Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux possibbli li l-park tas-salina, u parks oħra, jiġu mikrija biex fihom isiru attivitajiet privati? Jekk iva, x’inhi l-proċedura li trid tiġi addottata biex tali post ikun jista’ jiġi wżat għall-attivitajiet privati? Kemm-il darba, matul l-aħħar tnax-il xahar il-park tas-salina ġie mikri lill-privat u meta?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kif diġà indikat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 25498, il-proċedura stabbilità sabiex wieħed ikun jista’ jagħmel attivitajiet fil-Park tas-Salina jew Parks oħrajn hija li timtela applikazzjoni u tiġi sottomessa lid-Direttorat tal-PARKS u Inizjattivi, ġewwa Ta’ Qali. Tinħareġ notifika hekk kif tiġi approvata u pproċessata l-applikazzjoni. Qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Għajnuna lill-bdiewa dwar l-istat tal-ħitan tas-sejjieħ tal-għelieqi tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx programm ta’ għajnuna biex il-bdiewa jsewwu u jżommu fi stat tajjeb il-ħitan tas-sejjieħ tal-għelieqi tagħhom?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li filwaqt li t-tiswijiet ta' selħiet okkażjonali u l-manutenzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ huma obbligu tal-bidwi bħala prattika agrikola tajba għaż-żamma tal-ħamrija, il-programm għall-iżvilupp rurali 2014-2020 taħt is-sotto-miżura 4.4 ser ikun qed jikkunsidra proġetti sottomessi mill-bdiewa li jistgħu wkoll jinkludu restawr, fost affarijiet oħra, ta' ħitan tas-sejjieħ.
Ċentru ta’ mikropropagazzjoni — Siġar tal-frott ħielsa mill-mard
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tas-siġar tal-frott ħielsa mill-mard li tkabbru fiċ-Ċentru ta' Mikropropagazzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm minn dawn is-siġar inbiegħu lill-bdiewa u/jew lill-konsumaturi fl-istess perijodu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm kienet in-nefqa fiċ-Ċentru tal-Mikropropagazzjoni sabiex jitkabbru siġar tal-frott ħielsa mill-mard?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Ċentru tal-Mikropropagazzjoni – esperimenti fuq pjanti jew siġar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fuq liema speċi ta' pjanti jew siġar qed isiru l-esperimenti fuqhom bħalissa, fiċ-Ċentru tal-Mikropropagazzjoni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li bħalma kien diġà spjegat fit-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari fil-passat, fis-sena 2000 iċ-Ċentru f’tal-Kmand inbidel fi Plant Biotechnology Centre li jinkludi fih parti mid-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti. Ix-xogħol li jsir fil-laboratorju tal-In vitro jew mikropropagazzjoni tal-pjanti huwa biss parti żgħira mix-xogħol li jsir f’dan iċ-Ċentru.
Ninfurmah ukoll li bħalissa l-Laboratorju tal-Mikropropagazzjoni tal-Pjanti, li huwa wieħed mill-laboratorji li jagħmlu parti miċ-Ċentru għall-Bioteknoloġija tal-Pjanti fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti, qiegħed jesperimenta fuq dawn il-pjanti/siġar hekk kif ġej:-
Farfugium japonicum
(Leopard plant, Galletta)
Ficus carica
(Fig, Tina)
Morus alba
(White mulberry, Ċawsla)
Morus nigra
(Black mulberry, Tuta) kif ukoll
Citrus L
. (Citrus, Ċitru)
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx esperti barranin fl-oqsma tal-biedja u sajd mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b'sena? Jekk fl-affermattiv, f'liema qasam? Min kienu? X'rapporti ġew ikkommissjonati? Jekk fin-negattiv, għaliex ma kienx hemm il-ħtieġa li jiġu esperti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-2012 sal-llum ġew diversi esperti barranin fl-oqsam tal-bieda u sajd hekk kif ġej:-
Bħala parti mill-kampanja taħt il-LIFE+, fl-2012, tfasslet kampanja ta’ informazzjoni ‘InfoNitrates’ liema kampanja kienet tikkonċerna l-protezzjoni tal-ilma tal-Pjan mit-tniġġis tan-Nitrat ikkawżat minn sorsi agrikoli.
Fost miżuri oħra waqt il-kampanja saru ‘networking activities’ fejn persuni ħadu t-taħriġ l-Italja u l-Ġermanja kif ukoll l-Israel. Filwaqt li ġew esperti mill-Israel u l-Italja speċifikament bħala parti mit-taħriġ għall-uffiċjali involuti fil-monitoraġġ u kontrolli f’dan il-qasam.
Bejn is-sena 2014 u s-sena 2015 Malta għamlet użu minn servizzi ta’ konsulenza miċ-Ċentru Internazzjonali għall-Istudji Agronomiċi Avvanzati fil-Mediterran (CIHEAM).
Il-konsulenza serviet sabiex jiġi stabbilit abbozz legiżlattiv għal skema Nazzjonali ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli f’Malta. Riżultat ta’ dan ġew stabbiliti l-Liġi Sussidjarja 427.89 u 427.90 kif ukoll linji gwida dwar l-amministrazzzjoni tas-sistema ta’ kwalità, linji gwida dwar il-kontrolli kif ukoll numru ta’
standards
għall-prodotti agrikoli ta’ kwalità.
Fl-2015, id-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura, ikkommissjona studju dwar il-mewġ fil-Port ta’ Marsaxlokk, sabiex jiġi aġġornat dak li kien sar fl-2010 mill-istess kumpanija. Il-kumpanija ngaġġata biex tħejji dan l-istudju kienet “ABP Marine Environmental Research Ltd”, mir-Renju Unit. Ir-rapport li ġie kkommissjonat kien jismu “Wave model tests of proposed Marsaxlokk breakwater designs”.
Jista' l-Ministru jgħid fejn kienu żviluppati proġetti t'afforestazzjoni f'Għawdex sena b’sena mill-2012 sal-lum? X'kienet l-ispiża minfuqa s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tal-Parks qatt ma għamel proġett ta’ afforestazzjoni ġewwa Għawdex.
Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Bordijiet, Awtoritajiet u Kummissjonijiet tal-Gvern – persuni minn Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn huma dawk il-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-bidu ta' din il-leġislatura sal-lum? Jista' jgħid f'liema Bord ġew maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm rapporti ta’ mard fuq in-naħal Malti, li qabel ma kienx jeżisti, jew għall-inqas ma kienx magħruf li jeżisti, matul l-aħħar sentejn? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm hawn kolonji ta’ naħal għall-għasel f’Malta u f’Għawdex? Fejn huma reġistrati li jinsabu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
B’żieda mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25499 rigward il-mard notifikabbli li laqat il-kolonji tan-naħal, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sa minn meta d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja beda jwettaq l-ispezzjonijiet fl-imġiebaħ f’Malta lura f’Diċembru 2014 ma kienx hemm rapporti ta’ mard ġdid fil-kolonji tan-naħal. Qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-infomazzjoni l-oħra mitluba.
Billi jidher li ġew proposti multi qawwija għal dak li jikkonċerna serer madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm konsultazzjoni bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Ministeru tiegħu dwar dan? Liema ser ikunu s-serer li ser jiġu kkunsidrati bħala li qed jiksru xi liġijiet tal-ippjanar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk it-tmexxija tas-Salini fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar, fl-inħawi magħrufa bħala s-Salini, fil-fatt għaddietx taħt it-tmexxija tal-Ministeru responsabbli mill-parks? Jekk iva din it-tmexxija meta għaddiet f’idejn il-Ministeru?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tmexxija tas-Salini għad m’għaddietx fi ħdan il-Ministeru.
Programmi ta’ tagħrif jew tagħlim għall-bdiewa jew raħħala
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-programmi ta' tagħrif/tagħlim li qed jagħmlu d-dipartimenti li jaqgħu taħtu biex il-bdiewa/raħħala jkunu jistgħu jevitaw problemi ta' mard fuq l-għelieqi/irziezet tagħhom?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall- Mistoqsija Parlamentari numru 24276. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-mistoqsija hija kelma b'kelma bħal dik li kien għamel permezz tal-Mistoqsija Parlamentari numru 24276. F'dik il-mistoqsija ngħatat tweġiba dettaljata u għalhekk diffiċli wieħed jifhem l-iskop ta' din id-domanda.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni (raħħala) li huma awtorizzati li jipproduċu ġbejniet għall-bejgħ fis-suq lokali? X'tip ta' kontroll iwettaq il-Ministeru biex jassigura li ma jkunx hemm produzzjoni u bejgħ ta' dan il-prodott minn persuni li mhumiex awtorizzati biex jagħmlu dan il-prodott?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hemm tlettax -il raħħal li għandhom l-approvazzjoni biex ibiegħu l-prodott tagħhom fuq is-suq tal-UE. Għaddejjin proċeduri biex jiġu evalwati raħħala oħrajn. Qiegħed isir xogħol biex tiġi ppubblikata abbozz ta’ Avviż Legali bl-iskop li jaddatta r-regolamenti relevanti tal-Unjoni Ewropea sabiex jistgħu jkomplu jiġu wżati metodi tradizzjonali tal-produzzjoni tal-ġbejniet.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' raħħala full-time u part-time li huma reġistrati preżentament, skont l-annimali jew tjur li jrabbu, f'kull lokalità f’Malta u Għawdex?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12920.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi għajnuna finanzjarja għal dawk li jkunu jridu jinvestu sabiex jibnu reservoir għall-ilma tagħhom? Jista' jgħid jekk din l-għajnuna tingħatax u jekk tingħata, tingħatax għal raġuni domestika, agrikola jew industrijali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-għajnuna li titħallas taħt id-dekasteru tiegħi għat-tip ta’ investiment li qed jistaqsi dwaru hija biss dik li toħroġ taħt is-sejħiet li tħejji l-Awtorità ta’ Ġestjoni għall-Programm għall-Iżvilupp Rurali fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Implementazzjoni tal-Manifest Elettorali taħt il-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020. Dan jinkludi l-miżura 4 li parti minnha hija intenzjonata għal dawk il-bdiewa u r-raħħala li jixtiequ jinvestu f’bini ta’ reservoirs u sistemi oħra li jwasslu għall-irkupru tal-ilma, għall-iskopijiet imniżżlin taħt dik il-miżura.
San Pawl il-Baħar – Park tas-Salina — attivitajiet privati
Question
Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux possibbli li fil-park tas Salina f’San Pawl il-Baħar jiġu organizzati attivitajiet privati, bħall-parties għat-tfal? Jekk iva, xi proċedura tista' tintuża biex l-ispazju jiġi mikri u fejn ikunu jistgħu jsiru tali applikazzjonijiet? X’inhu l-ħlas li jrid isir f'dawn il-każijiet?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-Park tas-Salina jistgħu jiġu organizzati attivitajiet privati u l-ħlas li jintalab jiddependi mill-area li tintuża.
F’kull każ, biex wieħed ikun jista’ jorganizza xi attività fil-park, trid timtela applikazzjoni, li tiġi sottomessa lid-Direttorat tal-Parks u Inizjattivi. Din tiġi pproċessata u, hekk kif tiġi approvata, tinħareġ n-notifika neċessarja.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ mard laqat in-naħal f’Malta u Għawdex matul l-aħħar 12-il xahar? F’liema lokalitajiet instab dan il-mard, u x’passi ttieħdu biex jiġi kkontrollat? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk dan il-mard kellux xi effett fuq il-produzzjoni tal-għasel?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul l-aħħar tnax –il xahar instabu diversi każijiet ta’ ‘European Foulbrood’ fil-kolonji tan-naħal f’Malta. Il-lokalitajiet fejn instabu l-kolonji nfettati huma: Mellieħa, Mġarr, Rabat, Ħaż-Żebbug, Baħrija u l-Wardija. Peress li l- ‘European Foulbrood’ hija mniżżla bħala waħda mill-mard notifikabbli u biex titnaqqas milli tkompli tinxtered, ix-xehed ta’ kolonji infettati ġew meqruda fuq il-post. Din il-marda ġiet l-ewwel darba rrapurtata f’Malta fl-2005.
Rigward il-produzzjoni tal-għasel, ta’ min jirrimarka li l-mard notifikabbli kollha jaffetwaw il-produzzjoni tal-ikel prodott mill-annimali. Id-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja m’ għandux il-figuri tal-produzzjoni tal-għasel ta’ snin
preċedenti peress li l-imġiebaħ bdew jiġu spezzjonati minn dan id-Direttorat f’ Diċembru tal- 2014.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom liċenzja tal-kaċċa f’Għawdex illum u kemm kien hemm persuni li kellhom liċenzja tal-kaċċa fl-2011? Jista’ jgħid kemm hemm persuni li għandhom liċenzja għall-insib f’Għawdex illum u kemm kien hemm persuni li kellhom liċenzja għall-insib fl-2011?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2011, 1,623 persuna residenti f’Għawdex kellha liċenzja ġenerali tal-kaċċa, filwaqt li 692 persuna kellha liċenzja ġenerali tal-insib. Fis-sena 2016, in-numru ta' persuni liċenzjati huwa 1,628 (kaċċa) u 1,160 (insib) rispettivament.
Settur agrikolu — Każi ta’ korrimenti fuq ix-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta’ korrimenti fuq ix-xogħol fis-settur agrikolu sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirefferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.