Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Cyberspace Solutions Ltd
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, jew xi kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'dawn l-aħħar ħames snin qattx għamlu użu mill-kumpannija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical? Jekk iva, x'kien dan ix-xogħol, għal kemm kien jammonta u jekk itteħidx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Ministeru għall-Kompetittivita u Komunikazzjoni li ilu mwaqqaf għal ftit aktar minn sentejn qatt ma għamel użu mill-kumpaniji msemmija.
Jien infurmat ukoll li l-ebda awtorita' li taqa taħt dan il-Ministeru qatt m'għamlet użu minn dawn il-kumpaniji fl-aħħar ħames snin. M'hemm l-ebda kumpanija parastatali jew korporazzjoni li taqa' taħt dan il-Ministeru.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-yacht marinas li hawn f'pajjiżna u x'inhi l-kapaċita' ta' kull waħda minnhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-yacht marinas li hawn f'pajjiżna huma dawn:
Yacht Marina Numru ta' rmiġġi
Msida Marina u Ta' Xbiex 789
Mġarr Għawdex 186
Manoel Island Marina 400
Portomaso Marina 110
Grand Harbour Marina 214 pontoon berths u 33 syperyacht berths.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20097 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema aġenzija tal-gvern żammet jew mistennija żżomm diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea dwar rfid - Radio Frequency Identification Technology, dan bil-għan li jiġi ntrodott Radio Frequency Identification sabiex issir ħażna ta' informazzjoni fuq tag żgħira li tikkomunika permezz ta' radio frequencies differenti permezz ta' electronic reader u dan skond il-Kummissarju għall-Information Society Viviane Reding għandu joħloq opportunitajiet ġodda għall-pubbliku filwaqt li jiżgura li ċ-ċittadini jibqgħu f'kontroll ta' din id-data?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-aspetti varji li jirrelataw mar-Radio Frequency Identification Technology ġew diskussi fit-tul matul diversi laqgħat li saru fuq livell Ewropew. L-Awtorita ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni ħadet sehem f'dawn il-laqgħat għan-nom tal-Gvern Malti.
Fil-ġimghat li ġejjin il-Kummissjoni Ewropeja hi mistennija li tibgħat abbozz tad-deċiżjoni finali għall-kummenti minn naħa tar-regolaturi fi ħdan il-pajjiżi membri ta' l-UE. Jekk kemm il-darba ikun hemm rispons posittiv għan-nom tal-pajjiżi membri, il-Kummizzjoni imbagħad tkun f'qagħda li tista' tadotta d-deċiżjoni u b'hekk titlob l-implimentazzjoni tagħha fil-pajjiżi membri sad-data li tiġi iffissata fl-istess deċiżjoni.
Jista' il-Ministru jgħid x'tagħrif għandu l-Ministeru dwar port tariffs issa li l-portijiet ġew privatizzati? Kif jikkompara dan illum ma' dak imwiegħed qabel il-privatizzazzjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fost il-miri ewlenin tar-riforma fil-portijiet, inkluż kuntratt ġdid konkluż reċentement għall-ħatt u tagħbija ta' merkanzija fil-Port il-Kbir, hemm iż-żieda fl-effiċjenza u l-produttivita' fil-portijiet kif ukoll ristrutturar fis-sistemi portwali. Dan kollu għandu jwassal għal roħs fit-tariffi ta' min jipprovdi servizzi portwali, investiment ġdid fl-infrastruttura u makkinarju u żieda fil-volum ta' merkanzija fil-portijiet.
Ir-ristrutturar tal-mod kif jingħataw servizzi portwali jinkludi wkoll reviżjoni fl-organiżżazzjoni portwarja u simplifikkazzjoni u roħs tat-tariffi.
Fil-fatt dan wassal sabiex l-Awtorita' Marittima ta' Malta laħqet ftiehem mal-Malta Freeport Terminals Ltd u mal-Valletta Gateway Terminals Ltd dwar x'għandhom ikunu it-tariffi bażiċi għall-ħatt u tagħbija ta' din il-merkanzija fiż-żewġ portijiet.
Is-sistema maqbula sejra tissimplifika il-proċess ta' ħruġ ta' kontijiet u tirriffletti roħs fit-tariffi. Fil-fatt it-tariffa maqbula applikabbli għall-importazzjoni u esportazzjoni hija essenzjalment orħos minn dik li kienet qabel l-ewwel ta' Lulju. Dan ir-roħs fit-tariffi għandu jissokta la darba tiġi mitmuma ir-riforma tal-port. Kull roħs ieħor miftiehem fix-xhur li ġejjin ser ikun ukoll għal gwadan tal-konsumatur u l-ekonomija maltija in ġenerali.
It-tnaqqis li ġie maqbul sa issa bl-ebda mod ma jista jitqies bħala finali għaliex hemm diversi tariffi oħra li għad iridu jonqsu bħala parti mill-proċess ta' riforma fil-portijiet. Tajjeb wieħed ifakkar li l-gvern dejjem insista li r-riforma fil-portijiet għandha twassal għal bidla sħiħa u mhux biss ta operaturi tal-port.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra din is-sena, x'tip huma u ta' fejn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta’ vapuri navali li daħlu Malta din is-sena huma dawn li ġejjin:
Tip
Numru
Pajjiż
Survey Vessel
1
Ingilterra
Patrol Craft
13
Franza, Ġermanja, Italja, Greċja, Irlanda
Frigate
9
Portugall, Kanada, USA, Ġermanja, Polonja, Franza, Danimarka
Supply
1
Franza
Submarine
2
Olanda, Ġermanja
Destroyer
3
USA, Ingilterra
Support Vessels
2
Ġermanja, Spanja
Mine Hunter
4
Ġermanja, Greċja, Spanja, Turkija
Corvette
1
Portugall
Tug
1
Italja
Cruiser
1
Ġermanja
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord ta' l-interview li mexxew l-intervisti għal għażla ta' manager ta' records management fl-MMA it-tieni darba li tmexxew l-intervisti?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinħolqu iktar pożizzjonijiet fid-dipartiment ta' records management fl-MMA, apparti skrivani li hemm sejħa għalihom? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'pożizzjonijiet hemm il-ħsieb li jiżdiedu u kemm uffiċjali f'kull każ?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru tat-tenants eżistenti fil-crafts village ta' Ta' Qali li ffirmaw il-ftehim dwar il-proġett li għandu jsir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li kull tenant eżistenti fil-villaġġ tal-artiġjanat ta' Ta' Qali qabel mal-proposti u l-pjannijiet il-ġodda għal-villaġġ il-ġdid. Filfatt it-tenants kollha eżistenti iffirmaw, ħlief għal żewġ tenants eżistenti li qed jistennew is-sejħa mid-Dipartiment tal-Artijiet u tenant eżistenti ieħor li għażel li ma' jkollux x'jaqsam mal-villaġġ il-ġdid propost.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li meta tmexxew l-interviews l-ewwel darba għal post ta' manager ta' records management fl-MMA waqfu? Jista' jgħid x'salarju, fringe benefits u allowances oħra għandu l-manager ta' records management?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.