Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza li ilha maqtugħa fi Triq Sant'Andrija, Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' il-Ministru jara li jissewwew xi bozoz li hemm maqtugħa fil-ġnien li hemm f'Hubbard Flats, Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 31173 datata 23-01-02, jista' l-Ministru jagħtini nformazzjoni kemm kienet is-somma li tħallset s'issa b'riżultat ta' inġustizzji li kienu saru?
Kemm il-każ ġie deċiż sal-ġurnata ta' llum barra 32 li jissemmew fil-mistoqsija oriġinali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li s'issa tħallset is-somma ta' Lm259,992 bħala kumpens fir-rigward ta' ħamsa u sebgħin każ minn tnejn u tmenin li s'issa ġew deċiżi kontra l-Maltacom. Fis-seba' każi l-oħra l-kumpens għadu qed jinħadem
Jista' l-Ministru jgħid għaliex kanna ta' l-ilma mifqugħa fi Triq San Franġisk c/w triq Ċensu Galea San Ġwann li ilha tiġi rrapportata tlett xhur għadha ma ġietx irranġata?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom is-servizzi ta' l-ilma u/jew tad-dawl maqtugħ għax ma ħallsux il-kontijiet dovuti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa hemm mija u wieħed konsumaturi li għandhom il-provvista ta' l-elettriku sospiża minħabba li għandhom numru ta' kontijiet li għadhom ma tħallsux. Dawn huma maqsumin kif ġej:
Domestiku 60
Ristoranti 19
Industrijali u Kummerċjali 22
Tajjeb jingħad li l-provvista ta' l-ilma ma tiġix sospiża.
Jista' il-Ministru jara li l-Enemalta tilqa' d-diversi talbiet li sarilha, inkluż mill-kunsill lokali tas-Siggiewi, sabiex it-triq li tagħti għall-bajja ta' Lapsi tiġi imdawla, b'mod partikolari l-parti bejn id-dar tal-providenza u r-roundabout li hemm fejn il-barriera peress li din il-parti tat-triq bil-mod kif iddur hi perikoluża u tista' toħloq konfużjoni għal dawk is-sewwieqa li mhumiex familjari ma' din l-area?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta għall-kunsiderazzjoni tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom is-servizz tat-telefon maqtugħ illum, għax għandhom kontijiet mhux imħallsa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li sas-7 ta' dan ix-xahar kien hemm 1,438 telefon residenzjali u 593 telefon għal skopijiet ta' negozju li kienu ristretti u 442 telefon residenzjali u 222 telefon għal skopijiet ta' negozju li kienu maqtugħin. Dawn ir-restrizzjonijiet u qtugħ kienu dovuti għall-fatt li hemm numru ta' kontijiet mhux imħallsa.
Jista' il-Ministru jara li ttieħed azzjoni biex arblu tad-dawl li jinsab fit-triq 'il barra mill-bankina u għaldaqstant huwa ta' żgombru u ta' periklu fi Triq il-Ħabbież, Ħal Qormi, quddiem il-fond bit-titolu St Anthony jitneħħa?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
How many containers have been handled by Freeport during each month of 2002 in respect of transhipment containers and domestic/Malta containers?
How is the quantity of containers broken down for containers handled at terminal 1 as against terminal 2 for each month of 2002?
What is the highest and the lowest quantity of containers handled per gantry crane per hour on mian line vessels (ie not feeders) at the freeport at terminal 1 and terminal 2?
How many gantry cranes can be in use at any one time at both terminal 1 and 2 working simultaneously to discharge or load main line ships and feeder vessels?
How does the optimum productivity level of containers per gantry crane per hour at Malta freeport compare with Med Center - Gioia Tauro, Piraeus, Venice and Barcelona?
What is the total capacity of containers that Malta freeport can handle in a year at terminal 1 and terminal 2 together?
What is the total quantity of containers that Malta freeport handled in 2001 and in the eight months to August 2002?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, il-Port Ħieles immaniġġa dawn il-containers (TEUS):
XAHAR TRANSHIPMENT DOMESTIĊI
Jannar 110,865 6,084
Frar 94,024 5,017
Marzu 101,221 6,378
April 85,131 6,713
Mejju 87,059 7,449
Ġunju 96,292 6,589
Lulju 93,616 8,433
Awissu 99,262 7,375
Matul l-2001, il-Port Ħieles immaniġġa 1,165,070 container (TEUS), waqt li matul l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena sar immaniġġar ta' 821,508 containers (TEUS).
L-informazzjoni l-oħra mitluba hija ta' natura kummerċjali għaldaqstant ma jkunx fl-interess tal-Kumpanija li din tiġi ppubblikata.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom l-Enemalta li ffinanzjat il-kunċert li sar dan l-aħħar mill-orkestra nazzjonali oġġezzjonat li dan il-kunċert ikollu lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, bħala direttur tal-orkestra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta għall-persuna indikata fil-mistoqsija bħala direttur ta' l-orkestra fil-kunċert. Fil-fatt il-Korporazzjoni ma kellha x'taqsam xejn mat-tibdil fid-direttur ta' l-orkestra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-ħaddiema 'tar-rampa' ta' l-Airmalta li qed jitħadmu b'kuntratt jagħlaq bħalissa jingħataw impieg permanenti, speċjalment in vista tal-fatt li naqsu ħamsin ħaddiem f'dan il-grad f'dawn l-aħħar żminijiet?
Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex tinbidel il-bozza tad-dawl elettriku li ilha mitfija u li tinsab fil-kantuniera ta' Triq il-Wied ma' Triq Bormla f'Raħal Ġdid?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-fatt il-manutenzjoni meħtieġa fuq il-bozza fit-triq imsemmija diġa' saret.
Jista' il-Ministru jgħid sarux xi taħdidiet bejn Malta/Libja u l-Italja dwar il-possibilita' li l-pipe tal-gas li sejjer jiġi installat fil-Mediterran tkun tista' tagħmel użu minnu Malta? Fiex kienu jikkonsistu dawn it-taħdidiet u x'riżultati kien hemm?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta ma kinitx involuta fit-taħdidiet li qed jirreferi għalihom.
B'riferenza għal mistoqsija 35592, jista' il-Ministru jindika fuq il-pjanta li qed tintbagħat separatament, fejn jeżisti l-passaġġ indikat fil-mistoqsija? Jista' jikkonsidra mill-ġdid t-tweġiba li ta peress li ma tidhirx li hija korretta? Fejn hija l-prattika normali tax-xogħol u l-electricity supply reg. kif indikat fir-risposta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li t-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 35592 kienet qed tirreferi għal post ieħor fil-viċinanzi. Dan irriżulta mill-informazzjoni mogħtija fuq il-pjanta li ġiet sottomessa. Jiena nfurmat li f'dan il-każ, l-arbli ma setgħux jitpoġġew b'mod differenti minħabba arbli oħra ta' l-istreet lighting li hemm fl-inħawi.
L-istima li nħadmet għas-servizz mitlub fil-farmhouse bejn Haż-Żebbuġ u s-Siġġiewi saret skond l-Electricity Supply Regulations.
Jista' il-Ministru jara li l-bozza fi Triq Balzan, Żurrieq, li kellha oriġinarjament,teħel fi Triq Napuljun, Żurrieq, tibqa' fil-post li hi imma tiġi spostata b'mod li tiġi angolata sabiex tagħti dawl iż-żewġ totoq aktar 'il fuq indikati?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata.
Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza - l-unika bozza li tinsab fit-triq - fi Triq Married Quarters, Kalkara li ilha maqtugħa għal dawn l-aħħar seba' xhur u r-residenti ta' din it-triq jinsabu at risk minħabba d-dlamijiet li hemm?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta għall-azzjoni relattiva.
Jista' il-Ministru jgħid, issa li sar ix-xogħol li kellu jsir, meta se terġa' titwaħħal il-kaxxa ta' l-ittri fi Triq is-Swieqi, Swieqi, peress li n-nuqqas tagħha qed jinħass minn numru kbir ta' residenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Maltapost bħalissa qed tagħmel eżerċizzju ta' reviżjoni dwar l-allokazzjoni preżenti tal-kaxxi ta' l-ittri kollha f'Malta. Jekk tittieħed deċiżjoni li l-kaxxa ta' l-ittri fit-triq imsemmija tkun waħda minn dawk li ser jitħallew fis-servizz, din terġa' titwaħħal fi żmien qasir.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu rrapportati każi ta' near misses ġo l-ispazju ta' l-ajru ikkontrollat minn Malta din is-sena? Ta' liema nazzjonalita', u x'tip kienu l-ajruplani involuti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li meta jkun hemm near miss, il-pilota jirraporta lid-Dipartiment ta' l-Avvjazzjoni Ċivili. Min-naħa tagħhom, id-diriġenti tad-Dipartiment jinfurmaw lill-management tal-Malta Air Traffic Services. Ġieli jkun hemm każi fejn il-pilota informa direttament lill-kontrollur li kien ser jirraporta near miss lid-Dipartiment.
Jiena nfurmat li l-Malta Air Traffic Services ma rċeviet ebda nformazzjoni dwar xi near miss matul din is-sena.
B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti tal-"Vegetable oils and fats" li qed jiġu mportati fil-mument u li se jkollhom tariffa ta' 11.4% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li d-definizzjoni "vegetable oil and fats" hija waħda wiesgħa. Din tinkludi diversi gruppi ta' prodotti li għandhom tariffi differenti. Meta wieħed iħares lejn l-importazzjoni attwali minn Malta isib li dan li ġej huwa l-grupp ta' prodotti li jidher li huwa l-aktar rilevanti.
Il-lista' ta' hawn taħt turi l-medja tad-dazju applikat mill-unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni tal-prodott ikonċernat mill-pajjiżi terzi li Malta tipikament timporta minn għandhom bħalissa imqabbla mad-dazju impost bħalissa minn Malta fuq l-importazzzjoni ta' dawn il-prodotti, mill-istess pajjizi:
Tariffa fil-pajjżi Dazju attwali
Familja ta' prodotti ta' l-U.E. f' Malta
Sunflower oil 9.6 fil-mija Lm0.04/litru
Soya bean oil 9.6 fil-mija Lm0.04/litru
Margarine 8.3 fil-mija u 5 fil-mija u
28.4 Eur/kg Lm0.25/kg
Naturalment fil-każ ta' pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, id-dazju ma japplikax fil-każ ta' prodotti mixtrija mingħand il-pajjiżi l-oħra membri ta' l-istess Unjoni.