonijiet lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Dawn huma kif jidher fl-Avviż Legali 275 ta` l-2000, li b`effett mill-1 ta` Jannar 2001, amendaw ir-rati ta` ħlas dwar bini kif kuntemplati f`Avviż Legali 112 ta` l-1996.
1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?
2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impjegat?
3 Min awtorizza tali impieg?
4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg?
5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?
Jista' l-Ministru jgħid x' benefiċċji baqa' jieħu l-Kummissarju Ġorġ Grech waqt li qiegħed bil-leave?
Il-karozzi u x-xufiera baqgħu għad-dispożizzjoni tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kull meta xi Kap ta` Dipartiment ikun bil-vacation leave, ma jitnaqssulux il-benefiċċji li jkun intitolat għalihom skond il-kariga tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żieda fil-ħlas tal-permess sabiex stabbiliment joħroġ imwejjed barra? Jekk fl-affermattiv kemm kienet din iż-żieda?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda żieda fil-ħlas tal-permessi biex stabbiliment joħroġ imwejjed barra fuq art pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għall-mistoqsija parlamentari 28400, meta
kien deċiż it-tieni każ fil-konfront tal-persuna msemmija, u min kien qiegħed
jippresjiedi l-każ fil-qorti?
Dwar l-ewwel każ quddiem il-Maġistrat Miriam Hayman kien sar appell mid-
deċiżjoni mill-Avukat Ġenerali u jekk ma sarx għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti tal-Mistoqsija kien ġie deċiż mill-Maġistrat Dr J Cassar LL.D. nhar is-17 ta` Lulju 2000. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi f`dan il-każ it-talba għat-tneħħija minn dawn il-Gżejjer tal-persuna msemmija kienet saret permezz ta` rikors, f`liema proċeduri ma hemmx appell.
Jista' l-Ministru jinforma l-kamra jekk hemm l-darba l-ġebel ta' rinforz li tqiegħdu ġewwa Ancient Str, Birgu sarux taħt is-sorveljanza tal-PA u jekk iva jistax jinforma l-kamra jekk huwiex possibbli li jittieħdu miżuri sabiex dawn jitnehhew billi qegħdin jagħlqu l-aċċess għall-pubbliku u l-użu tal-karozzi tar-residenti tal-akkwati ?
Response (BORG, TONIO)
Minn spezzjoni li saret fuq il-post, ġie ossservat li dan ix-xogħol sar biex bini antik, għoli ta` erba` sulari f`kantuniera ma jiġġarrafx. Jidher li dan ix-xogħol sar mid-dipartiment tax-xogħolijiet. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Membru jindirizza din il-problema lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinforma l-kamra f'liema posizzjoni tinsab l-applikazzjoni nru 03946/00 li saret mal-PA għar-restawr tal-ħitan tal-Batterija Della Grazie , Xghajra billi din ilha pendenti u hemm bżonn li tiġi approvata
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni PA 03946/00 ġiet approvata fil-11 ta` Lulju 2001.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu allowance varji mill-Ministeru/Dipartimenti lil impjegati matul din is-sena?
Jista' wkoll jgħid grad grad min ibbenifika minn dawn l-allowance u kemm ħadu kull grad?
X' tip t' allowance ħadu l-imsemmija impjegati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x' inhu jżomm sabiex biċċa art wara Blk F Fuq tal-Ħawli Birgu tkun tista' tinbidel f' recreation area?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-art li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tinsab mikrija lil terzi sal-11 ta` Novembru 2001 u fil-fatt diġa` ingħata avviż mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern li l-kera mhux ser tiġi mġedda wara din id-data. Peress li l-art in kwistjoni fiha daqs konsiderevoli ta` 2,065 metru kwadru, kif ukoll għandha faċċata fuq it-triq, it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern bħalissa qed tikkunsidra l-proposta għal ġnien pubbliku fid-dawl ta` l-aħjar użu li jista` jsir minnha.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslu l-investigazzjonijiet dwar allegazzjonijiet li saru dwar minn missier ta' tlett ibniet?
Saret talba lill-pulizija barranija biex tinsab il-persuna li isimha qed jintbagħat under separate cover din il-persuna?
Jekk ma saritx għaliex?
Il-pulizija għadha interessata li tkellmu dwar il-każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dan il-każ huwa suġġett ta` inkjesta Maġisterjali u li l-investigazzjonijiet dwaru għadhom għaddejjin.