Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu remote gaming licenses mis-sena 2008 ‘l hawn, sena b’sena u jaqsam din l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-Ultimate Beneficial Owners tal-operaturi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bejjiegħa tal-Monti li għandhom permess jarmaw fil-Monti tal-Belt (jiġifieri dak li llum jarma mit-Tnejn sas-Sibt fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha s-Sezzjoni Liċenzi tal-Kummerċ, l-għadd ta' Bejjiegħa tal-Monti li għandhom liċenza biex jarmaw fil-Monti tal-Belt hu ta 73.
Għawdex — Ix-Xewkija – upgrading taż-Żona Industrijali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-upgrading taż-Żona industrijali tax-Xewkija, Għawdex? Kemm se jiswa dan il-proġett? Kemm minnu se jkun kofinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea u kemm minn fondi Nazzjonali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fond ta’ madwar €1.5 miljun allokat ħames snin ilu mill-Programm Operattiv 1 tal-Unjoni Ewropeja għall-perjodu 2007-2013 biex jiġi investit ghall-upgrading taż-Żona industrijali tax-Xewkija ġie utilizzat. L-ammont finali ta' flus li se jkunu assorbiti mill-Unjoni Ewropeja għal dan il-proġett ikun stabbilit wara li jsiru l-verifiki neċessarji mill-Awtoritajiet lokali u l-Kummissjoni Ewropeja'.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar set ta’ Financial Statements awditjati tal- Malta Gaming Authority?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar set ta’ Financial Statements tal-Malta Gaming Authority tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta numru 276 tal-1 ta’ Ġunju 2015.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar set ta’ Financial Statements awditjati tal-Malta Enterprise?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar set ta’ Financial Statements tal-Malta Enterprise tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta fis-seduta 276 tat-Tnejn, 15 ta’ Ġunju 2015.
Fabbriki żgħar – xiri ta’ makkinarju jew miżuri oħra relatati – skema għal fondi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm xi skema għal għotja ta’ fondi li jkunu jistgħu jibbenefikaw minnhom dawk il-fabbriki iż-żgħar li jkunu jridu jinvestu f’xi makkinarju jew miżuri oħra relatati?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise toffri numru ta' skemi immirati lejn kumpaniji żgħar biex jinvestu f'makkinarju u investiment. L-Investment Aid tassisti intrapriżi biex jagħmlu investiment li jwassal għal ħolqien ta’ kumpaniji ġodda jew tkabbir fl-operat tagħhom. Minkejja li din l-għajnuna tingħata primarjament b’forma ta’ kreditu ta’ taxxa, għotja ta’ flus kontanti tista' tingħata f’kas li l-Korporazzjoni jidrilha li l-proġett huwa ta’ benefiċċju għall-ekonomija ta’ Malta.
Il-Korporazzjoni tassisti wkoll lil dawn l-intrapriżi permezz tal-Micro Invest. Din l-iskema hija miftuħa għall kumpaniji u
self employed
li jimpjegaw anqas minn 30 ħaddiem u jinvestu fil-kumpanija tagħhom, jixtru vetturi jew jimpjegaw nies ġodda.
Permezz tal-Micro Guarantee, il-Korporazzjoni tippprovdi garanzija sa 80% fuq self ta’ mhux aktar minn €100,000 biex jiffinanzjaw proġetti li għandhom għan li jiżviluppaw l-intrapriża tagħhom.
Malta Freeport Corporation – nefqa fuq printing u spedizzjoni ta’ materjal ipprintjat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi n-nefqa sena b’sena tal-Malta Freeport Corporation f’dak li għandu x’jaqsam ma’ printing u spedizzjoni ta’ materjal ipprinatjat mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid x’kienu dawn il-pubblikazzjonijiet, min ipprintjahom u kemm-il kopja saret ta’ kull pubblikazzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li Malta Freeport Corporation Ltd ma għamlet l-ebda printing ta’ pubblikazzjonijiet mill-2008 sal-lum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna għamlet użu mir-Responsible Gaming Foundation?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-benefiċjarji tar-responsible gaming foundation huma dawk in-nies li sfortunatament jkollhom problema bil-logħob, b’kollox daħlu 31 applikazzjoni li minnhom ġew magħzula 21.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet ġodda li rċeviet il-Malta Gaming Authority għal kull settur li tirregola, sena b’sena bejn l-2008 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ Financial Statements awditjati tal- Malta Investment Management Company Limited (MIMCOL)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f’ seduta oħra.