Billi l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħat separatament ilha toqgħod fil-fond indikat snin sħaħ, jistgħax jiġi mgħoddi lilu s-servizz tad-drenaġġ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li wara spezzjoni li saret fit-triq imsemmija, irriżulta li quddiem il-fond 153/155 jeżisti main tad-drenaġġ. L-individwu li ssemma jista jikkuntattja uffiċċjali nkarigati fid-Dipartiment tad-Drenaġġ għal iżjed informazzjoni.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 10890 Seduta 168 (deher 1-11-1999), jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi biex issir sistema ta' drenaġġ fi Triq San Frangisk, Wied il-Għajn?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li dan ix-xogħol sar madwar erba' xhur ilu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jibgħat il-xi ħadd jirraprezzentah f'konferenzi internazzjonali dwar l-animal welfare jew laqgħat oħra b'konnesjoni ma dan is-suġġett?
Billi wasluli ilmenti minn attivisti favur id-drittijiet ta' l-annimali li jista' jkun hemm persuni li qed jippreżentaw ruhom bħala rappreżentanti tal-gvern fl-laqgħat internazzjonali ta' animal welfare, jista' jgħid liema laqgħat ta' dan it-tip ipparteċipa l-gvern Malti u minn min kien irrapreżentat f'kull laqgħa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jistgħa l-Ministru jieħu passi biex il-passaġġ żgħir li hemm fuq wara ta' A2, Triq il-Hawha, San Ġwann ma jibqax jintuża bħala rubbish dump b'inkonvenjenza għall-inkwilini indikati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġi jitħalla li għal snin sħaħ drenaġġ jinżel gergur fi Triq il-Marina l-ġewwa kważi lejn il-ponta ta' l-Isla, eżatt ħdejn id-djar tat-Taljani li ġej min mad-djar, jaqsam it-Triq u jinżel ġol baħar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li minn inspection li saret mill-uffiċċjal inkarigat mill-area imsemmija ma nstab l-ebda drenaġġ nieżel fi Triq il-Marina, jaqsam it-triq u jinżel ġol-baħar.
Ġie ċċekjat is-sewer main ta' Serena Street li tiġi fuq Marina Street u d-drenaġġ miexi sewwa. Li ġie nnotat huwa li hemm katusa privata ġejja mid-djar tat-Taljani li din hija katusa ta' l-ilma tal-bjut u btieħi u mhux tad-drenaġġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mall-Ministeru w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonjiet għal dawn l-imjiegi? Jekk jirrizulta li ġew impjegati mingħajr ma' ħarġu applikazjonijiet, jista' jgħid kemm dawn l-impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji intużaw biex jingħataw l-imsemmi impjieg?
Jista' jgħid f'kull każ x'inhu s-salarju u x'inhuma l-kundizzjonijiet
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li mill-11 ta' Settembru sa llum, fil-Ministeru għall-Ambjent, ġew impjegati tnejn minn nies ġodda, kif jidher hawn taħt:
Inspector (Health and Safety) wara sejħa għall-applikazzjonijiet li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern numru 17019 bid-data tat-28 ta' Novembru 2000. Is-salarju tiegħu huwa fi skala 12 (Lm4414 x Lm152 - Lm5326) u l-impieg hu fuq bażi permanenti.
Communications Coordinator mill-Ministeru għall-Ambjent, b'seħħ mill-1 ta' Ottubru, 2000. Dan qiegħed jitħallas il-massimu ta' skala 7 (Lm7338). L-impieg ta' dan huwa bil-kuntratt.
Dwar ħaddiema ġodda fis-Servizz Pubbliku nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta l-Onorevoli Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25568 ta' din is-seduta.
Jista'l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jinstab post alternattiv għall-mustering room tasl-Mellieħa li titqies mhux adekwata u diċenti għall-bnedmin għax, fost affarijiet oħra, mhix ventilata tajjeb u hija kamra taħt l-art fuq in-naħa ta' ġewwa tal-latrina pubblika tal-lokal?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-kamra zgħira imsemmija mill-Onor. Interpellant m'għadiex tintuża bħala ufficju mill-imgħallem tad-distrett.
Għal dan il-għan qed tintuża kamra f'San Pawl il-Baħar li fiċ-ċirkustanzi tal-lum ma jidhirx li hemm aktar ħtieġa li tinżamm 'Mustering Room' apposta fil-Mellieħa.
Peress li l-persuna b'disabilita' residenti f'31 "I" Riebu Well Street, Rabat, qed issib inkonvenjent kbir, kawża ta' xogħlijiet li saru fejn tkissret il-bankina, jista' l-Ministru ġentilment jara li d-dipartimenti konċernati jirrimedjaw is-sitwazzjoni?
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex siġra ħdejn block d fil-qasam tad-djar ta' Ġiorni ma titħalliex issodd is-sistema tad-drenaġġ bl-għeruq tagħha b'inkonvenjenza kbira għar-residenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet dwar tinġis ta' l-ambjent matul is-snin bejn l-1995 u s-sena 2000 fl-area industrijali ta' Ħal Qormi, Ħal Farruġ f'Ħal-Luqa u f'Ħal Kirkop?
Jista' l-Ministru jgħid x'testijiet ambjentali saru, jew qed isiru, fuq l-effetti li qed iħalli x-xogħol li qed isir fil-Kalkara tal-ġir fl-area ta' Ħandaq f'Ħal Qormi b'detriment għal min jgħix u jaħdem fl-area u r-raba' li jinħadem fl-akwati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li qatt ma qaslu rapporti lid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent fuq din il kalkara msemmija mill-Onor. Interpellant. L-kalkara in kwestjoni hi regolarament liċenzjata.
Spetturi tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent spezzjonaw il-kalkara fil-5 ta' Ġunju 2001.
Ma ġiex osservat ħruġ esaġerat ta' gassijiet jew trab minn din il-kalkara. Għalhekk, il-kalkara ma għandiex tkun ta' detriment ambjentali. Ta' min isemmi li l-eqreb zona residenzjali fl-inħawi hi kemmxejn il-bogħod minn din il-kalkara.
Jista' l-Ministru jgħid kif qiegħed jitħalla jsir ħruq ta' skart f'barriera li tintuża bħala scrapyard fl-area ta' Ħandaq f'Ħal Qormi, b'detriment għar-raba' u bhejjem li jitrabbew fl-area u b'detriment għas-saħħa ta' kulmin jgħix u jaħdem fl-area li tiġi milquta b'dan it-tinġis?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Tlabt lil-Ispetturi tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent biex jinvestigaw l-ilment u titieħed azzjoni skond il-kaz.
Jista' l-Ministru jara li jiġu rranġati t-toroq li minnhom tidħol għal Baħrija u l-Imtaħleb peress li nħolqu ħofor kbar li qed joħolqu perikolu kbir fis-sistema tat-traffiku f'dawn l-inħawi tal-kampanja li ssebbaħ ir-Rabat ta' Malta?
Jista' l-Ministru jieħu dawn il-passi immedjatament qabel ma jseħħ xi inċident fatali?
Billi fil-parti tat-tarf ta' ġewwa ta' l-Imtaħleb, cioe' fil-parti tat-triq qabel ma tmiss mal-konfini tal-Baħrija, qed jibda jinġema ħafna skart ta' l-oġġetti mkissra u fdalijiet oħra, jista' l-Ministru ġentilment jawtorizza li jsir it-tindif u jara li jiġi mwaħħal xi forma ta' avviż fl-entratura ta' l-Imtaħleb sabiex ħadd ma jarmi skart f'dawnl-inħawi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministri koncernati.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm-il pubblikazjoni ġiet maħruġa mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 1999, 2000 u 2001?
Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet ir-raġuni tal-pubblikazzjoni, liema kienet u kemm-il kopja ġiet stampata?
Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour sepations?
Jista' jgħid separatament f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, artwork, colour separations, posta, distribuzzjoni etc?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed nagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar pubblikazzjonijiet maħruġa mill-Ministeru għall-Ambjent.
Jista' l-Ministru jinvestiga x'qed jikkawża l-fawran tad-drenaġġ fil-Ħemsija, l/o Rabat? Jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata l-ħsara immedjatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-fawran fil-Ħemsija, l/o. Rabat qiegħed jiġi kkawżat minn bowsers li jarmu d-drenaġġ fid-'discharge point' li hemm f'dak il-post.
Ta' min isemmi illi din id-'discharge point', hija temporanja sakemm isir il-main il-kbir tar-Rabat li hemm fil-'Master Plan'.
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qed jieħu d-dipartiment għal Ambjent biex jistabilixxi l-livell ta' ħsejjes aċċettabbli partikolarment fl-areas li huma residenzjali iżda sem-industrijali? Kif qed jiġu infurzati dawn l-azzjonijiet jekk qiegħed jieħu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25960 (Seduta 544).
Jistaż l-Ministru jara li jiġu irranġati il-bankini li hemm f'Triq il-Wied, l-Iklin billi minħabba il-ħafna konki li hemm fin-nofs huwa impossibbli li xi ħadd jgħaddi minn fuqhom mingħajr xkiel, jew b'xi push chair etc?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fuq il-proġett tal-Kottonera u jispeċifika kull qasam? X'inhi n-nazzjonalita' ta dawn il-ħaddiema?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Onor. Interpellant hija nfurmata illi l-proġett tal-Kottonera qed isir mis-settur privat u għaldaqstant, il-Gvern m'huwiex f'pożizzjoni illi jagħti din it-tip ta' nformazzjoni.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26200?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ ma jżommx records ra' 'partial stoppages' u 'stoppages' u żbroffi separatament. It-total ta' dawn matul l-ahhar tnax il-xahar huwa ta' 1,135 madwar Malta kollha.
Ir-raġuni għal dawn l-'istoppages' huma varji u l-parti l-kbira minnhom huma jew minħabba xaħmijiet f'postijiet fejn hemm 'catering establishments', jew minħabba rimi ta' skart konness ma' 'farms' f'lokalitajiet viċin 'discharge points' jew viċin 'farms' li huma inqabbdin direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Dan ukoll jista jkun kaġun ta' skart illegali li m'għandux isib ruħu fis-sistema tad-drenaġġ bħal ma huma ħmieġ ta' annimali, biċċiet ta-annimali mejta, ġebel, biċċiet tal-kinkos u biċċiet tat-tarmac.
Fl-aħħarnett ta' min isemmi wholl li ħafna zbroffi jkunu kkaġunati mull-ilma tax-xita li jsib ruħu illegalment fis -sistema tad-drenaġġ. Dan l-ilma jiġi minn ħafna bjut ta' djar, btiħi ta djar, ecc. li jħabbu is-sistema b'kaġun ta' zbroffi.
Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-ħsara fis-sistema tal-provvista ta' l-ilma ta' familja li fil-15 ta' Mejju 2001 ġratilha ħsara meta ċeda ħajt li hu parti mill-proġett tal-Kottonera? Id-dettalji tal-familja qed jintbagħtu separatament.
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Konsorzju responsable gie mitlub li jagħmel tajjeb għal ħsara illi ġarbu r-residenti per konsegwenza tax-xogħlijiet konnessi mal-proġett tal-Kottonera.
Infatti, il-familja illi għaliha qed tirreferi l-Onor. Interpellant qiegħda tiġi ospitata go residenza f'lokalita oħra u l-Konsorzju qiegħed itihom kumpens għall-inkonvenjent.
Jiena nfurmat ukoll illi fi zmien qasir, il-familja tkun tista tirritorna fir-residenza tagħha wara illi jsiru t-tiswijiet neċessarji.