B'riferenza għall-ftehim milħuq mat-tarznari, jista' il-Ministru jgħid kemm tneħħew managers u f'liema sezzjonijiet? Kemm mill-Malta Drydocks u kemm mix-Shipbuilding?
Response (GATT, AUSTIN)
Minn mindu ntlaħaq il-ftehim kollettiv tat-Tarzni tnehhew seba' managers mill-MSCL u manager wieħed mill-Malta Drydocks. Dawn il-Managers kienu jokkupaw il-karigi ta':-
MSCL: Procurment and Stores Manager, Assistant Financial Accounts Manager, Maintenance Manager, Company Medical Officer, Block Fabrication Manager u Painting and Services Manager.
MDD: Financial Controller.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxati li daħlu fi ftehim mal-MITTS għall-provvediment tal-LAN Requirements sabiex jiġu kkonnettjati mal-IT network tal-gvern?
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxati li daħlu fi ftehim mal-MITTS għall-provvediment tal-LAN Requirements sabiex jiġu kkonnettjati mal-IT network tal-gvern?
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Każi ta' serq
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum?
X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Jista' il-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex tiġi rranġata s-sitwazzjoni fejn qed isir slum clearance fi Triq San Ġwann, Bormla peress li d-drenaġġ ta' xi residenzi u tal-club ta' Cospicua Rangers F.C. qed jispiċċa fil-blat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infumat li d-drenagg li qed jispicca fil-blat gej mill-house connections privat tar-residenzi u mhux mill-main tas-sistema pubblika. Ghalhekk din il-mistoqsija ghanhda ssir lill-Ministru responsabbli ghall-Housing Authority biex dawn jinvestigaw il-kaz.
Bormla — Bieb il-Poverista - provvista ta' elettriku
Question
Jista' il-Ministru jara li jissaħħaħ is-servizz ta' l-elettriku fir-residenzi ta' Bieb il-Poverista f'Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi ix-xoghol biex tissahhah is-sistema ta' l-eletriku f'Bieb il-Polverista Bprmla ghandu jsir flimkien ma' xogholijiet ohra simili fil-gimghat li gejjin
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li s-servizz ta' luggage carriage tal-Gozo Channel ġie mwaqqaf? Jista' jagħti r-raġuni għal dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-servizz li ghalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant m'ghadhux jinghata wara direttiva tal-Union biex il-haddiema ma juzawx il-Baggage Trailers
Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-MV Calypso ilu diversi ġranet marbut l-Imġarr, Għawdex? Hemm xi ħsieb li l-MV Calypso jerġa' jibda jintuża?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li hija ħaġa normali li, meta wieħed mil-vapuri tal-Kumpannija Gozo Channel ikun it-Tarzna, l-MV Calypso jkun sorġut ġewwa Għawdex. Bħalissa il-vapur MV Gaudos qiegħed it-Tarzna għal-manutenzjoni annwali.
Il-vapur MV Calypso qed jintuża biex isiru l-vjaġġi tal-Cargo għal Sa Maison.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Bordijiet
Question
Jista' il-Ministru jinformani liema kienu l-bordijiet li twaqqfu u l-membri li nħatru f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru? Meta fil-fatt twaqqfu u kemm-il darba ltaqgħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm ebda "Dipartiment governattiv li jaqgħa taħt id-dikasteru ta' dan il-Ministeru.
Jista' il-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw mill-Bank of Valletta plc biex ġew appuntati nies fil-marketing division li ġiet kreata riċentement, senjatament fil-corporate marketing division, fil-business integration division u fil-functional marketing unit?
Fuq liema bażi se jsir l-eżerċizzju ta' regrading li għandu jsir? Min kienu l-membri tal-panel li għażlu l-persuni konċernati?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li nifhem li l-Onor. Interpellant għamel id-domanda biex jaqdi d-dmir tiegħu ta' Membru Parlamentari, nitlob lil-Onor Interpellant jifhem li l-Bank of Valletta plc mhux Dipartiment tal-Gvern, izda kumpanija kkwotata fuq l-Stock Exchange. Konsegwentament, dan it-tip ta' informazzjoni hi minn natura taghha privata u mhux kompitu li tigi mistħarġa minn dan il- Parlament.
Jista' il-Ministru jgħid meta saret is-sistema tad-drenaġġ fi Triq it-Tram, fil-Ħamrun? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol sarx minn kuntrattur? Kien hemm xi rregolaritajiet jew illegalitajiet f'dik li hija distanza ta' bejn il-manholes?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li s-sistema tad-drenaġġ fi Triq it-Tram, Hamrun saret lejn l-aħħar tat-tmeninijiet. Dan ix-xogħol aktarx sar minn kuntrattur b'tender mad-Dipartiment tad-Drenaġġ. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma m'għandhiex informazzjoni li saret xi rregolarita' jew illegalita' jew li kienu saru xi lmenti lid-Dipartiment tad-Drenaġġ minn dak iż-żmien 'l hawn.
Ma jaħsibx il-Ministru li d-WSC qed timxi b'mod pjuttost arroganti meta tiddeċiedi li taqta' id-dawl u l-ilma, anke meta jkun hemm kontestazzjonijiet serji fuq il-kontijiet?
Fil-każ li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, jekk il-korporazzjoni ssostni l-pretensjonijiet tagħha, dan m'għandhiex tagħmlu permezz ta' proċeduri idonei fil-qorti?
Response (GATT, AUSTIN)
Normalment meta xi konsumatur jaqa lura fil-ħlasijiet, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma titlob lill-Korporazzjoni Enemalta biex tissospendi s-servizz ta' l-elettriku tal-konsumatur. Rari jsir qtugħ tas-servizz ta' l-ilma u meta dan isir, ikun hemm ċirkostanzi oħra minbarra dik diġa' msemmija.
Fil-każ partikolari li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, il-konsumatur qed jinsisti li kien għamel ħlas li fil-fatt ma jirriżultax li għamlu.
Kontra dak li implika l-Onor. Interpellant il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għadha ma ddeċiditx li taqta' d-dawl u l-ilma tal-konsumatur iżda sempliċiment wissietu bil-miktub li jekk se jibqa ma jirregolax il-posizzjoni tiegħu, 'jittieħdu passi ulterjuri skond il-liġi foshom il-qtugħ tas-servizzi tad-dawl u l-ilma'.
Hi prerogattiva tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li tagħżel l-aktar triq konvenjenti għaliha biex tirkupra flus dovuti lilha.
Rigward proċeduri fil-Qorti, ma naħsibx li jagħmel sens peress li hemm proċeduri oħra amministrattivi li jistgħu jittieħdu.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-ilma tad-drenaġġ ilu jiskula minn diversi bokok ġewwa Valley Road, Birkirkara ħdejn il-bini li kien jokkupa l-istabbiliment tal-Price Club u ħdejn istabbiliment tad-Domestica mill-15 ta' Settembru 'il hawn? Jista' jara li dan l-inkonvenjent, li huwa ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, jitneħħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li wara l-maltemp tal-15 ta' Settembru, l-mejn tad-drenaġġ f'Valley Road, Birkirkara imtela kollu ġebel u bdiet ħidma kontinwa biex dan jitnaddaf. Dan ix-xogħol ħa diversi ġranet biex tlesta.
Fil-bidu ta' din il-ġimgħa reġa kien hemm blockage f'din it-triq illi issa nfetaħ u l-flow tad-drenaġġ reġgħet ġiet għan-normal.
Jista' il-Ministru jara jekk hemmx xi żball fil-kont tad-dawl u ta' l-ilma tal-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, flimkien mal-kont peress li meta ressqet l-ilment tagħha ma ħaditx sodisfazzjon?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kont tal-persuna gie investigat u rrizulta hekk kif spjegat hawn taht;
Jiena infurmat li, dan il-kont qiegħed jinhadem bir-rati sussidjati , li hi dik ta' assistenza socjali , kemm tad-dawl kif ukoll ta' l-ilma. Madanakollu l-konsumatur qieghed lura fil hlas, tant li sar ftehim miegħu biex ihallas b'pagamenti kull xahar.
Meta l-ilment tal-konsumatur kien investigat, il-kont ta' l-ilma ġie rivedut u sar tnaqqis ta' Lm36.15 ghalhekk, il bilanc dovut huwa ta' Lm221.16. Fir- rigward tad-dawl ma kienx hemm kaz ta' revizjoni.
Il-konsumatur ġie infurmat minnufih bil- posta.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-MITTS dwar xiri ta' computers immuntati Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
MITTS Ltd ma tagħmel l-ebda distinzjoni bejn computers immuntati Malta u computers importati sakemm dawn jissodisfaw l-ispecifications mitluba. Il-MITTS Ltd tuża it-tender 334-2000 għax-xiri ta' ħafna mill-computers li ikollha bżonn.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-valur ta' l-apparat tat-teknoloġija ta' l-informatika li xtraw il-MITTS mill-elezzjoni ġenerali sal-lum u mingħand min inxtara?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Comprehensive monitoring report on Malta's preparations for membership
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'deċiżjonijiet ittieħdu fix-xhur li għaddew u x'deċiżjonijiet oħra huma mistennija li jittieħdu u jitwettqu sa l-aħħar ta' April 2004 biex skond il-kliem tal-comprehensive monitoring report on Malta's preparations for membership il-gvern iżomm u jonora l-commitments regarding the restructuring of its shipyards?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-dibattitu twil li kellna dan l-aħħar fil-Parlament u għal diversi stqarrijiet Ministerjali dwar id-deċiżjonijiet li ittieħdu sabiex tkun ristrutturata t-Tarzna ta' Malta. Dan sar mhux biss biex il-gvern jonora l-"commitments regarding the restructuring of its shipyards" imma fuq kollox biex jonora l-commitment tiegħu mal-poplu Malti li kien qed jissussidja bil-qawwi lit-tarzna u biex fl-aħħar mill-aħħar iġib is-settur tat-Tarznari fuq saqajh.