Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #14994 Sitting 307 2005-10-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM — Sponsorships

Question

Peress li l-Prim Ministru qal li sponsors lokali sejrin jikkontribwixxu Lm500,000 fi sponsorships għaċ-CHOGM, kemm minnhom ġew minn kumpanniji li fihom il-gvern għandu xi sehem? Tista' tagħti lista ta' dawn il-kumpanniji parastatali, jew b'sehem governattiv, li offrew sponsorship għal din il-konferenza u x'kien il-kontribut ta' kull organizzazzjoni individwalment? Kif sejrin jintużaw dawn l-isponsorships?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jiena nfurmat li ċ-CHOGM Task Force irnexxielha tassigura sittax-il sponsorship. Dawn huma mqassma kif ġej: - 4 minn entitajiet tal-Gvern jew entitajiet b'sehem maġġoritarju - 7 minn kumpaniji/individwi Maltin - 4 minn kumpaniji multinazzjonali Il-kumpaniji parastatali jew b'sehem organiżżativ li offrew sponsorship għal din il-konferenza u s-sehem tagħhom huwa kif ġej: Maltacom Servizzi ta' telekomunikazzjoni u telefonija ċellulari AirMalta Servizzi ta' transport bl-ajru u sehem qawwi fil-marketing ta' Malta u taċ-CHOGM Bank of Valletta Servizzi finanzjarju u sehem qawwi fil-marketing Awtorita Maltija għat-Turizmu Sehem qawwi fl-organiżżazzjoni ta' programm ta' attivitajiet soċjali u kulturali għad-delegati u l-popli Malti għal waqt iċ-CHOGM.
Leg 10 PQ #14995 Sitting 307 2005-10-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefaq s'issa fuq it-tħejjijiet għaċ-CHOGM? Kemm hemm nefqa kommessa s'issa fuq iċ-CHOGM summit?

Response (FRENDO, MICHAEL)

S'issa ntefqet is-somma ta' Lm 596,784 fuq tħejjijiet għaċ-CHOGM. In-nefqa kommessa s'issa għal din is-sena hija ta' Lm1,515,047 li parti minnha iżda tiġi miġbura lura b'kumpens għal xi servizzi li jingħataw għall-ġurnalisti u wkoll minn ħlasijiet ta' delegati għall-akkomodazzjoni fil-Golden Sands.
Leg 10 PQ #14996 Sitting 307 2005-10-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kapijiet ta' Stati li indikaw li mhumiex sejrin jattendu għaċ-CHOGM summit?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-uniku kap ta' Stati li ndika li ma jistax jattendi hu l-Prim Ministru Kanadiż, Mr Paul Martin.
Leg 10 PQ #14997 Sitting 307 2005-10-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'agenda items sejra tissuġġerixxi Malta għad-diskussjonijiet taċ-CHOGM, apparti mit-temi prinċipali li diġa' ġew imħabbra?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Billi l-aġenda taċ-CHOGM ma taqax taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, nitlob lill-Onorevoli Membru sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 10 PQ #15051 Sitting 307 2005-10-24 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Ikliet u riċevimenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L- ammont imhallas f`hospitality f`ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005 kien ta` Lm 11,785. 27 minn dawn l- okkazjonijiet il - hlas kien jaqbez il - Lm 150. L - informazzjoni rigward l - Ambaxxati ghadha qed tingabar.
Leg 10 PQ #14747 Sitting 305 2005-10-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Żieda fil-prezz tal-fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li tiswa lid-dipartimenti/entitajiet, eċċ taħt id-dekasteru tal-ministeru l-ispiża ta' 4c fuq l-għoli tal-prezz ta' fuel li rriżultat nhar it-Tnejn 3 ta' Ottubru, 2005?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Huwa mistenni li ż-żieda fl-ispiża medja tal-konsum tal-fuel għall-Ministeru tiegħi hija ta LM67.40 fix-xahar.
Leg 10 PQ #14818 Sitting 304 2005-10-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Kummissarju Għoli ta' Malta f'Londra

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14415 u jgħid: Billi f'interview li ta lil "The Sunday Times of Malta" nhar is-27/02/05 il-High Commissioner ta' Malta f'Londra qal li: "His top priority will be to channel more foreign direct investment towards Malta", jista' il-Ministru jgħid x'ħidma saret lill-Kummissarju Għoli f'dan ir-rigward f'dawn l-aħħar seba' xhur kif ukoll x'riżultati nkisbu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Matul dawn l-aħħar seba' xhur il-Kummissarju Għoli ta' Malta f'Londra flimkien mal-Malta Enterprise kien involut f'diversi attivitatjiet li ġew organiżżati flimkien ma' organiżżazzjonijiet oħrajn fl-Ingilterra. L-għan ta' dawn l-attivitajiet kien li jiġi attirat investiment barrani lejn Malta kif ukoll żieda fl-esportazzjoni ta' prodotti u servizzi Maltin permezz ta' outsourcing. Dawn l-attivitajiet kienu jinkludu: - One-to-one meetings - Seminar ma' Assoċjazzjoni ta' kumpaniji fl-outsourcing - Workshop ma' kumpanija ta' konsulenza ta' l-informatika Fost ir-riżultati miksuba sa issa hemm: - Negozjati fi stat avvanzat ma' kumpanniji fis-setturi ta' l-ikel, ta' l-informatika u fis-settur marittimu biex iwaqqfu impriżi ta' manifattura f'Malta b'potenzjal ta' 150 impjiet ġdid. - Ġew konklużi kuntatti sostanzjali fuq bażi ta' ħames snin għal subcontracting ta' software ma' kumpaniji Maltin. - Bħalissa hemm negozjati fi stat avvanzat ma' kumpaniji ta' konsulenza biex Malta ssir magħrufa aktar bħala outsourcing destination u biex kumpaniji Ngliżi jgħaddu xogħol lill-kumpaniji Maltin. Fl-istess ħin il-Kummissarju Għoli fl-Ingilterra pparteċipa f'inizjattivi mnedija mill-MFSA biex Malta tikseb sehem akbar mis-suq ta' l-ICT. Il-Kummissarju Għoli Refalo għamel u qed juża kuntatti li issa għandu fis-City, f'Mansion House u ma' għadd ta' Guilds biex iwessa u jkabbar il-firxa ta' interess lejn Malta. Apparti minn dan, il-Kummissarju Għoli fl-Ingilterra kellu laqgħat mall-Konsli Onorarji ta' Malta biex jgħinu u tiġi kkordinata l-ħidma tagħhom bl-għan li jiġi mħajjar investiment akbar lejn Malta. Nixtieq inżid li l-ħidma tal-Kummissarju bħalissa tinkludi wkoll dik fil-qasam ta' l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż u biex pazjenti Ngliżi jiġu kkurati fi sptarijiet Maltin. Il-Kummissarju Għoli qed jieħu sehem sħiħ fl-organiżżazzjoni tal-laqgħa tal-Commonwealth Businees Council li sa tinżamm qabel iċ-CHOGM. Fil-qasam tat-turiżmu, l-ħidma tal-Kummissarju Għoli wasslet biex organiżżaturi jagħżlu Malta għall-konferenzi tagħhom kif ukoll qed jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-ħidma li twettaq l-MTA permezz ta' l-Uffiċċju ta' l-Awtorita Maltija tat-Turiżmu f'Londra. Ta' min ifakkar li qabel it-tluq tiegħu lejn l-Ingilterra l-Kummissarju Għoli Michael Refalo kellu laqgħat ma' għadd ta' Ministri tal-Kabinett u rappreżentanti ta' għaqdiet fl-industrija u kummerċ.
Leg 10 PQ #14843 Sitting 304 2005-10-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Ikliet/riċevimenti

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14660 u jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150? Min kienu l-persuni li għalihom tħallsu dawn l-ikliet/riċevimenti, u x'kienet ir-raġuni?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ma nistax nifhem x'utilita' jista jkollha l-informazzjoni ddettaljata li qed jitlob l-Onoervoli Membru. Għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv li jkun meħtieġ sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista jintuża aħjar, ma nħossx li hemm il-ħtieġa li tingħata l-informazzjoni li qed tintalab.
Leg 10 PQ #14660 Sitting 301 2005-10-10 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Ikliet/riċevimenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150? Min kienu l-persuni li għalihom tħallsu dawn l-ikliet/riċevimenti, u x'kienet ir-raġuni?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #14426 Sitting 299 2005-10-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija fi Vjenna

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tas-sur Chris Grima fl-ambaxxata Maltija fi Vjenna u x'rapporti ntbagħtu dwar il-ħidma tiegħu minn kemm ilu li ħa l-postinghemmhekk?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ma jidhirliex li pubblikament għandi noqgħod niddiskuti uffiċċjali individwali fil-ħidma tagħhom regolari għall-Ministeru. L-uffiċċjali in kwistjoni ngħata "assignments" partikolari f'dik l-Ambaxxata.
Leg 10 PQ #14412 Sitting 298 2005-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Laqgħa tar-rappreżentanti permanenti ta' l-UE fi Brussels

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma r-rapport li għandi li waqt laqgħa tar-rappreżentanti permanenti ta' l-UE (il-COREPER) fi Brussels, ir-rappreżentant Malti s-sur Cachia Caruana għajjar lil waħda mill-assistenti tiegħu b'mod li ġie mwiddeb dwar dan mill-ambaxxatur ta' Sweden? Jekk dan huwa minnu, jista' jgħid jekk is-sur Cachia Caruana apoloġizzax mas-sinjura konċernata?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Assolutament mhux minnu. La r-Rappreżentant Permanenti Malti u lanqas dak Svediż ma jafu bl-inċident allegat fil-Mistoqsija Parlamentari jew ta' xi inċident ieħor simili. Min għamel ir-rapport lill-Onorevoli Interpellant wera ruħu sors ta' diżinformazzjoni.
Leg 10 PQ #14415 Sitting 298 2005-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Kummissarju Għoli ta' Malta f'Londra

Question

Billi f'interview li ta lil "The Sunday Times of Malta" nhar is-27/02/05 il-High Commissioner ta' Malta f'Londra qal li: "His top priority will be to channel more foreign direct investment towards Malta", jista' il-Ministru jgħid x'ħidma saret lill-Kummissarju Għoli f'dan ir-rigward f'dawn l-aħħar seba' xhur kif ukoll x'riżultati nkisbu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #14416 Sitting 298 2005-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija f'Parigi

Question

Billi f'The Sunday Times of Malta" tal-5/07/05 ġie rrappurtat li l-Ambaxxatriċi ta' Malta f'Parigi ħabbret it-twaqqif mill-ambaxxata Maltija ta' "Database of all Maltese nationals and persons of Maltese descent living in France", jista' il-Ministru jgħid jekk id-database huwiex lest u għal min se jkun aċċessibbli, i.e. NGOs, etc?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-għan ta' din l-inizjattiva huwa li jinġabar reġistru komplet ta' ċittadini Maltin ġewwa Franza kif ukoll ċittadini Franċiżi ta' oriġini Maltija. Din id-'database' ser iservi wkoll bħala mezz ta' komunikazzjoni bejn l-Ambaxxata u l-Komunita Maltija ġewwa Franza. Ġew iċċirkulati formuli li ntbagħtu lill-Konsli Onorarji ta' Malta f'diversi bliet madwar Franza kif ukoll lil nies ta' ċittadinanza jew oriġini Maltija li jgħixu ġewwa Pariġi. Id-'database' għadu qed jiġi kkumpilat. S'issa inġabru madwar 130 formula. L-informazzjoni, f'din id-'database', ser tkun aċċessibbli għal kulħadd skond il-parametri tad-'Data Protection Act'.
Leg 10 PQ #14423 Sitting 298 2005-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ħatra ta' ambaxxatur Malti għal Berlin

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li wara li ħabbar il-ħatra ta' l-ambaxxatur Malti l-ġdid għal Berlin, saru rappreżentazzjonijiet ta' protesta minn ex uffiċjal għoli taċ-ċivil, mal-President, mal-Prim Ministru u ma' diversi ministri kontra din il-ħatra għaliex ippretenda li kellu jsir ibnu? Jista' jgħid jekk huwiex minnu li bħala kompromess ġie deċiż li din il-persuna issa ġiet imwiegħda li binha se jiġi maħtur ambaxxatur fl-ewwel vacancy li tinħoloq?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Dwar l-ewwel mistoqsija ma għandi l-ebda informazzjoni li xi ħadd għamel xi rappreżentazzjonijiet ta' protesta minħabba l-ħatra ta' l-Ambaxxatur Malti l-ġdid għal Berlin. Żgur mhux fil-Ministeru li għalih jiena responsabbli. Dwar it-tieni mistoqsija, din tirrigwarda lili direttament u nista' nserraħ moħħ l-Onorevoli Interpellant li lili ma pprotesta miegħi ħadd dwar il-ħatra ta' l-Ambaxxatur Malti l-ġdid f'Berlin. L-għażla ta' Ambaxxaturi ma ssirx a bażi ta' "kompromess"! Din id-"deċiżjoni" li suppost li ttieħdet li xi ħadd isir "ambaxxatur" fl-ewwel vacancy li tinħoloq, dejjem skond l-Onorevoli Interpellant, hija "pure fiction". .
Leg 10 PQ #13930 Sitting 296 2005-09-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

EU — Immigrazzjoni illegali

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta saret il-laqgħa teknika dwar l-immigrazzjoni illegali f'Malta li għaliha attendew rappreżentanti ta' pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u l-Libja, liema kienu dawk il-pajjiżi ta' l-Unjoni li ma attendewx?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.
Leg 10 PQ #13932 Sitting 296 2005-09-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Pjan strateġiku

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-pjan strateġiku tal-ministeru tiegħu? Jekk ġie approvat, jista' jagħti indikazzjoni tal-qafas tiegħu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-pjan għar-ristrutturar tal-Ministeru ġie approvat wara diversi laqgħat ma' uffiċċjali mill-Management and Personnel Office. Hu mistenni li l-proċess ikompli billi joħorġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għal 'headship posts'. L-istruttura l-ġdida tieħu in konsiderazzjoni r-realtajiet politiċi u ekonomici ta' llum.
Leg 10 PQ #13933 Sitting 296 2005-09-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

EU — Immigrazzjoni Illegali

Question

Fid-dawl tad-diversi ittri li l-Ministru bagħat lill-pajjiżi individwali ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll lil diversi organizzazzjonijiet internazzjonali dwar l-immigrazzjoni illegali, jista' il-Ministru jindika x'wieġbu u meta wieġbu? Jekk fin-negattiv, liema huma dawk il-pajjiżi u organizzazzjonijiet li naqsu li jwieġbu t-talbiet ta' Malta dwar dan is-suġġett? Kif qed tiġi kkordinata l-ħidma bejn l-uffiċċju tal-Ministru, il-Ministeru ta' l-Intern u l-uiffiċċju tal-Prim Ministru fejn jopera s-Segretarju Parlamentari l-Onor. Abela li huwa responsabbli mill-Armata?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nissuġġerixxi li t-tweġiba tingħata f'diskussjoni fuq Agenda Item speċifiku f'laqgħa tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej. Ser nikkuntattja lill-President tal-Kumitat dwar dan. Dan biex jista jkun hemm diskussjoni aktar mifruxa dwar din il-materja.
Leg 10 PQ #13934 Sitting 296 2005-09-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Proliferation security initiative

Question

Jista' il-Ministru jgħid Malta meta bdiet taderixxi mal-proliferation security initiative li kienet ġiet promossa mill-Istati Uniti, u aktar tard minn diversi pajjiżi Ewropej fis-sena 2003? Jista' jelabora dwar dan?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li s'issa Malta m'aderixxitx mal-Proliferation Security Initiative, li ġiet promossa mill-Istati Uniti f'Mejju 2003. Inżid illi bħala Membru ta' l-Unjoni Ewropea, Malta kienet parti mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea li ħareġ il-press release ta' 1 ta' Ġunju 2004, taħt it-titlu "Non-Proliferation - support of the Proliferation Security Initiative (PSI)", u li ssemmi l-pożizzjoni ta' l-Unjoni dwar il-PSI, illi: "The European Union and its Member States note that the principal purpose of the Proliferation Security initiative (PSI) complements well the objectives set out in its own Strategy against the proliferation of WMD. The European Union and its member States fully endorse and subscribe to the Statement on Interdiction Principles of 4 September 2003. It can provide an effective basis, consistent with national legal authorities and relevant international law and frameworks including the UN Security Council, on which to impede and stop trafficking in weapons of mass destruction and their means of delivery." u "The European Union and its Member States commit themselves to contribute to the PSI and will take the necessary steps in support of interdiction efforts to the extent their national and Community legal authorities permit and consistent with their obligations under international law and frameworks." Il-Gvern Malti qiegħed jeżamina l-aspetti legali w amministrattivi li jridu jiġu mplementati qabel tittieħed id-deċiżjoni sabiex Malta taderixxi mal-PSI u l-Interdiction Principles tal-PSI. Ta' min isemmi li fil-2004, Malta, permezz ta' uffiċċjali tad-Dwana u l-Forzi Armati, ipparteċipat bħala osservatur f'diversi attivitajiet u eżerċizzji ta' nterdizzjoni tal-PSI. Malta qed iżżomm nota wkoll tal-pajjiżi li adexxew għall-PSI jew qegħdin f'negozjati bħalissa.

Visa għall-Istati Uniti ta' l-Amerika

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern investigax u eventwalment jekk interveniex dwar id-diffikulta' li qed isibu ċ-ċittadini Maltin biex jakkwistaw visa biex isiefru lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika? Jekk fl-affermattiv, x'irriżulta? Jaf li ċ-ċittadini Maltin qed jiġu mġiegħla jħallsu miżata konsiderevoli għall-applikazzjoni ta' din il-visa għalxejn għax eventwalment il-maġġorparti kbira ta' l-applikazzjonijiet qed jiġu rifjutati?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jinsab infurmat li xi Maltin li applikaw għall-visa biex isiefru lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika sabu diffikulta' biex din tingħatalhom. Fil-fatt il-Ministeru għamel diversi rappreżentazzjonijiet ma' uffiċċjali għolja fl-Ambaxxata ta' l-Istati Uniti f'Malta u anke max-Charge d'Affaires Amerikan f'Malta. L-Ambaxxata ta' l-Istati Uniti f'Malta wegħdet li tagħmel dak kollu possibbli biex tiffaċilita' l-aċċetazzjoni ta l-applikazzjonijiet taċ-ċittadini Maltin għall-visa biex imorru l-Istati Uniti ta' l-Amerika.
Leg 10 PQ #13783 Sitting 295 2005-09-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

UE — European Agencies

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-European Agencies ta' l-Unjoni Ewropea li t-twaqqif tagħhom għadu fil-pipeline?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jien informat li l-aġenziji li qegħdin fil-proċess li jitwaqqfu wara li ġiet addotata l-legiżlazzjoni Ewropea li twaqqafhom huma: - European Chemicals Agency - Community Fisheries Control Agency - Human Rights Agency