Ministeru għall-Affarijiet Barranin — positions of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14165 u jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 14945.
Barra minn hekk, erbgħa persuni oħra kienu ngaġġati bħala persons of trust qabel id-9 ta' Marzu 2013 u persuna oħra kienet ingaġġata bħala person of trust fis-16 ta' Frar 2015.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru titjiriet minn Malta għal-Libja u mil-Libja għall-Malta mill-ewwel ta' Frar 2015 sal-lum? Jista' jgħid x'miżuri ta' verifika ta' sigurtà qed jittieħdu mill-Gvern biex in-nies iserħu rashom li l-persuni li qed jiġu minn dawn it-titjiriet mhumiex ta' periklu għas-sigurtà ta' pajjiżna
Response (VELLA, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14253 u jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward l-ispiża fuq safar, u għalhekk in-nefqa globali f'sena, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika l-perjodu li qed jirreferi għalih.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ma ta l-ebda xogħol lill-Kumpanija li l-mistoqsija tirreferi għaliha.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — persuni ingaġġati f’position of trust
Question
B'riferenza ghalll-mistoqsija parlamentari 14112, jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015 huma
3 Advisors
3 Secretariat Officers
2 Coordinators
1 Communication Coordinator
1 Assistant Private Secretary
1 Private Secretary
1 Chief of Staff
1 Head Customer Care
3 Messengers
2 Drivers
1 Charwoman
L-Onor Interpellant jifhem li s-sittax-il impjegat tas-Segretarjat Privat huma awtomatikament persons of trust, kif kienu taħt amministrazzjonijiet preċedenti.
Tmienja minn dawn huma mpjegati tas-servizz pubbliku.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – Persons of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid, wieħed wieħed: min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena l-ispiża fuq safar tagħhom?
Response (VELLA, GEORGE)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant għall-fatt li mistoqsijiet bħal dawn fejn tintalab informazzjoni dettaljata fuq medda ta' snin, jieħdu ħafna xogħol sabiex jinġabru. L-Onor. Interpellant għandu japprezza illi dan il-Ministeru m'għandux la r-riżorsi u lanqas iż-żmien sabiex jiġbor din l-informazzjoni. Għalhekk nitolbu sabiex jindika x'informazzjoni għandu bżonn speċifikament fejn hija meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jispeċifika jekk għadx hemm scholarships tal-Commonwealth li l-Maltin jistgħu jipparteċipaw għalihom? Dawn liema huma?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-boroż ta' studju tal-Commonwealth għadhom jiġu offruti lill-istudenti Maltin mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u Impjiegi.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx frott direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru inkluż l-entità u dipartimenti li jaqgħu taħtu ma ta l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex iċ-ċittadini Maltin li jgħixu barra f’pajjiżi bħal Kanada, l-Awtralja u l-Amerka jkunu jistgħu jagħmlu passaport biometriku mingħajr ma jkollhom ħafna spejjeż u mingħajr ma jkollhom isiefru għal distanzi twal?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru kien akkwista l-apparat neċessarju, u qassmu fl-ambaxxati, sabiex ikunu jistgħu jużawh għal-għan imsemmi fil-mistoqsija. Irriżulta li kien hemm xi diffikultajiet tekniċi sabiex dan l-apparat ikun jista' jintuża mingħajr ma tiġi kompromessa d-data miġbura mill-aspett ta' sigurta'. Wara taħdidiet riċenti li saru jirriżulta li dan l-intopp issa jista' jiġi megħlub u l-ħsieb huwa li din is-sistema' tiġi varata fil-ġimgħat li ġejjin u li għaldaqstant ikun hemm eżitu posittiv għal din is-sitwazzjoni.
Ambaxxaturi Maltin – career civil servants/appuntanti minn barra
Question
Skont il-missjonijiet diplomatiċi li pajjiżna għandu, jista’ l-Ministru jelenka liema Ambaxxaturi appuntati huma career civil servants u liema huma persuni appuntati minn barra?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija miġbura fil-tabella hawn taħt:
Ambaxxaturi Maltin
Career civil servants
Appuntati minn barra
Rappreżentat Permanenti
Ġinevra
Ambaxxatur
Ateni
Rappreżentant Permanenti
New York
Ambaxxatur
Beijing
Ambaxxatur
Ruma
Ambaxxatur
Berlin
Ambaxxatur
Tel Aviv
Ambaxxatur
Brussell
Ambaxxatur
The Hague
Ambaxxatur
Il-Kajr
Ambaxxatur
Tuneż
Kummissarju Għoli
Canberra
Ambaxxatur
Varsavja
Ambaxxatur
Kuwajt
Kummissarju Għoli
Londra
Ambaxxatur
Madrid
Ambaxxatur
Moska
Kummissarju Għoli
New Delhi
Ambaxxatur
Pariġi
Rappreżentant Permanenti
Strasburgu
Ambaxxatur
Tripli
Ambaxxatur
Vienna
Ambaxxatur
Washington
Ambaxxaturi Maltin – objettivi maqbula mal-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jispeċifika jekk l-Ambaxxaturi u r-rappreżentazzjonijiet ta’ pajjiżna f’pajjiżi esteri, għandhomx objettivi maqbula mal-Ministeru li għalihom iridu jaħdmu u jgħid ukoll jekk dawn ikunux dokumentati u mkejla fuqhom?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-objettiv li l-Ambaxxaturi u r-rappreżentanti ta' pajjiżna jridu jsegwu huma l-Miri Strateġiċi li jinsabu dokumentati u anke fuq is-sit tal-internet tal-Ministeru. Ma' dawn inżid ukoll il-linji gwida li kien ħareġ il-Ministeru fl-2013 kif ukoll il-Miżuri tal-Baġit li jsegwu skond il-linja jew pajjiż li għalihom huma akkreditati. Dawn l-objettivi jiġu diskussi wkoll b'mod regolari minn dawn l-Ambaxxaturi u r-rappreżentanti ta' pajjiżna ma' uffiċjali tal-Ministeru kif ukoll miegħi bħala Ministru. Ix-xogħol tagħhom jitkejjel b'mod globali nkluż fuq l-implimentazzjoni ta' direzzjonijiet li jingħataw minn żmien għal żmien.
Konsli barranin li jirrappreżentaw lil Malta – Objettivi mogħtija mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin
Question
Peress li f’laqgħa li kienet saret mill-Ministru mal-Konsli li jirrappreżentaw lill-pajjiżna f’pajjiżi esteri, dawn kienu ġew mogħtija objettivi li jattiraw mill-anqas investiment wieħed lejn pajjiżna kull sena, jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ x’inhuma l-investimenti li ġew attirati, f’liema oqsma u kemm minnhom avveraw ruħhom?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari 7541 għadha tgħodd għall-mistoqsija parlamentari tal-lum.
Jista’ l-Ministru jispeċifika x’postijiet għandha Malta fi ħdan il-Ġnus Maqgħuda? Kemm hemm Maltin li llum jokkupaw kariga fi ħdan din l-Għaqda? Fil-futur qarib, huwa mistenni li jkun hemm opportunitajiet li uffiċjali Maltin ikunu jistgħu jikkontestaw għalihom?
Response (VELLA, GEORGE)
Għall-postijiet ġodda li jinħolqu jew oħrajn eżistenti li jiġu vakanti, fil-Ġnus Magħquda ssir sejħa pubblika permezz tal-organi uffiċjali tal-istess Organizzazzjoni. Iċ-ċittadini tal-pajjiżi membri kollha tal-Ġnus Magħquda, inkluż Malta, huma eliġibbli li japplikaw. Għaldaqstant, l-opportunita' sabiex ċittadini Maltin japplikaw għal pożizzjonijiet fil-Ġnus Magħquda hi aċċertata għal ċittadini Maltin bħal ma hija għal dawk ta' pajjiżi oħra.
Ċittadini Maltin jistgħu japplikaw direttament għal sejħiet maħruġa mill-Ġnus Magħquda mingħajr ma jiġu / ma jiġux nominati mill-Gvern Malti.
Skont l-informazzjoni volontarja li għandu dan il-Ministeru, hemm madwar ħdax-il persuna Maltija jokkupaw postijiet fl-Uffiċju/Organizzazzjoniet/Aġenziji tal-Ġnus Magħquda fosthom f'New York, Ġinevra u Vienna.
Ġnus Maqgħuda – kwota ta’ postijiet għal uffiċjali Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jispeċifika jekk Malta hijiex eliġibbli għal xi kwota ta’ postijiet li uffiċjali Maltin jistgħu jokkupaw fi ħdan il-Ġnus Maqgħuda?
Response (VELLA, GEORGE)
Ċittadini Maltin huma eliġibbli biex japplikaw għall-postijiet kollha li jiġu mħabbra permezz tal-organi uffiċjali tal-Ġnus Magħquda. Malta hija eliġibbli għal bejn tliet u erbatax-il post mal-Ġnus Magħquda. Din il-kwota tkopri dawk l-uffiċjali li l-impjieg tagħhom jaqa' taħt il-Baġit Ġenerali tal-Ġnus Magħquda. Ma tażisti l-ebda kwota għal-impjiegi oħra li jitħallsu minn budgets speċifiċi tal-Aġenziji Speċjalizzati tal-Ġnus Magħquda bħal ma huma UNICEF u UNESCO.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – Positions of trust
Question
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema kienu l-positions of trust li kien hemm fi ħdan l-Ministeru tiegħu u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ?
Response (VELLA, GEORGE)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant għall-fatt li mistoqsijiet bħal dawn fejn tintalab informazzjoni dettaljata fuq medda ta' snin, jieħdu ħafna xogħol sabiex jinġabru. L-Onor. Interpellant għandu japprezza illi dan il-Ministeru m'għandux la r-riżorsi u lanqas iż-żmien sabiex jiġbor din l-informazzjoni. Għalhekk nitolbu sabiex jindika x'informazzjoni għandu bżonn speċifikament fejn hija meħtieġa.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — positions of trust
Question
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fi Brussell — ħatra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ffirma l-ħatra uffiċjali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex ikun jista’ jaħdem fir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fi Brussell u minn meta (data) beda jaħdem fl-istess Rappreżentanza Permanenti? Jista’ jgħid x’inhi n-nomenklatura uffiċjali li qed iġorr dan l-individwu fi ħdan l-istess Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fi Brussell? Jista’ jgħid x’se jkunu r-responsabilitajiet li se jkollu u li se jkun qed jaqdi dan l-individwu fi ħdan ir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fi Brussell? Jista’ jgħid kemm hu s-salarju li se jkollu l-individwu fil-kariga li qed jokkupa? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat mal-individwu u kopja tal-ittra tal-ħatra li ffirma l-istess Ministru? Jista’ jgħid jekk dan l-individwu hux se jibqa’ jagħti s-servizzi ta’ konsulent lil diversi Ministeri issa li qed jokkupa din il-kariga?
Response (VELLA, GEORGE)
L-individwu li qiegħda ssir referenza għalih mhuwiex uffiċċjal maħtur mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.