Ċimiteru ta' Burmarrad — twaħħil ta' bozza quddiem il-bieb prinċipali
Question
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fiċ-Ċimiterju ta' Burmarrad titwaħħal bozza quddiem il-bieb prinċipali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-installazjoni ta’ bozoz ġodda f’toroq u postijiet pubbliċi oħrajn mhijiex responsabilta’ tal-Enemalta plc peress li xi snin ilu dawn is-servizzi għaddew f’idejn il-Kunsilli Lokali u għadd ta’ entitajiet governattivi oħrajn. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Billi f'San Pawl il-Baħar hemm iktar minn elf trinka jew house connection tal-WSC li kollha ikussru l-lokalità, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn jiġu rranġati sew?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sabiex l-Onorevoli Interpellant jelenka dettalji partikolari li jista’ jkun li għandu, bil-għan li jiġu evalwati.
Bajja ta’ Birżebbuġa – sports tas-sailing affettwat mill-LNG tanker
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jkun affetwat l-isports tas-sailing li jiġi pprattikat fil-Bajja ta' Birżebbuġa minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
LNG Tanker – manuvrar ta’ vapur deħlin u ħerġin mill-Freeport
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk humiex se jkunu affetwati l-manuvrar ta' vapuri li jkunu deħlin u ħerġin mill-Freeport minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
LNG Tanker – ħruġ ta’ bastimenti tas-sajd mill-port ta’ Marsaxlokk
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jkun affetwat id-dħul u l-ħruġ tal-bastimenti tas-sajd mill-port ta' Marsaxlokk minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fl-istess port speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Peress li fl-External Emergency Plan relatat mal-irbit tat-tanker tal-LNG fil-port ta' Marsaxlokk jistipola li għandu jkun hemm proċeduri ta' evakwazzjoni għan-nies f'każ ta' inċident fil-Power Station ta' Delimara u/jew fit-tanker tal-LNG u/jew fir-refuelling tanker, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema residenti jridu jiġu evakwati, ta' liema lokalità, kemm nies għandhom jiġu evakwati f'każ ta' inċident, kif se jiġu evakwati u x'inhu l-pjan ta' emerġenza?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28137 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija, minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, korporazzjoni u/jew awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015 u l-2016 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?
Dipartimant tal-Proprjetà tal-Gvern — bankina bejn Triq il-Palma u Triq il-Kalamija
Question
Jista' l-Prim Ministru jitlob lid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern biex jinforma lill-Kamra jekk il-parti mmarkata bi vleġġa fuq il-pjanta li qed tingħata separatament u li qed turi bankina bejn Triq il-Palma u Triq il-Kalamija, Tarxien hijiex proprjetà tal-Gvern jew le?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern l-art li qed jagħmel referenza għalija l-Onor. Membru, oriġinarjamnet kienet tifforma parti minn triq iżda qatt ma kienet tifforma parti minn xi proprjetà oħra. Għaldaqstant, l-art in kwistjoni hija kkunsidrata bħala proprjetà tal-Gvern sakemm ma jkunx hemm prova oħra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23617, għar-rigward tal-istallazzjoni tad-dawl fit-telgħa magħrufa bħala “T’Alla u Ommu” jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk dan huwiex ser jiġi installat fil-futur qarib?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Kif indikat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23617, l-Enemalta plc mhijiex responsabbli għall-installazzjoni ta’ dwal ġodda f’toroq u postijiet pubbliċi. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeri kkonċernati.
Promozzjonijiet fil-grad ta’ Principal mas-Servizz Pubbliku
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta ħarġet l-aħħar sejħa għall-promozzjonijiet fil-grad ta’ Principal mas-Servizz Pubbliku? Meta saru l-eżamijiet għal dan il-grad? Kemm hi l-pass mark għal dan l-eżami?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li:
(i) l-aħħar sejħa t’applikazzjonijiet għall-Uffiċjal Prinċipali fis-Servizz Pubbliku ħarġet fit-8 ta’ Lulju 2016;
(ii) l-eżamijiet fl-abbiltà ġenerali saru bejn it-12 ta’ Settembru 2016 u l-20 ta’ Settembru 2016;
(iii) il-pass mark kienet 60%
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li sa sena oħra se jintfew l-makni tal-LNG tanker li jinsab marbut fix-xatt ta' Marsaxlokk u għalhekk se jiġi qisu floating barge? Jekk jinqala’ xi aċċident jew inkella jkun il-maltemp, kif se jinħareġ barra l-port dan it-tanker?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’livell ta' ħsejjes se jkun hemm fil-port ta' Marsaxlokk meta se jkun hemm ir-refuelling tat-tanker tal-LNG?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt informat li minn studji li għamlu Electrogas, l-operazzjoni tar-refuelling mhumiex mistennija li jħallu impatt ta’ ħsejjes. Kollox se jkun b’konformita mad-direttiva tal-UE 2002/49/EC u mar-regolamenti lokali LN 193/2004.
LNG Tanker – Ħruġ ta’ permessi — restrizzjonijiet dwar densità ta’ popolazzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi restrizzjonijiet dwar densità ta' popolazzjoni għar-rigward ta' ħruġ ta' permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar minħabba s-SEVESO Directive peress li jkun hemm il-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li skont il- COMAH Assessment Report of Delimara Power Station Coordinated Safety Report li bħalissa jinsab għal konsultazzjoni pubblika, l- Specific Individual Risk in Delimara Area ma taffetwax iż-żona tal-iżvilupp u għalhekk mhux se jkunu meħtieġa restrizzjonijiet dwar densità ta' popolazzjoni għar-rigward ta' ħruġ ta' permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jibqa’ jinħaraq xogħol pirotekniku għall-festi taż-Żejtun, Marsaxlokk u Birżebbuġa minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi raġuni partikolari għalfejn f’dawn l-aħħar jiem il-power station f’Delimara magħrufa bħala D1 dehret qed iddaħħan ħafna u ħafna iktar mis-soltu, f’perjodi intermittenti imma spissi ħafna?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li d-dħaħen li dehru nhar il-Ħadd 13 ta’ Novembru seħħew waqt proċess biex wieħed mill-boilers tal-impjant Delimara 1, li jaħdem bil-heavy fuel oil, intefa’ għall-manutenzjoni u reġa’ nxtegħel mill-ġdid. Dħaħen skuri bħal dawn jidhru wkoll waqt operazzjonijiet imsejħa sootblowing li jeħtieġ isiru kuljum f’impjanti tal-heavy fuel oil ta’ dan it-tip. Skont il-pjanijiet tal-Enemalta plc dan l-impjant ser jibqa’ jintuża sakemm jibda jopera l-impjant il-ġdid Delimara 4 tal-Electrogas Malta bil-gass naturali.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28168 u jgħid kemm kienet s'issa n-nefqa tal-Gvern biex jippromwovi u jirreklama fuq kwalsiasi media, inkluż dik soċjali, il-miżuri tal-Budget 2017?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ispiża s’issa hija ta’ €40,000.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28505 u jserraħ ras l-impjegati kollha li qabel kienu jwettqu dmirijiethom mas-servizz pubbliku u li issa qed jitqiesu bħala impjegati tal-Istitut tas-Servizz Pubbliku li ġie mwaqqaf bl-Avviż Legali 325 tal-2016 li ma kien hemm ebda tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u dawk il-pattijiet u l-kundizzjonijiet li kienu jgawdu minnhom qabel dan it-tibdil se jibqgħu effettivi u viġenti mingħajr ebda tibdil li jista' jkun ta' detriment għalihom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ġew mgħarrfa l-impjegati msemmija, it-trasferiment tagħhom mal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi mhu se jbiddel assulutament xejn mill-kundizzjonijiet li kienu qed igawdu minnhom bħala uffiċjali pubbliċi mas-servizz pubbliku.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-problema li kienet marbuta mal-ownership tal-proprjetà (li tidher li kienet ġejja mingħand il-knisja) fit-Toroq Mosta, Għabex, Arznell u Pjazza Mary Zarb, (fost l-oħrajn) liema problema kienet wasslet biex persuni li xtraw proprjetà f'dawn it-toroq ma setgħux jifdu ċ-ċnus tagħhom, minbarra diffikultajiet oħra, fil-fatt issa ġietx solvuta għaliex residenti f'dawn l-inħawi qed jirċievu messaġġi (mhux uffiċjali) li issa jistgħu jifdu ċ-ċnus tagħhom, u wkoll ibiegħu l-istess proprjetajiet mingħajr diffikultajiet, iżda jidher li uffiċjalment għad ma' rċevew xejn?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara diversi verifiki, riċerki u pariri legali dwar it-titlu tal-art in kwistjoni, ġie stabbilit illi t-titlu fuq l-imsemmija art kien legalment preskritt qabel ma din l-art filfatt kienet għaddiet għand il-Gvern, u għaldaqstant id-Dipartiment ħa l-passi kollha neċessarji biex isiru l-emendi fir-Reġistru tal-Artijiet.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-hostel Russu hux se jkun f’żona residenzjali tas-Swieqi/Madliena? Jista’ jgħid jekk il-villa in kwistjoni hux se jkolla 30 student residenti? Jista’ jgħid jekk il-permessi nħarġux diġà? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm konsultazzjoni mar-residenti u l-Kunsill Lokali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jipprovdi aktar dettalji.