Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li t-team ta' SRE Teachers li jiltaqgħu darbtejn fil-ġimgħa jingħataw premises permanenti minn fejn jistgħu joperaw? Dan jista' iservi wkoll bħala point of reference għall-ġenituri, għalliema, eċċ.?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ġiet identifikata kamra fis-sular t'isfel tal-Curriculum Centre, Furjana li qed tintuża minn Peripatetic Teachers tal-PSD.
Saret talba biex isir refurbishment ħalli din il-kamra tkun tita' sservi aħjar bħala point of reference għall-għalliema, ġenituri, eċċ.
Saret ukoll talba biex ikun hemm servizz ta' l-internet f'din il-kamra.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jingħataw lap tops lil SRE Teachers billi dawn għandhom bżonnhom fil-qadi ta' dmirijiethom?
Jista' jgħid jekk huwiex possibbli wkoll li dawn l-għalliema jingħataw unlimited access fuq l-internet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hi l-'policy' tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li 'laptops' jingħataw lill-għalliema tal-klassi primarja, lill-ICT peripatetic teachers, lis-Subject Co-Ordinators u lill-'complimentary teachers'.
Rigward l-aċċess għall-internet, id-Diviżjoni qiegħdha tikkunsidra li tagħti dan l-aċċess fiċ-ċentri speċjalizzati.
San Pawl il-Baħar — Tifla li tattendi l-iskola primarja
Question
Peress li l-persuna - li isimha qed jintbagħat separatament - għandha sitt snin u tattendi l-iskola primarja ta' San Pawl, peress li din it-tifla tbati minn autism li jfisser li għandha ntellett ta' sentejn biss; peress li tant huwa każ sever li għadha bin-nappies; u peress li tant tieħu mediċina qawwija li ommha trid toqgħod 24 siegħa magħha għaliex trid titħalla sajma qabel tieħu kull mediċina; jista' il-Ministru jara li jiġi awtorizzat li għalissa t-tifla ma tmurx skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li it-tifla imsemmija ilha ma tattendi skola minn Ottubru. L-assenza tagħha mill-iskola hija ċċertifikata minn tabib mediku, u kull ċertifikat ikopri xahar sħiħ. Skond il-kap ta' l-iskola inħareġ it-tieni ċertifikat li jkopri x-xahar ta' Novembru.
L-iskola diġa' kkuntattjat lis-Social Worker li qiegħdha tieħu ħsieb il-każ.
Għawdex — Skola tal-biedja Kelinu Galea - studenti
Question
B'riferenza għall-istudenti ta' l-iskola tal-biedja Kelinu Galea li ġiet magħluqa biex issir MCAST, b'riferenza għall-assigurazzjoni mogħtija mill-Ministru li dawn l-istudenti se jiġu mqiegħda f'post alternattiv adegwat u peress li dawn l-istudenti qed jitqiegħdu viċin ħafna tat-toilets, jista' jara li dawn l-istudenti jiġu posted adegwatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li qegħdin isiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex dawn l-istudenti jiġu akkomodati fi klassijiet oħra.
Peress illi fl-iskola primarja tal-Vajringa tar-Rabat, Għawdex hemm librerija frekwentata minn ħafna nies ta' eta' differenti, peress illi t-taraġ li jieħu għal din il-librerija mhuwiex addattat għan-nies anzjani u għall-persuni b'diżabilita', jista' il-Ministru jara jekk huwiex possibbli li jiġi nstallat lift għal dan l-iskop jew isiru xi xogħlijiet biex jiffaċilitaw l-aċċess għal-librerija?
Response (GALEA, LOUIS)
Rigward l-installazzjoni ta' 'lift' fil-librerija ta' l-iskola primarja tal-Vajrinġa tar-Rabat Għawdex, nitlob lill-Onor. Membru sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-surmast ta' l-MCAST f'Raħal Ġdid mingħajr l-ebda raġuni qiegħed jordna studenti tal-motor vehicle tehnicians IV sabiex jitilqu 'il barra mill-klassi u meta dan jaf ben tajjeb li b'ordni bħal dik qiegħed jippreġudika d-drittijiet ta' l-istess studenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-impostazzjoni tal-mistoqsija hi għal kollox żbaljata u lill-MCAST ma jirriżultalux li xi drittijiet ta' l-istudenti qed jiġu preġudikati.
Informat li dawn l-istudenti qegħdin isegwu kors ta' Technician Diploma f'Inġinerija tal-Karozzi tas-City and Guilds. Dan il-kors apprendistat huwa t'erba' snin. Għal dawn l-aħħar tlett snin kienu qegħdin jistudjaw f'Mikielang Sapiano Technical Institute. Dawn l-istudenti ingħaqdu ma' l-MCAST f'Ottubru 2003.
Informat ukoll li biex jingħataw id-Diploma, l-istudenti jkollhom jistudjaw u jgħaddu minn tliet kategoriji separati li huma Engine Systems; Chassis Systems; Maths u Electronics. Normalment l-istudenti jagħmlu l-eżamijiet fl-aħħar tar-raba' sena tagħhom. Iżda uħud mill-istudenti fl-aħħar tat-tielet sena jagħmlu ż-żewġ kategoriji (Engines u Chassis).
Fir-raba' sena, l-istudenti jagħmlu tlett ijiem fil-ġimgħa fil-Kulleġġ u jumejn fil-ġimgħa ma' l-isponsor tagħhom. Iżda peress li dawn l-istudenti kienu diġa' għamlu żewġ kategoriji inħass li l-istudenti ma jkollhomx għalfejn jattendu l-Kulleġġ iktar minn tlett ijiem fil-ġimgħa. Dan sar biex ma jkunx hemm repetizzjoni minn tas-sena ta' qabel.
Inħass il-bżonn li l-istudenti jibbenefikaw aktar jekk jaħdmu ma' l-isponsor għal ġurnata żejda biex b'hekk ikollhom aktar ħin għal on-the-job training.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid liema huma dawk l-iskejjel primarji u sekondarji f'Malta u f'Għawdex li għandhom studenti b'diżabilita' ta' mobilita'?
Liema minn dawn l-iskejjel għandhom lift?
Liema huma l-iskejjel li fihom hemm ippjanat li jiġi nstallat lift u meta hu ttamat, bejn wieħed u ieħor, li dan ix-xogħol ikun lest f'kull skola?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid: a) kemm kien hemm studenti f'kull skola speċjali, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin? b) kemm hemm ħaddiema full time u part-time jaħdmu f'kull skola speċjali?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Naxxar — Giovanni Curmi higher secondary - xogħlijiet
Question
Jista' il-Ministru jara li x-xogħlijiet li qed isiru f'Giovanni Curmi Higher secondary fin-Naxxar isiru kemm jista' ikun malajr peress illi l-istudenti qed ibatu ħafna minn dan l-inkonvenjent, speċjalment dawk l-istudenti li jbatu mill-asthma?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ kien hemm mindu bdiet din is-sena skolastika li karozzi tal-linja/mini-vans li jġorru l-istudenti ta’ l-iskola inqabdu b'numru aktar milli suppost? X'passi ttieħdu? Isiru kontrolli minn uffiċjali tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni biex ikun żgurat li n-numru permess ma jinqabiżx?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta waqqfet tiċċekkja 241 vettura li kienu qed iġorru studenti ta' l-iskola. Minn dawn, 57 vettura ġew irrapurtati għal ksur tal-liġi. Il-każi issa jinstemgħu quddiem il-Qrati jew Tribunali lokali
Jista' l-Ministru jgħid jekk intefax xi chlorine fl-iskola jew fl-inhawi ta' l-iskola San Ġużepp Ħaddiem fil-Marsa, b' mod partikoari bejn is-17 u l-20 ta' Ottubru 2003? Jista' jgħid għalfejn sar dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn is-17 u l-20 ta' Ottubru 2003 ma ntefa' l-ebda 'chlorine' fl-iskola San Ġużepp Ħaddiem, il-Marsa.
Jista' l-Ministru jgħid x'użu qed isir minn Villa Psaigon fir-Rabat? Kemm hemm ħaddiema f'din il-Villa u x'inhu x-xogħol li qed jagħmlu? Matul dawn l-aħħar sentejn sar xi xogħol fiha? Jekk iva, x'kienu dawn ix-xogħlijiet u kemm ġew jiswew?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li Villa Psaigon li l-użu prinċipali tagħha huwa dak ta' tagħlim prattiku għat-tfal ta' l-iskejjel dwar l-ambjent u n-natrua, kienet tinsab magħluqa minħabba li kien jeħtieġilha xogħol ta' tiswija u immodernizzar. Id-Diviżjoni ħejjiet pjanti u għamlet applikazzjoni ta' żvilupp. Ma' l-approvazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' żvilupp beda l-proċess ta' tħejjija ta' sejħiet għall-offerti għax-xogħol ta' kostruzzjoni u servizzi.
Fil-frattemp, il-Gardening Unit tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ġiet trasferita f'dan is-sit.
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija ninsab infurmat li, l-post ġie mnaddaf minn dan l-istess Unit, issewwew id-dawl u l-ilma, il-kmamar ġew miżbugħa, it-toilets tnaddfu u, fejn kien hemm bżonn, inbidlu. Xi xogħol għadu għaddej fil-bitħa kif ukoll barra. Bħalissa f'dan il-post hemm il-Head tal-Gardening Unit, is-Senior Foreman, skrivana full-time u oħra part-time filwaqt li tlett ħaddiema qed jispiċċaw l-aħħar irtokki fuq il-post.
B'riferenza għat-tielet u r-raba' parti tal-mistoqsija, ix-xogħolijiet li saru dawn l-aħħar sentejn f'Villa Psaigon kienu: tibdil ta' madum tal-ħajt, komunikazzjoni mill-ġdid tal-provvista tad-dawl u l-ilma tal-gvern, tibdil ta' plumbing, alterazzjoni ta' bieb u xogħol ta' żebgħa. Dawn ix-xogħolijiet b'kollox ġew jiswew LM 1,030.59.
Jista' il-Ministru jagħti break down lokal b'lokal separatament f'Malta, tan-numru ta' persuni li fil-preżent qed jirreġistraw għax-xogħol sija fuq part one u part two?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-istituzzjonijiet edukattivi lokali li l-istudenti li jattendu fihom huma ntitolati għall-maintenance grant? Kemm hemm studenti li qed jieħdu din il-grant u x'somma laħqet is-sena li għaddiet? Jista' jgħid liema huma l-istituzzjonijiet edukattivi l-oħra li s'issa talbu li l-istudenti tagħhom ukoll jiġu ntitolati għall-maintenance grant? Kemm għandhom studenti jattendu fihom? X'inhi l-pożizzjoni tal-gvern dwar din it-talba?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istituzzjonijiet edukattivi lokali li l-istudenti li jattendu fihom intitolati għall-Għotja tal-Manteniment lill-Istudenti, kemm il-darba jikkwalifikaw skond ir-regolamenti, huma:
L-Universita' ta' Malta (inkluż l-Iskola Medika)
Il-Junior College - Gian Franġisk Abela
Il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija
L-Iskola Sekondarja Għolja - Giovanni Curmi
L-Iskola Sekondarja Għolja - Mikielang Refalo, Għawdex
Kulleġġ San Alwiġi - VI Form
Kulleġġ De La Salle - VI Form
Kulleġġ St. Edwards - VI Form
L-istudenti li llum - 5 ta' Novembru - qed jibbenefikaw minn dawn l-għotjiet jammontaw għal 12,902.
Is-sena li għaddiet tħallset is-somma ta' LM 6,899,949 f'Għotjiet ta' Manteniment lill-istudenti. Dan wara li skond ir-Regolamenti tnaqqsu flus lil studenti li assentaw ruħhom bla ġustifikazzjoni, mid-diversi istituzzjonijiet edukattivi.
L-istituzzjonijiet li talbu li l-istudenti tagħhom ukoll jibdew jieħdu l-Għotja ta' Manteniment huma l-Verdala International School fejn hemm madwar 50 student li kieku jikkwalifikaw għal din l-għotja u ċ-Ċentru għat-Taħriġ tal-Kompjuters li jinsab fis-Swatar (limiti ta' Ħad Dingli) fejn in-numru ta' studenti ivarja skond in-numru u l-livell ta' korsijiet li ċ-ċentru jkun qed jorganizza.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li fil-faċilitajiet sportivi tagħhom il-lasti tal-football ma kienux imwaħħlin ma' l-art fil-bidu tas-sena skolastika? Matul din is-sena skolastika kien hemm każi fejn l-iskola ġibdet l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet għal dan il-fatt? F'liema skejjel? Jekk iva, x'passi ttieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni trid tinġabar mill-iskejjel kollha, it-tagħrif mitlub qed jiġi kkompilat biex tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Kif diġa' ġie mħabbar pubblikament ingħataw struzzjonijiet biex sakemm joħorġu direttivi oħra ma jintużawx 'mobile goalposts'.
Jista' isir sforz serju biex l-uffiċini li jmexxu l-ħidma dwar il-programmi edukattivi tal-UE: Socrates, Leonardo u Comenius jinformaw sewwa lill-istudenti u lill-ġenituri tagħhom x'fondi jridu joħorġu huma u x'fondi joħroġ il-gvern u x'fondi toħroġ l-UE? F'kull programm, kemm fondi joħorġu l-ġenituri u għal xiex? Kemm joħroġ il-gvern u kemm toħroġ l-UE?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li billi l-programmi edukattivi tal-UE m'humiex uniformi fil-metodoloġija ta' tmexxija, (per eżempju fil-programm Leonardo da Vinci ma jidħlu xejn il-ġenituri u f'ħafna azzjonijiet tal-programm Socrates anke l-Comenius, il-programm hu intenzjonat għall-għalliema u mexxejja edukattivi) ikun aħjar jekk l-Onor. Membru ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Skejjel primarji/sekondarji — Studenti b'nuqqas ta' smiegħ
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandna studenti b'nuqqas ta' smiegħ fl-iskejjel primarji u sekondarji u kemm għandna għalliema speċjalizzati jgħinuhom? X'passi qed jittieħdu dwar it-taħriġ ta' iżjed għalliema speċjalizzati f'dan il-qasam?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li studenti b'nuqqas ta' smiegħ fl-iskejjel Primarji hawn:-
Malta 29
Għawdex 6
Total 35
Fl-iskejjel Sekondarji hawn:-
Malta 25
Għawdex 4
Total 29
Għalliema speċjalizzati:-
Malta 6
Għawdex 2
Għalliema kwalifikati jistgħu japplikaw sabiex jiġi kkunsidrati għal taħriġ speċjalizzat hekk imsejjaħ 'distance learning'. Ma kien hemm ebda applikazzjoni minn għalliema li huma interessati sabiex jitħarrġu bħala għalliema speċjalizzati b'nuqqas ta' smiegħ. Qed jitħejjew programmi ohra ta’ taħriġ, inkluz barra minn Malta, f’diversi oqsma ta’ studenti bi bżonnijiet speċjali. Nittama li meta jintalbu applikazzjonijiet jirnexxielna nattiraw il-persunal meħtieġ.
Jista' l-Ministru jghid kemm kien hemm ghalliema li dahlu jghallmu ghall-ewwel darba din is-sena? Min huma? X'inhu s-suggett li qed jghallmu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' għalliema ġodda mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għal din is-sena skolastika sal-Ġimgħa 24 ta' Ottubru 2003, huwa hekk:
Għalliema fil-livell primarju - 52 Għalliema Regolari
Activity Teachers - 11
Għalliema fil-livell sekondarju: - 52 Għalliema Regolari fis-suġġetti li jidhru hawn taħt:
Bioloġija, Computer, Ingliż, Franċis, Ġeografija, Storja, Home Economics, Information Technology, Integrated Science, Taljan, Edukazzjoni Fiżika, Personal & Social Development, Fiżika u Studju Soċjali.
12-il Supply Teacher fis-suġġetti li jidhru hawn taħt:
Bioloġija, Home Economics, Fiżika, Mużika.
Mhix il-prattika li jingħataw l-ismijiet.