Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx permessi lill-iskejjel biex ikunu jistgħu jbiegħu stationery u affarijiet oħra relatati ma' l-iskola lill-istudenti? Jekk iva, lil liema skejjel ingħataw dawn il-permessi? X'inhuma l-prodotti li jistgħu jbiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma ingħata l-ebda permess lil xi skola ta' l-Istat biex tbiegħ stationery.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret mill-Awtorita' tal-Health and Safety fil-Casino tad-Dragonara matul dawn l-aħħar ħames snin? Jekk saru spezzjonijiet, instabu rregolaritajiet fil-kuntest tas-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema hemmhekk? X'kienu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li tul dawn l-aħħar ħames snin l-Awtorita' għas Sħħa u Sigurta' fuq il-post tax-xogħol għamlet sitt (6) spezzjonijiet ġewwa Dragonara Casino, fejn f’bosta spezzjonijiet inħargu numri ta’ ordnijiet mill-uffiċċjali tagħha.
Informat ukoll li dwar irregolaritajiet li setgħu nstabu fuq dan il-post tax-xogħol hija l-policy ta’ din l-Awtorita li ma tagħtiex informazzjoni speċifika dwar postijiet speċifiċi.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 25592, Seduta 540.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm fondi soċjali mill-Unjoni Ewropea li se jinkisbu biex jiġu mgħejjuna l-ħaddiema li ngħataw is-sensja mill-fabbrika VF?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li beda l–ezerċizzju biex dawk l-eks ħaddiema tal-VF li sarilhom profiling u għazlu li jitħarrġu, jingħatalhom it-taħriġ li għazlu.
Barra minn hekk, Malta applikat formalment mall-Kummissjoni Ewropeja biex l-għajnuna li ser tagħti tiġi parzjalment iffinanzjata mill-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li studenti li jattendu l-ITS ma jieħdux l-ismart card ukoll? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din tibda tingħatalhom bħal studenti oħra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li studenti li jattendu l-ITS jirċievu stipendju imma mhux bis-sistema ta' l-iSmart Card madankollu l-istudenti li jattendu l-ITS fl-iskema Extended Skill Training Scheme għandhom l-iSmart Card.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Bozoz energy savers
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li qed isir użu minn bozoz energy savers. Kull bozza li ma tibqghax tixgħel qed tinbidel ma' waħda energy saver.
Informazzjoni dwar il-persentaġġ ikkalkulat ta' użu ta' bozoz ta' dan it-tip, ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid mingħand min ġew mikrija l-karozzi li għandha l-ETC, meta sar il-kuntratt u meta se jiġi tterminat? Kemm hi r-rata tal-kirja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-KXT tuża is-sistema tal-Leasing, fejn dan il-kuntratt ġie mogħti lil Paul & Rocco Ltd – Gżira. Il-kuntratt sar fis-7 ta Lulju 2006 u jgħalaq fis–6 ta’ Lulju 2010, dan jista jkun imġedded għal massimu ta’ sitt xhur wara din id-data. Ir-rata ta’ kull karozza hija ta’ Lm4.50 ghal kull karozza kuljum.
Kemm il-working permit validu hemm li nħarġu mill-ETC lill-immigranti llegali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta’ permessi tax-xogħol li huma validi fl-1 ta’ Awissu 2007 u li nħargu mill-KXT lill-immigranti illegali hu ta’ :-
- Refugjati 75
- Persuni li ghandhom protezzjoni umanitarja temporanja 562
-
Asylum Seekers
139
Total 776
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Jista' jgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Onor. Membru jifhem li hu diffiċli tispjega 'l għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Zgur hu li fejn ittieħdu mizuri ta' 'energy saving' allura dan, ovvjament, kellu impatt pozittiv.
Issa li ntemmet is-sena skolastika, jista' l-Ministru jelenka liema huma dawk l-iskejjel li m'għandhomx kap ta' skola u dawk li m'għandhoxm assistenti kapijiet ta' l-iskola? Kemm saru applikazzjonijiet għall-mili ta' dawn il-postijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskejjel kollha għandhom Kap jew Aġent Kap inkarigat mit-tmexxija tagħhom u f'kull skola illum hemm in-numru meħtieġ ta' Assistenti Kapijiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma x-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fil-pixxina nazzjonali ġewwa Tal-Qroqq? Jista' jgħid x'kienet in-nefqa totali fuq xogħlijiet li saru fil-pixxina nazzjonali mill-1 ta' Ottubru, 2006 s'issa u fuq hiex intnefqu?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
JIsta' l-Ministru jgħid x'kien l-assenteiżmu mill-iskejjel tal-gvern fis-sena skolastika li għadha kemm intemmet mqassma fi skejjel primarji, sekondarji, eċċ.? Jista' jgħid ukoll liema skejjel kellhom lanqas kif ukoll l-aktar każi ta' assenteiżmu? Kontra kemm-il ġenitur ittieħdu passi bil-qorti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna persuni (mhux ċittadini ta' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea) minn pajjiżi oħra li għandhom il-permessi meħtieġa biex jaħdmu f'pajjiżna? F'liema qasam għandhom permess jaħdmu? Minn liema pajjiżi ġejjin?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser ngħaddi kopja tal-lista bl-informazzjoni mitluba lill-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-apprentisti li qegħdin jitgħallmu s-sengħa ta' electrician u qegħdin jaħdmu fl-Isptar St Luke's sejrin jispiċċaw mingħajr xogħol wara li jintemm l-apprentistat tagħhom fit-12 ta' Settembru 2007?
Jista' jgħid jekk hemmx bżonn
electricians
fl-Isptar St Luke's jew fl-Isptar Mater Dei?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Membru jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-isptarijiet pubbliċi.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-iskola governattiva tal-Qrendi ser tiġi konvertita f'kamp għall-immigranti illegali? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ma' min ikkonsulta?
Response (GALEA, LOUIS)
Jiddispjaċini li l-Onor. Membru jagħmel uzu ħazin mill-Ħin tal-Mistoqsijiet biex f'Mistoqsija jagħmel allegazzjoni li hi gidba ħoxna li saret bi skopijiet partiġġjani biex tizra dubji f'moħħ in-nies.
M'hemm u ma kien hemm qatt l-ebda ħsieb li din l-iskola governattiva sservi l-iskop allegat mill-Onor. Membru. Għall-kuntrarju f'din l-iskola nagħtu servizz ta' kindergarten u primarju fl-edukazzjoni kif ukoll nakkomodaw l-iskola Helen Keller. Dan il-Gvern investa u qed ikompli jinvesti biex insebbħu l-iskola u intejjbu l-kwalita' tas-servizz edukattiv.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li applika biex jaħdem xogħol ta' mosaic assembler mad-ditta li qed tiġi ndikata separatament, meta m'hemm l-ebda Malti kwalifikat biex jagħmel dan ix-xogħol, ġie rifjutat working permit mill-ETC? Jista' jara li dan il-każ jiġi rivedut?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kaz imsemmi mill-Onor. Membru diġa' ġie kkunsidrat darbtejn mill-ETC. Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma ħarġitx il-permess tax-xogħol għaliex il-kumpanija li talbitu ma pprovdietx evidenza;
li hija ppruvat ssib Maltin biex jagħmlu dan ix-xogħol
li l-persuna li għalih intalab il-permess huma formalment kwalifikat biex iwettaq ix-xogħol konċernat; u
dwar il-Maltin li ser jiġu mħarrġa mill-individwu
Barra minn hekk il-Pulizija għadha ma nfurmatx lill-ETC jekk għandhiex xi oġġezzjoni għall-ħruġ ta' dan il-permess.
Jista' l-Ministru jgħid x'raġunijiet hemm li minħabba fihom, Instructor Grade 3 mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, minkejja li jista' jkollu anke diploma fl-edukazzjoni (Administration u Managament) mill-Universita' ta' Malta, ma jistax japplika għal Assistant Head ta' skola?
X'inhi r-raġuni li għal madwar 20 sena, dawn l-instructors, allegatament minnhom, kienu mwiegħda li s-sitwazzjoni se titranġa, madankollu għadu ma tjieb xejn?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-grad ta' Instructor Grade 3 kien ġie assimilat fil-Ftehim għall-Gradi ta' l-Instructors ta' l-1996. Għaldaqstant ma hemm l-ebda impjegat b'dan il-grad fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni.
Madankollu l-instructors kollha li għandhom warrant ta' għalliema ġew assimilati fi grad ta' Għalliem permezz tal-Ftehim ta' Lulju 2007 u għaldaqstant jistgħu japplikaw għal Assistent Kap ta' l-Iskola bl-istess kondizzjonijiet bħal għalliema oħra.
Jista' l-Ministru jgħid sa x'ħin se jkunu l-ħinijiet għat-tfal fl-iskola sekondarja ġdida f'Tal-Ħandaq f'Ħal Qormi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliema fl-iskejjel tal-Gvern jaħdmu l-ħinijiet kif stabbilit fil-ħatra tagħhom ta' uffiċjali pubbliċi u skond il-ftehim milħuq ma' l-MUT fis-17 ta' Lulju, 2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li huma qrib xi kamra tan-nar jew post fejn huwa liċenzjat li jinħadem in-nar? Liema huma dawn l-iskejjel u kemm hemm bogħod bejn il-konfini ta' l-iskola u l-konfini tal-premises tal-post fejn jinħadem in-nar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kap 33 dwar l-Isplussivi jipprovdi għal distanza ta' 183 metru bejn xi kamra tan-nar liċenzjata u xi post abitat jew triq. Informat ukoll li m'hemm l-ebda skola ta' l-Istat f'inqas minn din id-distanza bogħod minn xi kamra tan-nar.