Jista' il-Ministru jgħid xi kriterji qed jintużaw dwar għażla ta' programmi fuq l-istazzjon nazzjonali tar-radju? Min qed jieħu dawn it-tip ta' deċiżjonijiet? Jista' jgħid ukoll b'mod partikolari x'kienet ir-raġuni li persuna nazzjonali bħal Mons Victor Grech ġie mwaqqaf milli jkompli jagħmel il-programm tiegħu fuq l-istazzjon nazzjonali?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-kriterji użati għall-għażla tal-programmi mxandra fuq l-istazzjonijiet tal-PBS jinsabu fil-Programme Statement of Intent u fin-National Broadcasting Policy. Iż-żewġ dokumenti kienu pubblikati f'Mejju li għadda.
Il-proċess ta' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar programmi u l-organi responsabli għalihom huma ukoll imsemmija fid-dettal fl-istess dokumenti.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninfurmak li għal dan il-gvern ilu li għadda ż-żmien li jindaħal fil-meriti ta' kif jintgħażlu l-programmi, anzi il-policy dikjarata hi li l-PBS għandu jkun indipendenti mill-gvern editorjalment u kemm jista' jkun anke finanzjarjament.
Għalhekk ma nħossx li għandi nidħol fir-raġunijiet tekniċi u professjonali li jkun hemm u li a bażi tagħhom regolarment isiru bidliet fl-iskedi tal-PBS.
Fir-rigward, tal-programm imsemmi jien infurmat illi ma saret ebda applikazzjoni biex dan il-programm isir.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6825 u cioe' jista' jgħid min ħa l-offerta jew tender sabiex jiġi mneħħi l-materjal ta' l-asbestos li jinsab fil-power station tal-Marsa?
Jista' jgħid min hu responsabbli bħala konsulent li jara li x-xogħol isir skond proċeduri stabiliti ta' l-EU?
Min qed jieħu ħsieb li jsiru t-testijiet neċessarji magħrufa bħala AFT (Airborne Fiber Tests) ġewwa u barra l-area ta' l-attivita'?
Fejn qed jiġi storjat dan il-materjal li preżentement qiegħed jinqala'?
Response (GATT, AUSTIN)
It-Tender li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġie irtirata bil-ħsieb li terġa' toħroġ iktar tard.
Jista' il-Ministru jgħid għalfejn l-arbli tad-dawl li twaħħlu fl-area magħrufa bħala Bejt il-Fenek l/o Dingli, baqgħu bla sistema ta' bozoz u qed joħolqu problema minħabba d-dlam ċappa li jkun hemm fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li x-xogħol fuq l-arbli msemmija ma tkompliex minħabba oġġezzjonijiet mill-Kunsill Lokali.
B'riferenza għal tender Ref. No T01MP/2001 dwar leasing of motorcycle fleet to be used in Malta and Gozo u rigwardanti l-Maltapost p.l.c., jista' il-Ministru jispjega għaliex ir-riżultat ta' dan it-tender dam dawn is-snin kollha biex ħareġ? Jista' il-Ministru jinnota li għal kważi 30 sena sħaħ il-fornitura ta' dan is-servizz kien il-persuna li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?
Jista' il-Ministru jinnota li sabiex is-servizz offrut dejjem ikun ottimu, dan l-aħħar sar investiment qawwi sabiex jinxtraw muturi ġodda?
Jista' il-Ministru jinnota wkoll li l-persuna li rebħet it-tender din id-darba m'għandhiex fil-pussess tagħha daqstant muturi ġodda li jistgħu jikkompetu mal-fornitur ta' qabel?
Jista' jgħid min hi l-persuna li ġiet mogħtija t-tender u meta l-kuntratt se jibda jaħdem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jitħallas is-service termination bonus lill-eredi tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li kienet taħdem mal-Malta Drydocks?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża kuljum (24 siegħa) f'diesel għall-vapuri bl-iskeda tas-sajf meta ovvjament ikun hemm aktar trips? Kemm hu l-ammont għall-iskeda tax-xitwa?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-ispiża ta' diesel kuljum tal-vapuri (maħdum fuq medda ta' sena bejn Settembru 2003 u Awissu 2004) hija ta':
Skeda tas-Sajf - LM3,514 kuljum
Skeda tax-Xitwa - LM2,577 kuljum
Dan il-konsum huwa maħdum fuq u jinkludi:
* il-vjaġġi skedati
* it-trips extra
* Il-vjaġġ tal-cargo għal Sa Maison (skedat)
Ta' min jinnota wkoll li l-ispiża tiġi effetwata wkoll mil-prezz tad-diesel, li jvarja ħafna u li bħalissa huwa għoli ħafna.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex ma tħallasx il-kont ta' l-ilma tal-Gozo Heliport bil-konsegwenza li l-water supply ġiet maqtugħa? Jista' jgħid għal kemm kien jammonta dan il-kont?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Għawdex — Korporazzjoni Enemalta - meters single phase
Question
Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni il-korporazzjoni Enemalta f'Għawdex ilha mingħajr meters tas-single phase għal xhur sħaħ u jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata minnufih a benefiċċju ta' l-applikanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-provvista ta' meters single phase f'Għawdex intużat fi żmien aqsar mill-previsti iżda għandha tiġi għan-normal fil-ġranet li ġejjin.
Peress illi fiċ-Ċirkewwa m'hemmx faċilitajiet sanitarji kemm għall-pubbliku kif ukoll in partikolari għall-ħaddiema tal-Gozo Channel, jista' il-Ministru jara li jiġu pprovduti dawn il-faċilitajiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema tal-Gozo Channel normalment jagħmlu użu mill-faċilitajiet ta' l-Uffiċju tal-Kumpanija stess li jinsab iċ-Ċirkewwa u fit-Ticket Booth tas-South Quay skond minn fejn jopera l-vapur.
Rigward il-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Peress illi l-bozoz taċ-Ċirkewwa ilhom ma jixegħlu diversi xhur u għadhom ma ġewx mibdula u peress li biex isir l-irbit tal-vapuri fil-għaxija d-dawl qed ikun permezz ta' spot light tal-vapur, jista' il-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mhux biss biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jaħdmu aħjar imma anke għal skopijiet ta' sigurta'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li tappiera li tinsab fi Triq San Ġorġ, f'San Ġiljan (bejn wieħed u ieħor quddiem (The Champ Pastizzeria) u li minnha qed joħroġ id-drenaġġ, tiġi rranġata u livellata peress li qed tkun ta' inkonvenjent għat-turisti u għal kull min jgħaddi minn din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li x-xogħol mitlub se jsir dalwaqt.
Eventwalment anki l-main tad-drenaġġ fit-triq imsermmija jrid jinbidel.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid meta x-xogħol tad-drenaġġ fin-naħa tal-Kortin, il-Mellieħa, fi Triq Isaac Newten 'l isfel se jkun lest billi x-xogħol ilu wieqaf għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li jirriżulta li n-numru ta' djar mingħajr servizz ta' drenaġġ fl-inħawi msemija hu ta' 21. Dawn id-djar ma jistgħux jitqabbdu mal-mejn eżistenti għax il-livell tagħhom hu baxx wisq u għaldaqstant mhux il-kas li ssir estensjoni ta' dan il-mejn.
Biex din il-problema tinstabilha soluzjoni, hemm ħtieġa ta' xogħol ta' ċerta spiża li hi kkonsidrata bħala waħda kbira meta wieħed iqabilha man-numru ta' djar li ser tkun isservi. Hu għalhekk li dan ix-xogħol mhux konsidrat bħala ta' prijorita minn naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Madankollu l-Korporazzjoni għada qed tfittex issib soluzzjoni li permezz tagħha l-ispiza nvoluta tkun aktar kompattibli man-numru ta' djar li ser jinqdew.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamnetari 6750 u cioe' jista' jgħid fejn waslu l-investigazzjonijiet li qed tagħmel il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma fir-rigward ta' l-inkonvenjent li dejjem qed jiżdied fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' L-ilma saret taf bl-ilment permezz ta' din il-Mistoqsija Parlametnari.
Il-persuna indikata qalet lill-ufficcjali tal-Korporazjoni għas-Servizzi ta' l-ilma li hi l-ilmenti tagħha dejjem għamlithom lid-Dipartiment tas-Saħħa u dawn kienu ndikawlha illi l-ilma ma kienx ġej mis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma.
Kien biss fil-21 ta' Lulju 2004, li d-Dipartiment tas-Saħħa nforma lil din il-persuna li l-ilma seta kien ilma mill-mains tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma.
Il-Korporazzjonmi qed tinvestiga l-każ u ser tieħu l-passi necessarji jekk l-ilma jirriżulta li hu ġej mis-sistema tad-distribuzzjoni tagħha.
Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jara li fi Triq San Ciro fil-Gudja jitbiddlu/jitnaddfu l-ispieri u spaction chambers li hemm, minħabba l-irwejjaħ insapportabbli ta' drenaġġ li ilu jkun hemm għal dawn l-aħħar xhur?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li sar it-tindif neċessarju fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq San Ċiro, l-Gudja u l-'manholes' ġew siġillati. Bħala riżultat l-irwejjaħ ta' drenaġġ waqfu.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-fee structureli biha l-Gvern Malti appunta lil Lehman Bros. bħala financial advisors għall-privatizzazzjoni tal-Maltacom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nittama li l-Onorevoli Membru japprezza li l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi żvelata. Primarjament minħabba li din l-informazzjoni hi ta' natura kummerċjali li jekk tiġi publikata tista' tagħmel ħsara lil Lehman Brothers u wkoll minħabba l-'confidentiality agreement' li jeżisti bejn l-Gvern u Lehman Brothers.
Jista' il-Ministru jgħid jekk is-sidien Libjani tal-vapur Um El Faroud ħallsux id-danni mitluba? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta sar dan il-ħlas u kemm kien jammonta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-PQ 7446.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki fil-qasam industrijali ta': Bulebel, Kordin, Marsa, Ricasoli; Mosta u Xewkija?
Kemm hemm kumpanniji joperaw f'kull qasam industrijali?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid fejn kellna uffiċini tal-MDC/METCO barra pajjiżna tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Min kienu l-persuni li kienu jaħdmu f'kull uffiċċju? X'salarju u benefiċċji kellhom kull wieħed minnhom? X'kienet il-kera u spejjeż relatati għal kull uffiċċju?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.