Legislature:
Category:
Reset
Active:

Operazzjoni — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward operazzjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kaz qieghed jigi segwit.

POYC – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jivverifika każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward mediċini mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kaz qieghed jigi segwit.
Leg 12 PQ #21260 Sitting 347 2016-01-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ċimiterju ta’ San Pawl il-Baħar — oqbra

Question

Billi fiċ-ċimiterju ta’ San Pawl il-Baħar hemm numru ta’ oqbra li suppost huma tal-komun, li iżda, għadha ma ngħatax awtorizzazzjoni biex fihom ikun jista’ jsir id-dfin, minkejja li l-istess oqbra ilhom mibnija snin sħaħ, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhi r-raġuni li għaliha dawn l-istess oqbra għadhom mhux qed jintużaw u meta hu mistenni li jibdew jintużaw?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Persuni li m’għandhomx qabar tagħhom jew tal-familja, jew li m’għandhomx dritt ta’ difna f’xi qabar privat, jikkwalifikaw għal dritt ta’ difna f’qabar tal-Gvern, magħrufa wkoll bħala tal-komun. Dawn l-oqbra huma miżmuma mil-Gvern u amministrati minnu permezz tad-Direttorat Ambjentali. Għalkemm jeżistu oqbra tal-komun f’kull ċimiterju tal-Gvern, id-Direttorat juża dejjem dawk li jinsabu fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolora f’Raħal Ġdid u dan għal amministrazzjoni aħjar ta’ dawn l-oqbra. Fil-każ illi l-oqbra tal-komun fiċ-ċimiterju tal-Addolorata għal xi raġuni ma jibqgħux disponibbli jew jimtlew, allura l-Gvern juża oqbra f’ċimiterji oħra skond il-preferenza u l-prerogattiva tiegħu.
Leg 12 PQ #21790 Sitting 347 2016-01-20 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15472 (ħmistax-il elf, erba’ mija, tnejn u sebgħin). Apparti hekk l-Aġenzija SEWCU tat ukoll xogħol lil l-kumpanija msemmija għal event li ttellgħat fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi, liema event kienet imħallsa minn fondi tal-UE, għal valur ta’ €9849 (disat elef, tminn mija, disgħa u erbgħin Ewro). Din kienet l-irħas kwotazzjoni.
Leg 12 PQ #21791 Sitting 347 2016-01-20 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Kumpanija – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn Marzu 2013 sal-jum li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? X’kien il-valur ta’ kull direct order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Meters tad-dawl – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward meters tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ilment ġie mistħarreġ u jirriżulta li kienet meħtieġa gwida tal-proċeduri li jirrigwardaw it-trasferiment tal-kont. Din l-għajnuna ingħatat b’mod dettaljat.

Kont tad-dawl – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward kontijiet tad-dawl li hemm diskrepanza fihom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li saru diversi evalwazzjonijiet tal-każ u wara li ġie ttestjat l-arloġġ tad-dawl, irriżulta li l-kontijiet mibgħuta kienu bbażati fuq qari korrett. Jidher li sar xi tibdil f’numru ta’ appliances qodma u dan qed jirriżulta f’konsum inqas fil-preżent.

Kura tal-Hepatitis – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward trattament għall-Hepatitis?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kaz qieghed jigi segwit.
Leg 12 PQ #21107 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Polikliniċi tal-Gvern — tobba

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ tobba li jagħtu servizz fid-diversi polikliniċi li għandu l-Gvern? Kif inhuma mifruxa klinika klinika dawn l-istess tobba?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ tobba li jagħtu servizz fid-diversi polikliniċi li għandu l-Gvern huwa ta’126 tabib. Nirreferi ghat-tabella t’hawn taht, fejn hemm lista tat-tobba mifruxa skond il-kliniċi li jaħdmu fihom. Gruppi ta’ Klinici* Floriana, Qormi, Gzira 45 Paola, Bormla 38 Mosta, Rabat, B’Kara 43 *It-tobba jahdmu fl-istess grupp ta’kliniċi skond roster.

Sptar tal-Onkolo·ija — kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15956, 14900, 13994 u 13199 u jgħid jekk hemmx xi kuntratturi li qed jaħdmu fuq il-bini u t-tlestija tal-Isptar tal-Onkoloġija li huma in delay fix-xogħol kuntrattat lilhom? Fil-każ li hemm, jista’ jelenka min huma l-kuntratturi in delay, għal xiex kienu kkuntrattati u fiex u b’kemm qegħdin in delay?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara – pazjenti fi tmiem il-ġimgħa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15955 u jgħid mis-7 t’April 2014 sal-lum, kemm-il persuna marret fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara fi tmien il-ġimgħa (is-Sibt u l-Ħadd)? Kemm minn dawn il-persuni marru fiċ-Ċentru tal-Mosta jew fl-Isptar Mater Dei għaliex ma kienx hemm servizz ta’ tabib biex jinqdew?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa Gunju 2009 ic-Centru tas-Sahha ta’ B’Kara kien jiftah mit-Tnejn, sal-Gimgha bejn 8.00a.m u 1.00 p.m. F’ Novembru 2013 dan ic-centru tas-sahha beda jinfetah mit-Tnejn sal-Gimgha bejn 8a.m u 5p.m. u minn April 2014 il-hin ta’ dan ic-centru tas-sahha gie estiez sa’ 8p.m mit-Tnejn sal-Gimgha. Minn Novembru 2014 beda jinfetah wkoll is-Sibt bejn 8.00a.m u 1.00p.m. Mis-7 t’April sal-ahhar ta’ Dicembru 2015 attendew 2,421 –il persuna.

Ftehim Kollettiv – Allied Healthcare Professions

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14908 u 13007 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim kollettiv għall-Allied Healthcare Professions?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Persuni appuntati fuq bażi ta’ position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14906, 13015, 12329, 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid: a. l-isem tal-persuna appuntata; b. il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna; c. id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna; d. min għażel lill-persuna; e. il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna; f. x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata; g. min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum; h. jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet; u i. jikkonferma jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Leg 12 PQ #21785 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – għoti ta’ kuntratti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #21786 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa – għoti ta’ kuntratti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Uffiċċju tal-Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma — Bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Bord tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni tal-membri tal-bord inkluż kwalunkwe perkaċċi li għandhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kompożizzjoni tal-Bord tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma tinsab kemm fuq il-website tar-Regolatur (http://www.rews.org.mt/#/en/fa/15) , kif ukoll fuq il-website tal-Gvern (https://www.gov.mt/en/Government/Government%20of%20Malta/Ministries%20and%20Entities/Officially%20Appointed%20Bodies/Pages/Boards/Board-of-the-Regulator-for-Energy-and-Water-Services.aspx). Kopja tal-Website qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Iċ-Chairman tal-Bord għandu remunerazzjoni ta’ €16,000 filwaqt li l-membri l-oħrajn għandhom €3,000.

Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – public call for application għal CEO

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm public call for application għall-kariga ta’ CEO fi ħdan ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, jew jekk dan ġiex hand picked mingħajr ebda sejħa pubblika? X’inhi r-remunerazzjoni, inkluż kwalunkwe perkaċċi li jgawdi? Jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt tal-impjieg tas-CEO fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jpoġġi ukoll kopja tas-cv tas-CEO fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-Chief Executive Officer tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma ġie maħtur skont Artiklu 6 tal-Att XXV tal-2015. Is-CEO għandu salarju annwali ta’ €54,826.

ARMS Ltd – Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mal-ARMS Ltd?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ huwa solvut.

ARMS Ltd – Każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ mal-ARMS Ltd?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u l-problema ġiet individwata. Ittieħdu l-passi meħtieġa biex tiġi rimedjata is-sitwazzjoni.