Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Industrial Parks

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienu l-individwi u/jew ażjendi li l-Malta Industrial Parks Limited infurmat li jridu jitilqu minn Ħal Far u jmorru l-qasam industrijali ta' Ħal Luqa? Jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet li qed tesiġi l-Malta Industrial Parks Limited mill-ażjendi nvoluti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din is-sena l-ebda individwu jew ażjenda ma ġie/ġiet infurmat/a sabiex titlaq minn Ħal Far u tirreloka ġewwa Ħal Luqa.

Msida — Misraħ il-barrieri

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 26526, ix-xogħol li qed nirreferi għalih huwa dak tad-drenaġġ.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li huma tad-drenaġġ nbdew fl-4 ta’Mejju 2007 u mistennija li jitlestew sa l-aħħar ta’ Gunju 2007. Il-Korporazzjoni għas-servizzi ta’ l-ilma ma rċeviet ebda lmenti dwar konsenturi li nfetħu f’propjeta privata b’riżultat ta’ dan ix-xogħol. L-asfaltar tat-trinka jsir skond kif specifikat fil-kuntratt.

Segretarjat Privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li jien sifirt fuq xogħol darbtejn bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena. Fiż-żewġ każi kont akkumpanjat mill-Personal Assistant tiegħi. L-ewwel safra kienet lejn Scotland u n-nefqa globali kienet ta’ LM3090.54. It-tieni safra kienet lejn Dubai u n-nefqa globali kienet ta’ LM1307.33.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkun bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sistema ta' l-informatika tal-VAT — Aċċess bl-ID

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm verita' f'rapporti li wasluli minn sorsi qrib id-Dipartiment tal-VAT li għalkemm is-sistema l-ġdida ta' aċċess b'I.D. għas-sistema ta' l-informatika tal-VAT għadha qed tiġi tested u għad m'hix live meta riċentement Capgemini kienu qed jagħmlu EC web based survey on electronic public services report dwar il-measurmentta' l-on line availability of public services. Ir-rappreżentanti ta' Capgemini consulting, technology u outsourcing li qed jagħmlu dan ix-xogħol bħala parti mill-proġett i2010 ta' l-Unjoni Ewropea ingħataw x'jifhmu li l-proġett diġa' huwa liveminkejja li għadu fil-fażi ta' testingbil-ħsieb illi l-gvern Malti jkun jista' jsaħħaħ il-punti li jġib fil-kuntest ta' l-istatistika ta' l-UE ħalli jkompli jgħolli aktar 'il fuq ir-ranking ta' pajjiżna f'dan il-benchmark evaluation?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif issa saret drawwa ta' l-Onor. Interpellant, hu jibbaża l-politika tiegħu fuq il-persuni li jfesfsulu f'widnejh. Ir-risposta għall-Mistoqsija tiegħu hija li minn dak li qed jgħid m'hemm l-ebda verita'. Madanakollu ma nistax ma nurix id-dispjaċir tiegħi illi issa l-Onor. Interpellant qiegħed ukoll jipprova itappan ir-reputazzjoni ta' pajjiżna f'dan il-qasam u li hu lest jagħmel ħsara lill dan is-settur fejn pajjiżna qed ikollu suċċessi kbar.

Konsulenti maniġerjali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li bħalissa hemm grupp ta' konsulenti maniġerijali li qed jagħmlu xogħol ta' konsulenza dwar l-istruttura u s-sistemi maniġerijali tal-MITTS? Jekk iva, liema hi din id-ditta, kif saret is-sejħa għas-servizzi tagħha u liema kienu d-ditti jew kumpanniji oħra ta' konsulenza li ġew ikkonsultati? Kemm se jiswa dan l-eżerċizzju ta' konsulenza? Kemm mistenni jdum biex jitwettaq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qala Għawdex — Ilma bis-sadid

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Wied is-Simar, il-Qala' Għawdex ilhom xhur jilmentaw minħabba ilma bis-sadid, jista' l-Ministru jindirizza din il-problema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-problema ta' sadid ma' l-ilma fl-inħawi msemmija ġiet rappurtata diversi drabi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u għalhekk saru diversi studji fuq is-sistema. Jirriżulta li hemm bżonn jinbidel il-main ta' l-ilma mill-ġibjun tan-Nadur sal-Qala, tul ta' madwar 2Km. Huwa pjanat li dan jibda jinbidel din is-sena. Sadanittant, saru diversi washouts programmati u tindif tal-kanen sabiex il-problema tkun ikkontrollata. Minn informazzjoni li waslet għand il-Korporazzjoni minngħand diversi konsumaturi jidher li kemm il-darba jsiru l-washouts ippjanati kull ħmistax jew tlett ġimgħat, il-kwalita' ta' l-ilma tkun tajba.

Rebate ta' Surcharge

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ma kentix tħallas surcharge u għandha l-kartuna r-roża issa fl-aħħar kont għandha s-surcharge? Din intitolata għal rebate? Tista' tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.

Rebate fuq is-surcharge

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, u li għandha l-kartuna r-roża hix intitolata għal rebate fuq is-surcharge? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.

Gozo Channel — Wheelchairs

Question

Jista' l-Ministru issa jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari 25976 dwar xi provvedimenti għandha l-Gozo Channel għal persuni li jużaw siġġu tar-roti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-provedimenti għal persuni li jużaw siġġu tar-roti huma: Ø Lift. Ø Aċċess għal main passenger decks li jinkludu l-Kafetterija, lounge u d- decks ta’ barra. Ø Toilets fil- Main passenger decks li huma attrezzati b’dak kollu neċessarju għal persuni b’diżabilita’.

Entitajiet Pubbliċi — Accounts

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-aħħar accounts awditjati cioe snin 2004, 2005, 2006 ta' dawn l-entitajiet pubbliċi cioe' Gozo Ferries Company Limited, Malta National Laboratory Company Limited u l-Wasteserve Malta Limited?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-accounts tas-sena 2004, 2005 u 2006 tal-Gozo Ferries Co Ltd għadhom mhux finalizzati. Rigward iż-żewġ kumpaniji l-oħra, ninforma lill-Onor Interpellant li dawn ma jaqgħux taħt id-dekasteru tiegħi.

Vendor Driven Academies

Question

B'referenza għall-proġett imsejjaħ mill-Gvern Vendor Driven Academies jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-istudju li sar minn Ernst and Young dwar l-oqsma edukativi u jew ekonomiċi li jridu jkunu msaħħa in konnessjoni ma' din l-inizjattiva?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-istudju li sar minn Ernst & Young m'huwiex relatat mal-proġett tal-Vendor Driven Academies. Dan l-istudju jkopri il-kriterji kkunsidrati l-iktar importanti li investitur jikkunsidra meta jkun qed jagħmel deċiżjoni ta' investiment. L-istudju jipprovdi numru ta' rakkomandazzjonijiet dwar l-oqsma li għandhom jiġu msaħħa biex Malta tattira aktar investiment barrani. Qed inpoġġi l-executive summary ta' l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-provvista ta' l-elettriku qiegħda tiġi sospiża b'mod regolari ma' Malta kollha u b'mod partikolari b'mod frekwenti ħafna fl-inħawi ta' H'Attard?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pembroke — Tennis court

Question

Tista' l-Airmalta tikkunsidra li ssellef tennis court li hemm Pembroke, proprejta' tagħha u li tinstab fi stat tal-biki, lill-assoċjazzjoni tat-tennis tal-lokal biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu użu minnu, minbarra li jitnaddaf u jinżamm fi stat bħan-nies? Naturalment kemm-il darba l-Airmalta jkollha użu għalih, allura din l-assoċjazzjoni toħroġ 'l barra. Dan jgħin l-isport u l-ħajja soċjali f'dawn l-akwati.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Street lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid hijiex il-policy ta' l-Enemalta li jitwaħħlu bozoz tad-dawl ta' street lighting mal-faċċati tar-residenzi privati mingħajr il-permess tar-residenti nfushom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Wall Mounted Streetlighting jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Kunsilli Lokali u mhux tal-Korporazzjoni Enemalta.