Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31427 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad l-UE għanda tagħti lill-Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal-Biedja u s-Sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall-iżvilupp u ristrutturar ta' l-industrija lokali tal-majjal?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropeja għall-iżvilupp u ristrutturar tas-setturi tal-biedja u sajd f' Malta tibda tingħata meta jiġu ffinalizzati n-negozjati dwar id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #32994 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Summer Workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers? Kif isiru l-għażliet?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jindirizza d-domanda lil Ministru ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #31375 Sitting 729 2002-04-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

FAO

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn il-Ministeru tal-Biedja u Sajd u l-FAO li sar fl-1997? Jista' jgħati rendikont separatament ta' kif twettaq il-programm li kien jinvolvi dan il-ftehim?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li mill-files fil-Ministeru ma jirriżultax li fl-1997 kien sar xi ftehim bejn il-Ministeru tal-Biedja u Sajd u l-FAO. Għaldaqstant, peress li l-Onor. Interpellant kien il-Ministru responsabbli mill-biedja u s-sajd fl-1997, nitolbu jindika għal-liema ftehim qed jirriferi, u jekk sar xi ftehim minn min kien iffirmat.
Leg 9 PQ #31376 Sitting 729 2002-04-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Rapport ta' Rikomdazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' rikomandazzjonijiet li għamlu esperti fil-qasam tal-Biedja u s-Sajd lokali matul l-1997? Jista' jgħid x'ġie implimentat minn dawn ir-rikomandazzjonijiet matul l-1999, 2000 u 2001? X'se jiġi implimentat matul din is-sena minn dawn ir-rikomandazzjonijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nassumi li l-Onor Interpellant qed jirriferi għar-rapport tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar il-Biedja u Sajd li kien finalizzat fi Frar ta' l-1998. Dan ir-rapport kien ġie pubblikat u tqassam f'Marzu ta' l-istess sena, jiġifieri f’Marzu ta’ l-1998, meta l-Onor. Interpellant kien responsabbli minn dan il-qasam. Għar-rigward ta' dak li ġie mplimentat minn dan ir-rapport fis-snin 1999, 2000, u 2001 nirriferi lill-Onor Interpellant għar-rapporti ta' ħidma tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd fejn isib dettaljat ix-xogħol kollu li wettaq il-Ministeru fis-snin imsemmija.
Leg 9 PQ #31301 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja — Dazju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt il-Ministru li filwaqt li l-protezzjoni tal-Biedja trid tispiċċa, f'pajjiżna matul dawn l-aħħar sentejn għola d-dazju fuq it-tonn taż-żejt ġej mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-UE minn 15% għal 18% u fuq il-corned beef minn 02% għal 14%? X'inhija r-raġuni li l-Gvern ma jridx jagħti garanziji li dawn id-dazji/tariffi fuq il-prodotti ta' l-ikel tal-Maltin u Għawdxin mhux se jiżdiedu fuq firxa akbar tal-prodotti ta' l-ikel li nikkunsmaw f'pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #31352 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Overtime tal-Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas ta' l-overtime għal-ħaddiema tal-bowsers ta' l-ilma matul is-sena li għaddiet? Kemm kien id-dħul li d-Dipartiment għamel mill-istess ġar ta' l-ilma bil-bowsers matul l-istess perjodu? Jista' jgħati l-istess informazzjoni għal-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-dħul mill-ġarr ta' l-ilma bil-bowsers u ħlas ta' sahra għall-ħaddçma tal-bowsers fl-aħħar ħames snin kçn hekk: Sena Dħul (Lm) Sahra (Lm) 2001 4,716 5,014.32 2000 3,929 6,646.66 1999 4,509 2,535.00 1998 4,438 9,764.15 1997 4,938 2,100.06
Leg 9 PQ #32943 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Official Cars

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 32854 u cioe jista' l-Ministru jgħid iċ-ċirkulari dwar purchase and use of official cars (MFC 5/98) MF 346/97/3 għadha fis-seħħ? Jekk iva, billi l-max retail price u max cc capacity ta' karozza ta' permanent secretary kellha tkun ta' Lm10,000 (1800 cc) kif jista' wieħed jispjega li s-segretarju permanenti fil-ministeru tal-biedja u sajd akkwista karozza Honda Accord 2.01 Vtec Se Executive 4 door ta' Lm14,900?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-karozza mixtrija f'Diċembru 2001 għas-Segreatrju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u s-Sajd hi Honda Accord 1.8i. Il-prezz (retail) tal-karozza kien ta' Lm10,000. L-ammont li tħallas mill-Ministeru kien ta' Lm7,270. Dan l-ammont jinkludi n-number plates, imma ma jinkludix taxxa tar-reġistrazzjoni u dwana, peress li vetturi tal-Gvern huma eżenti minn dawn it-taxxi.
Leg 9 PQ #32944 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħajt tas-Sejjieħ — Triq l-Isptar Navali Bighi - Kalkara

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir ftit maintenance fit-tarf ta' Triq l-Isptar Navali Bighi Kalkara, fejn parti minnha intliet b'ħaxix ħażin u ġebel li suppost kien parti min ħajt tas-sejjieħ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixi l-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #31255 Sitting 727 2002-04-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jara li jinvestiga kif l-ispieri ta' l-ilma tal-bdiewa fil-Qammieħ il-Mellieħa spiċċaw kontaminati? Jista' l-Ministru jara li jirrimedja u jekk iva, meta l-bdiewa se jkun possibli għalihom li mill-ġdid jibdew isaqqu tar-raba' tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura qiegħed kontinwalment f'konsultazzjoni mad-Dipartiment tad-Drenaġġ biex tissewwa l-ħsara li żviluppat fil-main tad-drenaġġ. Il-bdiewa jkunu jistgħu jsaqqu meta d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika japprova li l-ilma jkun ta' kwalita' tajba biżżejjed li jkun jista' jintuża fuq ħxejjex għall-ikel.
Leg 9 PQ #31293 Sitting 727 2002-04-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Landscaping

Question

B'referenza għall-PQ 30677 u 30581 jista' l-Ministru jinfurmani liema huma l-ħaddiema li se jkunu involuti f'dawn il-proġetti ta' landscaping?

Response (ZAMMIT, NINU)

Peress li għadhom qed ikunu kunsidrati l-proposti li daħlu lill-Gvern għas-sejħa li saret għal tisħib mill-privat f'ħidma ta' landscaping u embellishment, għadu prematur li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #31299 Sitting 727 2002-04-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipożiti

Question

B'referenza għall-dak li ġie ppublikat fil-ġurnal it-Torca u l-Orizzont siegħa dwar il-ħlas lura ta' Lm 200 f'dipożiti li jridu jitħallsu mid-Dipartiment lis-sajjieda li kellhom il-liċenzji tal-lampuki u dwar il-konsulent li ismu qed jintbgħat separatament, jista' jgħid x'investigazzjoni saret u x'passi ttieħdu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li d-depożiti tal-liċenżji tal-lampuki nġabru kollha. Kull min kellu xi depożitu kien avżat biex imur jiġbru. Jien infurmat li ma kien hemm ebda raġuni għalfejn issir l-investigazzjoni u allura ma ttieħdu l-ebda passi.
Leg 9 PQ #31300 Sitting 727 2002-04-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Laqgħat — Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-laqgħat li kellhom isiru mal-għaqdiet tal-bdiewa, raħħala u sajjieda f'nofs Diċembru li għadda għadhom ma sarux? Meta se jsiru u x'se tkun l-aġenda tal-Ministeru tal-Biedja għal dawn il-laqgħat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Laqgħat mar-rappreżentanti tal-bdiewa, raħħala u sajjieda jsiru kull meta jkun hemm bżonn u skond l-aġenda li jkollu quddiemu l-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd.
Leg 9 PQ #31252 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sussidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt il-Ministru li ftit tal-ġimgħat ilu ntqal li l-Maltin u l-Għawdxin li se jiġu għexieren ta' miljuni ta' liri għall-bdiewa, raħħala, sajjieda u s-settur ta' l-Agro Industrija u issa rriżulta li Malta mhux se tibbenefika minn ħafna mis-sussidju li l-UE tagħti għas-settur tal-Biedja lill-pajjiżi diġa membri, inkuż li l-ftit li pajjiżna jista' jingħata f'sussidji jista jingħata lill-poplu tagħna 10 snin wara li Malta tkun ila membru ta' l-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob li l-Onor. Interpellant igħid minn fejn ġab l-informazzjoni jew aħjar il-miżinformazzjoni li hemm fit-tieni parti tal-Mistoqsija tiegħu. M'hux minnu li Malta jkollha tistenna għaxar snin biex tingħata għajnuna finanzjarja skond il-kriterji mħabbra mill-Unjoni Ewropea għall-Iżvilupp Rurali u s-Settur Agrikolu.
Leg 9 PQ #31253 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa

Question

B'referenza għall-PQ 30674 u għall-fatt li l-bdiewa u l-għaqdiet tagħhom ma aċċettawx la li jitneħħew il-levies u lanqas l-ammont ta' sussidju li se jagħti l-Gvern, kontra t-tneħħija tal-protezzjoni, kif jispjega l-Ministru li l-bdiewa u raħħala se jegħlbu d-diffikultajiet li toffri din il-kompetizzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nerġa' ntenni li l-Gvern għandu fiduċja sħiħa fil-kapaċitajiet tal-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin. L-għajnuna finanzjarja li se jagħti l-Gvern, flimkien ma' miżuri oħra ppjanati, għandhom jgħinu biex tingħeleb l-isfida ta' suq aktar liberalizzat.
Leg 9 PQ #31186 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl li l-UE ikkonfermat fl-aħħar rapport tagħha li l-Gvern la għandu pjan u lanqas għandu kapaċita amministrattiva f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp rurali tal-ġżejjer tagħha? Jista' l-Gvern jintervjeni sabiex ma tkomplix titgħarraq din is-sitwazzjoni u ma ssirx il-qerda tal-Wied tal-Kalkara?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li diġa' sar ħafna xogħol b'konnessjoni mal-formulazzjoni tal-pjan għal żvilupp rurali.
Leg 9 PQ #31187 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl li l-UE ikkonfermat fl-aħħar rapport tagħha li l-Gvern la għandu pjan u lanqas għandu kapaċita amministrattiva f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp rurali tal-ġżejjer tagħha? Jista' l-Gvern jintervjeni billi jivvota l-flus sabiex din is-sena jitlesta l-proġett ta' Wied Qlejgħa li tħalla abbandunat f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 31186. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jien infurmat li għadhom qegħdin isiru diskussjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar ix-xogħlijiet li fadal isiru b'konnessjoni ma' dan il-proġett u li jiswew eluf kbar ta' liri.
Leg 9 PQ #31108 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Purseiners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma n-numru ta' sajjieda u jew kumpaniji lokali li sottomettew talba lid-Dipartiment tas-Sajd sabiex ikolhom liċenzja għall-użu tax-xibka magħrufa bħala purseiners? Meta saru u meta ġew approvati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari numru 31106.
Leg 9 PQ #31110 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Purseiners

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet ta' l-Ambjent lokali li ġew ikkunsiltati dwar l-użu tax-xbieki purseiners fil-kosta ta' Malta u fir-reġjun tal-Mediterran? X'inhija l-posizzjoni tagħhom u x'passi ħa l-Gvern?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li d-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura għandu l-konsulenti tiegħu mpjegati fi ħdan id-Dipartiment biex jagħtu l-pariri f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #31111 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fish Farms

Question

Fid-dawl taż-żona ta' konservazzjoni tas-sajd li l-Gvern irid jiżviluppa fil-kosta tas-sajd Maltija, jista' jinfurmani x'se tkun il-posizzjoni tal-fish farms ta' tuna pennings ta' madwar il-kosta li żviluppaw f'dawn l-aħħar snin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ż-żona ta' konservazzjoni tinvolvi kontroll fuq l-isforz tas-sajd u l-qbid ta' ħut. Fish farming u tuna penning m'humiex parti mill-konsiderazzjonijiet li ttieħdu biex tkun iffissata z-zona.
Leg 9 PQ #31113 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt l-Ministru li persuni qribv tiegħu għandhom aċċess għaċ-ċwievet ta' shed nru. 3 fil-Pitkalija Ċentrali meta suppost din il-propjeta hija ssiġillata u ma juża ħadd?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li 'shed' 3 hi l-kumpless sħiħ li għandha l-Kooperattiva Ċentrali tal-Bdiewa (F.C.C.S.) fil-Pitkalija Ċentrali. Għaldaqstant nitlob l-Onor. Interpellant li jew jissostanzja l-allegazzjoni li qed jinsinwa f'din il-mistoqsija jew jirtiraha.