Legislature:
Category:
Reset
Active:

Inċineratur tal-Biċċerija

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23817, jista' l-Ministru jgħid meta eżatt ħarġet is-sejħa għall-offerti li qed jirreferi għaliha u jekk ġietx ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru 23817. Il-proċess beda fl-2003 u ntemm fl-2004 u l-għażla saret wara short-listingta’ azjendi Taljani indikati mill-Awtoritajiet Taljani.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Telefonati minn linji fissi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru u d-dipartimenti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment kienet ta' Lm15,168.06. L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) nefqet Lm10,854.41 f'telefonati minn linji fissi fl-istess perjodu filwaqt li l-WasteServ Malta Ltd nefqet Lm4,393.98.

Fdalijiet tal-bastiment "Roża"

Question

X'se jsir mill-idea li kien hemm li tiġi konservata ż-żona fejn hemm mgħarrqa l-fdalijiet tal-bastiment "Roża" li jintuża mill-għaddasa u dan l-aħħar kien hemm min tefa' xibka u ħarbat il-ħut ta' l-inħawi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Onorevoli Intrpellant aktarx għandu isem il-vapur żbaljat u attwalment irid jirreferi għal “Rożi” li jinsab ħdejn il-kosta taċ-Ċirkewwa fejn bħalissa hemm applikazzjoni biex tinżel patrol boat qadima biswit din it-tug boat u tissemma’ “Wenzu”. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qegħda f’diskussjonijiet flimkien mad-Diviżjoni tas-Servizzi Veterinarji u s-Sajd biex il-biodiversità fl-inhawi ta' vapuri mgħarrqa u sikek artificjali oħrajn tkun imħarsa bil-liġi. Id-Diviżjoni tas-Servizzi Veterinarji u s-Sajd taqbel li l-artificial reefs kollha għandu jkollhom żona ta' 200 metru ta' bahar madwarhom magħluqa għal kull forma ta' sajd.

Infringements tal-kaċċa u nsib

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25192 u 24905, cioe' li jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza uffiċjali li ntbagħtet mill-Unjoni Ewropea lill-Gvern Malti dwar l-infringements relatati mal-kaċċa u l-insib?

Response (PULLICINO, GEORGE)

M’għandix x’inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru 24905.

Liċenzji ta' l-insib

Question

Peress li skond il-ftehim ma' l-Unjoni Ewropea l-gvern Malti għamel moratorium fuq il-liċenzji ta' l-insib u li dan il-moratorium jispiċċa fl-aħħar tas-sena 2007, jista' l-Ministru jgħid jekk wara l-aħħar ta' l-2007 humiex se joħorġu liċenzji ġodda għall-insib ta' l-għasafar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-ebda liċenzja ta’ l-insib ma ħarġet mill-2002 ‘l hawn. Ma hemmx intenzjoni għalissa li din il-pożizzjoni tkun riveduta.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru u enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu, ittieħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ebda uffiċjal mill-ministeru, dekasteru u enti tiegħu ma qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu skond iċ-ċirkulari tal-Finanzi MF 2/2006.

Fisheries

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jimtlew il-vakanzi li jeżistu fil-qasam tal-Fisheries li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? X'vakanzi jeżistu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li diġà beda l-proċess biex jimtlew il-vakanzi eżistenti u approvati fil-qasam tal-Fisheries u s-sejħiet għall-applikazzjoniet għal dawn il-ħames vakanzi mistennija joħorġu f'qasir żmien.

Boat Houses

Question

X'passi qed tieħu l-MEPA kontra dawk li bnew Boat Houses jew kmamar bla permess? Minnu li ser jitwaqqgħu? F'liema lokalita' jinsabu? Kemm hu n-numru ta' kmamar/boat houses?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond il-proċedura stabbilita fil-liġi, kulfejn hemm żvilupp illegali l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tinnotifika b’avviż lis-sid ta' l-art u lil min jokkupaha biex jieqaf ix-xogħol minnufiħ u biex l-art titreġġa’ lura għall-istat li kienet fih qabel ikun sar l-iżvilupp. Hekk sar u għadu qed isir fil-konfront ta' dawk l-individwi li bnew boathouses bla permess. Bħalma jiġri dejjem, fejn min ikun qed jikser il-liġi ma jneħħix l-illegalità minn jeddu fiż-żmien stipulat bil-liġi, l-każ in kwestjoni ikun riferut għall-azzjoni diretta (direct action) min-naħa ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Sta għall-awtorità li tiddeċiedi meta, fejn u kif sejra twettaq l-azzjoni diretta skond il-prijoritajiet tagħha.

MEPA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-complement ta' ħaddiema mal-MEPA fis-snin 2005, 2006 u x'inhu fil-preżent, kif ukoll kemm maħsub li jitla' fil-ġejjieni qarib?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-complement ta’ ħaddiema ma’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kien hekk: 2005 424 impjegati 2006 443 impjegati 2007 (sa Marzu 2007) 439 impjegati Huwa maħsub li fil-ġejjieni, peress li x-xogħol ta’ l-Awtorità żdied, in-numru ta’ impjegati jitla’ kemm il-darba jkun hemm l-approvazzjoni meħtieġa.

Ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hemmx xi kumpens mill-gvern jew mill-Unjoni Ewropea għal dawk li jridu jtellgħu ħitan tas-sejjieħ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-għajnuna finanzjarja li tingħata b’kuntratt taħt l-iskema ta’ l-Iżvilupp Rurali għandha tibqa’ tingħata wara li tiġi l-approvazzjoni tal-Pjan ta’ Żvilupp 2007-2013 mill-Unjoni Ewropea.

MEPA — Permessi għal bini ta' stallel taż-żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn il-MEPA għandha identifikat biex tagħti permessi għall-bini ta' stallel taż-żwiemel u jekk għandhiex xi policy partikolari dwar dan il-qasam?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħejjiet policy "Agriculture, Stables and Farm Diversification" li fost l-oħrajn titratta stalel taż-żwiemel. Din il-policy ġiet approvata mill-Awtorità u issa tressqet għall-approvazzjoni tal-Gvern.

Urban Improvement Fund

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 24806 u 24631 u jgħid matul is-sena 2006 liema proġetti f'Malta u Għawdex saru b'fondi (in parti jew totali) ta' l-Urban Improvement Fund tal-MEPA? Liema proġetti se jiġu ffinanzjati minn dan il-fond matul is-sena 2007?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Djar mwaqqa'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twaqqgħu djar jew bini ieħor biex minflokhom jinbnew strutturi oħra ġo l-Imsida, Ġżira, Sliema, San Ġiljan kull sena għal dawn l-aħħar 5 snin? X'tiela' flok dawk li twaqqgħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

MEPA — Applikazzjoni għall-briedel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjoni quddiem il-MEPA biex f'pajjiżna jkun hawn il-briedel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li minn tfittxija fis-sistema ta’ l-informatika tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) jirriżulta li mhemm l-ebda applikazzjoni għal briedel quddiem l-istess Awtorità.

Produzzjoni ta' laħam tal-fenek

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni tal-laħam abjad tal-fenek matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produzzjoni tal-laħam tal-fenek hija f’idejn operaturi privati.

Produzzjoni ta' ħalib frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il litru ta' produzzjoni ta' ħalib frisk ġie reġistrat matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Din il-Mistoqsija tirreferi għal informazzjoni ta’ natura kummerċjali li mhijiex etika li tingħata f’dan l-istadju.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Lista' ta' aġenziji ta' reklamar

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Delegazzjonijiet ministerjali

Question

Mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum, meta l-Ministru mexxa delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta, jista' jgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru tiegħu, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba tidher hawn taħt: PAJJIŻ PREZZ TA’ l-AJRU NETT UFFIĊĊJU TA’ L-IVJAĠĠAR KUMMENTI Vienna 473.74 Air Malta Wara r -rebate AirMalta offriet l-aħjar prezz - Air Malta ma kellhiex titjiriet diretti fid-dati meħtieġa Vienna 473.74 Air Malta Vienna 473.74 Air Malta Vienna 242.49 Air Malta Vienna 242.49 Air Malta Vienna 242.49 Air Malta Bari 378.84 A&V von Brockdorff Air Malta ma toperax titjiriet diretti għall-Bari. Din l-aġenzija offriet l-aħjar itinerarju u prezz Bari 378.84 A&V von Brockdorff Bari 378.84 A&V von Brockdorff Cairo 663.02 Air Malta Wara r -rebate AirMalta offriet l-aħjar prezz 691.9 Air Malta 663.02 Air Malta Vienna/Brussels 499.53 Air Malta Wara r -rebate AirMalta offriet l-aħjar prezz Vienna/Brussels 390.13 Air Malta Luxembourg 502.94 Air Malta Wara r -rebate AirMalta offriet l-aħjar prezz Luxembourg 502.94 Air Malta Luxembourg 502.94 Air Malta Luxembourg 583.94 A&V Von Brockdorff Travel LTD Din l-aġenzija offriet l-aħjar itinerarju u prezz Luxembourg 571.04 A&V Von Brockdorff Travel LTD Luxembourg 523.34 A&V Von Brockdorff Travel LTD Luxembourg 583.94 A&V Von Brockdorff Travel LTD Milan 320.54 Air Malta Wara r -rebate AirMalta offriet l-aħjar prezz - Air Malta ma kellhiex titjiriet diretti fid-dati meħtieġa Milan 320.54 Air Malta Milan 321.44 Air Malta

Produzzjoni ta' laħam tat-tiġieġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-laħam abjad tat-tiġieġ matul fl-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-laħam abjad tat-tiġieġ matul fl-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta bejn l-2003 u l-2007 kien kif jidher hawn taħt. Ma kenitx tin\amm statistika għas-snin ta’ qabel: Tunnellati (metric) 2003 2004 2005 2006 2007 2719.679 2593.146 1537.450 1239.177 955.724* * Din il-figura tkopri Jannar u Frar biss peress li l-informazzjoni ta’ Marzu għadha qed tinġabar mill-biċċeriji tat-tjur.