Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — persuni f'position of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 ġew maħtura 11-il persuna f’position of trust mal-Ministeru Għat-Trasport u l-Infrastruttura. Bħalissa fil-Ministeru, fadal 10 persuni f’ position of trust. Ħadd minn dawn ma kellu għalfejn jiġi assorbit fis-Servizz Pubbliku għax biex persuna tkun f’ position of trust trid tkun fis-settur pubbliku.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29245, peress li din is-siġra qed tikber fuq in-naħa ta' barra tal-pont u li qed tagħmel ħsara fuq l-istess pont u dan ifisser li din is-siġra qed tikber f'post fi ħdan Transport Malta jew l-Bridge Restoration Unit, jista' l-Ministru jara li titneħħa din is-siġra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-investigazzjoni li saru, ma jidhirx li hemm l-ebda ħsara fil-masonry vault imma jidher li din is-siġra qed taffettwa il-ħajt tal-parapett. Transport Malta se tkun qiegħda tieħu l-passi neċessarji biex tirranġa dan il-ħajt. Nerġa’ ntenni li ma jidhirx li hemm xi periklu jew saret xi ħsara fuq il-pont innifsu.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li l-pelican lights li jinsabu f'Vjal Valletta f'salib it-toroq ma' Triq Pantar ikunu qed jiffunzjonaw għaliex sal-lum ma jistgħux jintużaw u qed jinħoloq periklu għal kull min ikun irid jaqsam it-triq ladarba hemm żewġ bus stops, wieħed fuq kull naħa tal-istess triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-postijiet ta' parkeġġi riservati madwar Malta u Għawdex li fil-fatt huma approvati minn Transport Malta, u li huma hekk approvati, minn Jannar 2013 sal-lum?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema reserved parkings qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-ministeru jibda x-xogħol neċessarju fuq il-Menqa ta' San Pawl il-Baħar u dan qabel ma titkompla ssir iktar ħsara lill-istess Menqa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta' tindif tal-Menqa u ta’ qtugħ ta' ġebel mill-barriera nbdew matul l-ewwel il-ġimgħa tas-sena. Il-ġebel ser jinħadem il-barriera biex kemm jista' jkun innaqqsu l-inkonvenjent tar-residenti ta' San Pawl il-Baħar.
Servizz tal-Karozzi tal-linja – tnaqqis bejn il-Milied u s-6 ta’ Jannar
Question
Billi jidher li s-servizz tal-karozzi tal-linja se jitnaqqas bejn il-Milied 2016 u s-6 ta’ Jannar 2017, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta approvatx tali tnaqqis, u jgħid ukoll jekk tali tnaqqis sarx ukoll fi snin preċedenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalma ġara fis-snin l-imgħoddija, fiż-żmien tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena, is-servizz tat-trasport pubbliku jiġi mħaddem fuq l-iskeda tas-Sibt. Madanakollu, is-servizz fuq dawk ir-rotot li jitħaddmu biss fost il-ġimgħa baqgħu jiġu pprovduti. It-tibdil temporanju fl-iskedi seħħ bejn is-26 ta’ Diċembru 2016 u s-6 ta’ Jannar 2017. Ta’ min wieħed jinnota li f’jum il-Milied, kif ukoll fl-Ewwel tas-Sena, s-servizz tat-trasport pubbliku jkun sospiż bejn nofsinhar u t-tlieta ta’ wara nofsinhar.
Infurmat ukoll li Transport Malta, hekk kif għamlet fis-snin ta’ qabel, awtorizzat tali tibdil.
San Pawl il-Baħar – Triq San Ġorġ – xogħol ta’ trinek
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta tatx permess għal xogħol ta’ trinek ħdejn il-GO fi Triq San Ġorġ f’San Pawl il-Baħar? Jista’ jieħu l-passi neċessarji biex it-trinka li saret, tingħalaq kif suppost?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ permess li nħarġu fejn l-exchange tal-Go Plc ġewwa Triq San Ġorġ San Pawl il-Baħar. Jirriżulta li x-xogħlijiet fuq dawn iż-żewġ trinek ingħalqu bl-asfalt.
Mosta — manutenzjonu fil-binja tal-ħwienet fil-qasam ta' djar tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29246 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li fil-qasam ta' djar tal-Gvern fil-Mosta jsir xogħol ta' manutenzjoni mal-binja fejn hemm il-ħwienet quddiem id-Dar tal-Anzjani tal-Gvern peress li din it-talba qed issir għaliex ilu jinħass il-ħtieġa ta' dan ix-xogħol u ma tibqax tidher id-dehra ta' telqa fl-entratura tal-qasam tad-djar tal-Gvern li jixraqlu li jkollu l-entratura tiegħu tidher isbaħ?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Mosta — Vjal Indipendenza salib it-toroq ma' Triq il-Mitħna - traffic lights
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29243, peress li Triq Pantar ġiet miftuħa, jista' l-Ministru jikkonsidra li biex jitnaqqas in-numru ta' inċidenti ta' traffiku fi Triq l-Indipendenza minħabba l-vetturi li joħorġu minn Triq il-Mitħna, jista' bla dewmien ta' żmien isiru t-traffic lights u jekk ma jsirux dawn il-lights, isiru rubber bollards f'Vjal l-Indipendenza, salib it-toroq ma' Triq il-Mitħna?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn konsultazzjoni li saret fi ħdan Transport Malta, jirriżulta li madwar 100metru ‘l bogħod fiż-żewġ direzzjonijiet, diġa’ jinsabu pedestrian crossings, għalhekk it-twaħħil ta’ tali lights mhux rakkomandat. Minflok ġie approvat it-twaħħil ta’ bollards biex il-vetturi ma jkunux jistgħu jaqsmu t-triq.
Is-Siġġiewi, Ħal Qormi u Ħal Luqa – road humps/sleeping policeman
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm hemm road-humps/sleeping policeman ġewwa l-lokalitajiet tas-Siġġiewi, Ħal Qormi u Ħal Luqa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-rekords ta’ Transport Malta, ir-road humps li hemm fis-Siġġiewi huma 11, f’Ħal-Qormi huma 44 u f’Ħal-Luqa huma 16.
Birkirkara – Triq Bontadini – xogħol fuq il-wiċċ tat-triq
Question
Jista' l-Ministru jara li Triq Bontadini f’Birkirkara tingħata wiċċ ġdid hekk kif partijiet minnha jinsabu fi stat diżastruż?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali. Transport Malta hija nfurmata wkoll li l-Kunsill Lokali qiegħed fil-proċess li jorganizza xogħol estensiv fuq din it-triq liema proċess għadu fil-bidu u ser jirrikjedi fondi u konsultazzjoni estensivi.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lanes madwar Malta u Għawdex li huma kklassifikati bħala priority lanes (jew kif inhuma magħrufa aħjar bħala bus lanes) minn Transport Malta u kif jista’ ċittadin jivverifika liema minn dawn il-lanes huma attivi u liema huma sospiżi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-priority lanes huma ndikati fil-lista pprovduta. It-tabelli tul il-priority lanes jindikaw jekk dawn il-lanes humiex attivi jew sospizi.
Priority Lanes
Aldo Moro (Northbound)
Aldo Moro (Southbound)
Msida Bus Lane
Pieta' Bus Lane
Triq Nazzjonali & Triq Sarria Floriana
Gzira Bus Lane
Sliema Ferries Bus Lane
Blata l-Bajda – Triq Nazzjonali - Bus Lane
Rotta 72 — vjaġġi tal-karozza tal-linja – ħin tat-tluq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħin effettivament telqu l-vjaġġi tal-karozza tal-linja numru 72 mill-Qrendi matul in-nofstanhar ta’ filgħodu tat-Tnejn 10 ta’ Ottubru 2016?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella t’ hawn taħt tindika il-ħinijiet tat-tluq tar-rotta 72 mill-Qrendi fl-10 ta’ Ottubru 2016, hekk kif miġbura mis-sistema tal-GPS li hemm fuq kull karrozza tal-linja li hemm fuq is-servizz tat-trasport pubbliku:
Data
Rotta
Numru tal-Vettura
Bus Stop
Skedat
Hin tat-tluq
10/10/2016
72
134
Qrendi
05:22
05:20
10/10/2016
72
150
Qrendi
05:42
05:43
10/10/2016
72
170
Qrendi
06:02
06:01
10/10/2016
72
181
Qrendi
06:22
06:22
10/10/2016
72
134
Qrendi
06:42
06:52
10/10/2016
72
177
Qrendi
07:02
07:11
10/10/2016
72
170
Qrendi
07:22
07:43
10/10/2016
72
181
Qrendi
07:42
10/10/2016
72
686
Qrendi
08:02
08:15
10/10/2016
72
134
Qrendi
08:22
08:31
10/10/2016
72
155
Qrendi
08:42
09:12
10/10/2016
72
150
Qrendi
09:02
09:12
10/10/2016
72
686
Qrendi
09:22
10/10/2016
72
181
Qrendi
09:42
09:45
10/10/2016
72
134
Qrendi
10:02
10:03
10/10/2016
72
150
Qrendi
10:22
10:25
10/10/2016
72
155
Qrendi
10:42
10:44
10/10/2016
72
181
Qrendi
11:02
11:05
10/10/2016
72
686
Qrendi
11:22
11:21
10/10/2016
72
134
Qrendi
11:42
12:22
10/10/2016
72
150
Qrendi
12:02
12:03
Il-vjaġġ li kien skedat li jsir bil-karozza tal-linja bin-numru BUS181 fis-07:42 ta’ filgħodu ma sarx. Dan minħabba li l-karozza tal-linja li kellha tagħmel dan il-vjaġġ kienet tard u għaldaqstant ma laħqitx tagħmel il-vjaġġ skedat. Transport Malta jeħtigilha tkompli tinvestiga jekk sarx il-vjaġġ skedat fid-09:22 ta’ filgħodu.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4249, 5005, 6257, 762, 14278, 16059 u 24211, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol ta' twessiegħ u għoti ta' tarmak fi Triq Ħal Far, limiti taż-Żurrieq peress li din it-triq tintuża b' mod regolari kemm minn bosta bdiewa li għandhom ir-raba' tagħhom f’dawn l-akkwati kif wkoll minn diversi residenti tal-lokalitajiet taż-Żurrieq, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Kirkop, Ħal Safi u Birżebbuġa? Peress li x-xogħol involut biex issir din t-triq jammonta għal mijiet ta' eluf ta' euro, u peress li l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq, li fil-konfini tiegħu taqa’ din t-triq, mhux finanzjarjament f' pożizzjoni biex jagħmel x-xogħol f'din it-triq, jista’ l-Ministru jintervjeni biex isir dan ix-xogħol bħalma sar fil-każ ta' Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq ukoll?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Iż-Żurrieq/Qrendi – Triq l-Imqabba – twessiegħ u għoti ta’ tarmak
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, għalkemm Triq l-Imqabba, iż-Żurrieq/Qrendi hija triq rurali, hemmx il-ħsieb li l-Gvern jagħmel ix-xogħol neċessarju ta' twessiegħ u għoti ta' tarmak f’din it-triq, minħabba l-fatt li din t-triq tinsab fi stat diżastruż u ta' periklu kbir għal kull min jgħaddi minnha?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Xogħlijiet neċessarji ta’ twessiegħ u tarmak fuq toroq fiż-Żurrieq u s-Siġġiewi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, għalkemm dawn huma toroq rurali, hemmx il-ħsieb li l-Gvern jagħmel ix-xogħol neċessarju ta' twessiegħ u fejn neċessarju għoti ta' tarmak ta’ dawn it-toroq:
- Triq il-Qrendi, iż-Żurrieq/Qrendi li miż-Żurrieq twasslek il-Qrendi u viċi-versa;
- Triq Ħal Farruġ, is-Siġġiewi/Luqa li mill-Imqabba/Siġġiewi twasslek għal Ħal Luqa/Qormi u viċi-versa; u
- Triq l-Imqabba/Triq il-Bur il-Kbir, is-Siġġiewi kif wkoll Triq tal-Virtu/Triq it-Tiġrija, ir-Rabat li mill-Imqabba jwassluk għas-Siġġiewi u għar-Rabat u viċi-versa;
peress li tali xogħol fuq dawn it-toroq, inaqqas drastikament it-traffiku min-naħa t'isfel ta' Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kamra li qabel kien tintuża mid-dispatcher fil-Venda tal-karozzi tal-linja f'Misraħ Mattia Preti fiż-Żurrieq, hijiex proprjetà ta’ Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kamra li qabel kienet tintuża mid-dispatcher fil-venda tal-karozzi tal-linja f'Misraħ Mattia Preti fiż-Żurrieq hija amministrata minn Transport Malta.
Chadwick Lakes — xogħol ta' manutenzjoni fit-toroq
Question
Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex f'Chadwick Lakes isir ix-xogħol ta':
a) żbir ta' siġar li jinsabu jostakulaw it-triq u jnaqqsu mill-ispazju tal-karozzi,
b) jinżabru s-siġar li jinsabu taħt id-diversi pontijiet u li qed joħolqu periklu lil min ikun għaddej mill-pontijiet,
c) jerġgħu jinbnew il-ħitan u l-ġebel li kien jintuża tal-ilqugħ għall-karozzi li jkunu qed isuqu f'toroq ta' biswit il-kanali tal-ilma, u
d) isir il-patching fejn meħtieġ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li fil-jiem li ġejjin il-Valley Management Section se tagħmel spezzjoni biex jiġu identifikati s-siġar li huma ta’ ostakolu jew ta’ periklu. Jekk is-siġar huma protetti taħt Schedule I jew Schedule II ta’ L.N. 200 ta 2011, iridu jiġu sottomessi l-permessi ambjentali neċessarji għaż-żabra ta’ dawn is-siġar protetti. Jekk is-siġar ma jaqgħux taħt din il-liġi, dawn jinżabru immedjatament.
Parti minn Wied il-Qlejgħa se jiġi riabilitat minn proġett bil-fondi ewropej, immexxi mill-Aġenzija għall-Ilma u l-Enerġija bil-kollaborazzjoni tal-Valley Management Section. Ir-rijabilitazzjoni tal-wied, tinkludi wkoll restawr ta’ ħitan tas-sejjiegħ.
Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija , nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferiha lill-Ministru kkonċernat.