Jista' l-Ministru jgħid jekk is-somma li kellhom iħallsu l-konsorzju Viset, Port Cottonera u l-CWG għal xogħlijiet artistiċi skond il-kuntratt taċ-ċens tal-proprjeta' li ingħataw tħallsitx? Kemm kienet din is-somma f'kull każ? Fhiex intnefqu dawn il-flus?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti permezz ta' l-sms dwar emissions tal-karozzi minn meta ġiet introdotta din l-iskema? Kemm ġew ittestjati vetturi u kemm minnhom instabu difettużi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li kien hemm 121,831 rapporti permezz ta’ l-SMS dwar emissions tal-karozzi minn meta ġiet introdotta l-iskema (Awissu 2005) sa Awissu 2007. Minn dak iz-zmien ġew ittestjati 3,254 vetturi u minnhom 533 vettura m’għaddewx.
Apparti dawn, 913 vettura ġew mitluba jgħamlu test imma dawn m’attendewx u b’hekk ingħataw restrizzjoni fuq il-licenzja tal-vettura li ma tippermettix li tiġġedded il-liċenzja tal-vettura qabel ma jsir it-test u il-vettura tgħaddi minn dan it-test.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija li titlesta l-kumplament tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-kumplament tax-xoghol fuq il-‘bypass’ ta’ San Pawl huwa maqsum f’zewg partijiet.
L-ewwel parti tikkonsosti fir-rikostruzzjoni tar-‘
roundabout
’ li tinsab f’Xatt il-Pwales. Dan ix-xoghol beda u mistenni li jispicca f’Dicembru ta’ din is-sena.
It-tieni parti tikkonsisti fil-bini ta’ parti mis-‘
Southbound carriageway
’ fl-inhawi maghrufa bhala ta’ Fjuri. Din ix-xoghol huwa mistenni li jibda hekk jigi rrinfurzat il-klasies tat-triq li kien skavat minn terzi. Ix-xoghol fuq it-triq huwa ppjanat li jiehu madwar hames gimghat biex jitlesta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Jista' jgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Onor. Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega l-għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur hu li fejn ittiehdu miżuri ta' 'energy saving' allura dan, ovvjament, kellu mpatt pozittiv.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26870 jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għat-tiswija tat-Triq ix-Xatt ta' Ta' Xbiex jiġifieri jekk hux il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq jew il-kunsill lokali ta' Ta' Xbiex?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li r-responsabilta' għat-tiswija ta' Triq ix-Xatt, Ta' Xbiex ma taqax taħt l-ADT imma taħt il-Kunsill Lokali rispettiv.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li fil-prezent, fil-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu, mhux qiegħed isir uzu minn bozoz energy saving, peress li jintuzgħu neon daylight tubes.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27209 u jgħid x'konkorrenza kien hemm sakemm ġiet sottomessa din il-mistoqsija għall-buses bejn l-ajruport tal-Gudja u ċ-Ċirkewwa? Kemm saru vjaġġi sakemm ġiet sottomessa din il-mistoqsija? Huwa minnu li ħafna mill-buses lanqas kellhom spazju biex iġorru l-valiġġji?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tagħjt għad-domanda numru 27209, fis-seduta numru 553 tat-l8 ta' Lulju, 2007.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27204 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizja u Intern u li issa ġiet riferuta lilu, cioe' b'referenza għar-razzett f'Misraħ il-Barrieri l-Imsida, li qed iwassal għal ħafna ġrieden fl-akwati, jista' flimkien ma' l-awtoritajiet l-oħra kompetenti jirrikkmanda li titwaqqa' parti minn dan ir-razzett li tokkupa u tiżgombra aktar minn nofs it-triq, li wara kollox hi proprjeta' tal-gvern?
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-lamp postsħomor li kienu ġew imwaħħla fi Triq Santu Wistin ġo San Ġiljan inqalgħu? Jista' wkoll jgħid kemm kienu ġew jiswew u jekk hux se jerġgħu jiġu mwaħħlin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet relatati mal-lamp posts ta' din it-triq saru mit-Taqsima tax-Xogħlijiet u l-manutenżjoni ta' din it-triq ma taqax taħt l-ADT minħabba li mhiex triq arterja jew distributorja.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni wara l-fatt li saru żewġ zebra crossing ġo Tower Road, Sliema jiġifieri mill-Magic Kiosk 'l fuq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li z-zebra crossing li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari ġew implimentati għal raġunijiet ta’ sigurta’ għal zmien temporanju sakemm jitlestew ix-xogħolijiet ta’ kostruzzjoni li għadejjin bħalissa fuq extension ta’ bini ezistenti kopert mill-permessi neċessarji ta’ l-Awtrorita’ Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Dawn iz-
zebra crossing
kienu ġew rakkomandati skond ir-
Risk Assessment
Report
li ġie ppreparat u diskuss ma’ l-
Occupational Health and Safety
Authority.
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopji tar-Risk Assessment Report..
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru t-toroq il-ġodda madwar il-housing estates il-ġodda ġewwa Pembroke u jista' jgħid ukoll meta se jitwaħħal il-crash barrier ġo Triq Burma peress li taħtu hemm ġnien fejn suppost jilgħabu t-tfal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi bħalissa nbdew ix-xogħlijiet fuq it-toroq tal-Housing Estate fl-inħawi tat-Triq Kurunell Cocks, fejn qed jiġi nkluż anke parking area.
It-toroq tal-Housing Estate fl-inħawi ta' Triq Pietru Darmenia ġew inklużi fil-programm ta' toroq li jridu jitlestew sa l-aħħar tas-sena 2008.
Fil-kaz ta' Triq Burma, ser issir spezzjoni fuq il-post ħalli jiġi determinat dak li hemm.
Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta ser titwessa t-trejqa li twassal għall-kamra tan-nar ta' San Bert, Għargħur, u jista' jagħti d-dettalji x'sar fuq l-akkwist ta' l-art biex dan iseħħ peress li kienet ukoll ħarġet dikjarazzjoni tal-President ta' Malta dwar l-akkwist ta' artijiet li jwasslu għal din il-kamra u għal bnadi oħra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-art meħtieġa biex it-triq titwessa diga’ ġiet espropjata’ u bħalissa qed isiru l-istimi mill-istess Awtorita’ ħalli jkunu jistgħu jinħarġu t-tenders.
Jaf il-ministru li minflok ma qed jintuża trailor kif suppost, qed jintuża karru żgħir meta dan mhux suppost għax lanqas qed jintuża żiemel?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-uzu ta' karru zgħir miġbud minn trakk huwa konformi mal-Liġi Sussidjarja 65.18(it-Tielet Skeda) skond AL 14/2004, li pero ġiet amendata permezz ta' AL 25/2007 fil-bidu ta' din is-sena kurrenti.
Il-vetturi li jintuzaw għat-
test
(inkluz
Trailers
) li ma baqgħux jissodisfaw il-kriterji minimi imsemmija fl-AL 25/2007 jistgħu jibqgħu jintuzaw sal-31 ta' Dicembru 2010.
Fiz-zewg Avvizi Legali (fit- Tielet Skeda) msemmija, huwa permess li għat- test tat-
Trailer
, jistgħu jintuzaw tagħqida ta' vetturi magħmula minn vettura li tintuza għat-test tal- Kategorija C (Trakk) flimkien ma' Trailer.
Jaf il-Ministru li llum waqt l-eżami m'għadux jintuża trailor imma sempliċement biċċa karru u dan sabiex jiffranka l-ispiża tal-liċenzja u l-insurance taż-żiemel u dan presumibilment biex jiġu vvantaġġjati ċerti persuni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-uzu ta' karru jew trailer huwa permess mil-liġi basta jilħaq ir-rekwiziti tekniċi minimi kif imfisser fit- Tielet Skeda tal-Liġi Sussidjarja 65.18 skond AL 14/2004 (wieħed jista jara wkoll spjegazzjoni fit-tweġibiet għal Mistoqsijiet Numri 27364 u 27366).
Dwar il-kwistjoni ta' l-
insurance
din hija r-responsabbilta ta' l-
'owner'
tal-vettura.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persentaġġi ta' nies li qed jgħaddu għall-ispecial licence ma' garaxx u motoring school li isimhom qed jintbagħat separatament? Ma jidhirlux li d-differenza hija disproporzjonata għall-aħħar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li prezentament miz-zewg garaxijiet li l-isem tagħhom kien anness, huwa rrappurtat li matul il-perjodu Jannar sa’ Lulju 2007, wieħed mil-Motoring Schools kellu 79% li għaddew mit-test u li-ieħor kellu 46.4% li għaddew mit-test.
Hemm hafna fatturi li jistgħu jikkontribwixxu għal din id-diskrepanza bħal per ezempju, numri ta’ lezzjonijiet, metodu ta’ tagħlim, livell ta’ vetturi użati, etc.
Jista' l-Ministru jgħid u jikkunsidra li fi Triq id-Difiża Ċivili fil-Mosta preċiżament ħdejn il-ġnien l-Għarusa tal-Mosta, ssir zebra crossing minħabba frekwenza tat-tfal fl-inħawi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku sa mis-sena 2003 irrizulta li ma kien hemm l-ebda talba għal zebra crossing hdejn il-ġnien l-Għarusa tal-Mosta mill-kunsill lokali jew mill-pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid u jikkunsidra li fi Triq id-Difiża Ċivili fil-Mosta viċin il-limiti tar-roundabout kantuniera ma' Triq Bistra fil-Mosta, ssir zebra crossing minħabba l-periklu li hemm fl-inħawi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku sa mis-sena 2003 irrizulta li ma kien hemm l-ebda talba għal zebra crossing fi Triq id-Difiza Civili mill-kunsill lokali jew mill-pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid u jikkunsidra li fi Triq Patri Ġuze Delia fil-Mosta (limiti taz-Zokrija) li minnha jgħaddi ħafna traffiku inkluż karozzi tal-linja ssir zebra crossing ħdejn l-istess viċinanzi tal-bus stop?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku sa mis-sena 2003 irizulta li ma kien hemm l-ebda talba għal zebra crossing fi Triq Patri Guze Delia mill-kunsill lokali jew mill-pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ADT għamlet sinjali sofor doppji ma' showroom li għadha mhix tintuża fi Triq Dun Ġorġ Fenech, Ħal Qormi, flimkien ma' żewġ sinjali fuq il-bankina li huma speċifikament maħsuba biex jaqdu dan l-istabbiliment u dan meta diversi drabi l-ADT tinsisti li mhix il-policy tagħha li tiffavorixxi stabbilimenti kummerċjali għal dak li huwa parking eċċ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku irizulta li kemm il-linji sofor kif ukoll it-tabelli li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari ma ġewx approvati mit-taqsima.