Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6169 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Parkeġġ illegali ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif m'hu qed isir xejn dwar parking illegali ta' karozzi li ma jkollhomx il-blue stickers minkejja diversi rapporti li saru kemm il-darba fuq ir-reserved parking area li jinsab wara l-bieb tal-Knisja ta' l-Isla fi Triq il-Kurċifiss?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma kienx hemm rapporti mal-Pulizija tad-Distrett dwar l-allegat abbuż li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanti. Pero' l-Pulizija ser tagħmel spezzjonijiet f'dan il-lokal sabiex ikun żgurat li ma jkunx hemm tali abbuż. 26.04.99
Leg 9 PQ #6184 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

CCF — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jara x'wassal li żewġ acting maġġuri tal-ħabs fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin li kien ilhom acting għal aktar minn sentejn f'din il-kariga issa jitneħħew minn din il-kariga? Xi kriterji ntużaw biex dan l-appointment tneħħa u x'kumpens se jingħatalhom tas-servizz li taw f'dan il-perjodu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li riċentement, wara li l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku ppubblikat ir-riżultat ta' l-eżami għal-ħatra ta' Senior Correctional Officers, 15-il Correctional Officer ġew promossi għal grad ta' Senior Correctional Officer. Minħabba f'hekk, 5 mill-11 il-uffiċjal li kienu qed jagħmluha ta' Acting Senior Correctional Officers tneħħew minn din il-kariga peress li posthom imtela minn dawk li kisbu l-promozzjoni. Dawk li tneħħew kienu dawk li ġew maħtura l-aħħar u matul il-perijodu li dawn kienu jagħmluha ta' Acting Senior Correctional Officers huma kienu jitħallsu deputising allowance kull xahar. Gradwalment il-bqija ta' l-Acting Senior Correctional Officers jitneħħew minn din il-kariga, u dan isir meta uffiċjali oħra jkunu ġew imħarġa fix-xogħol li preżentement qed isir minn dawk il-persuni li kisbu l-promozzjoni għal grad ta' Senior Correctional Officers. 26.04.99
Leg 9 PQ #6204 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Overtime tal-gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin ngħatatx ordni biex jinqata' l-overtime lill-gwardjani kollha tal-ħabs? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma ngħatat l-ebda ordni fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin biex jinqata' l-overtime lill-gwardjani kollha tal-ħabs. Ninsab infurmat ukoll li sar eżerċizzju biex dan l-overtime jiġi razzjonalizzat mingħajr ma tiġi preġudikata s-sigurta' fil-Faċilita'. 26.04.99
Leg 9 PQ #6205 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tbiddlux ix-shifts tal-gwardjani tal-ħabs li jaħdmu fid-Dogs Section fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Jekk iva, x'wassal għal din id-deċiżjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-uniku tibdil riċenti fis-sistema tax-xift fit-Taqsima tal-Klieb fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien li l-uniku uffiċjal li kien jaħdem b'sistema ta' xift differenti mill-ħames uffiċjali l-oħra f'din it-Taqsima issa qed jaħdem bl-istess xift bħal l-oħrajn. B'hekk ġiet eliminata l-anomalija li kien hemm bejn dawn l-uffiċjali fl-istess Taqsima. 26.04.99
Leg 9 PQ #6206 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li gwardjana tal-ħabs ingħatat il-grad ta' maġġur meta għal dawn l-aħħar xhur kienet trasferita fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin? Jista' l-Ministru jikkonferma li din il-persuna llum qegħda taħdem fl-Uffiċċju tad-Direttur tal-Ħabs? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jispjega x'inhu l-bżonn li jkun hemm maġġura fl-uffiċċju tad-direttur tal-ħabs meta fil-female division jonqos maġġura oħra ma' dik li diġa' hemm biex ikun jista' jitħaddem ix-shift?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5269 f'Seduta Nru. 73. Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qegħda taħdem fl-Uffiċċju tad-Direttur minħabba l-fatt li gwardjana li kienet taħdem fl-uffiċċju msemmi, fit-23 ta' Frar, 1999, talbet biex tiġi trasferita fid-Diviżjoni tan-Nisa. Ix-xogħol li qed tagħmel din il-maġġura fl-Uffiċċju tad-Direttur qabel kien isir minn gwardjana u surġent tal-pulizija. 26.04.99
Leg 9 PQ #6207 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw membri mill-korp tal-pulizija mill-ġurnata meta l-ministru stieden lil dawk il-membri tal-korp li mhux qegħdin jieħdu xogħolhom bis-serjeta' biex jirriżenjaw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li wara t-23 ta' Marzu, 1999, irriżenjaw tlett membri tal-Korp, li wieħed minnhom laħaq l-eta' ta' sittin sena. 26.04.99
Leg 9 PQ #6250 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — CDs/Videos illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu pirated CDs u Videos bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 1998? Kemm kien hemm individwi li nstabu ħatja fl-istess sena fil-Qorti Kriminali u kemm kien hemm rapporti uffiċjali lill-pulizija fuq materjal pirated fl-istess żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1998 il-Pulizija qabdet 1,039 C.D.'s u 599 video cassettes u kien hemm tlettax il-persuna li nstabu ħatja mill-Qorti dwar reati li għandhom x'jaqsmu ma' ksur tal-liġijiet dwar frodi kummerċjali u tal-copyright. Matul l-istess perijodu kien hemm 26 rapport uffiċjali lill-Pulizija dwar dan l-abbuż. 26.04.99
Leg 9 PQ #5138 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Valletta — Monti

Question

Minn Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Frar 1999, jista' jgħid kemm-il darba l-pulizija ssorveljat il-Monti li jintrema fil-Belt Valletta u ħadet passi dwar tfal żgħar li suppost ikunu l-iskola u minflok ikunu qed jaħdmu fuq il-Monti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-ġranet li jitrama' l-Monti tal-Belt dejjem ikun hemm Pulizija assenjat xogħol f'dan il-post li jissorvelja kontinwament li ma jkunx hemm tfal żgħar jaħdmu fuq il-Monti. B'danakollu nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jekk għandu xi nformazzjoni rigward xi każ partikolari jinformani b'mod kunfidenzjali. 29.03.99
Leg 9 PQ #5376 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jagħmel il-gvern vis-a-vis persuni ta' nazzjonalita' barranija li qed jaħdmu mingħajr permess, billi jduru fil-ħwienet ibiegħu minn ħwejjeġ sa play stations?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija dejjem tieħu passi kontra barranin li jinqabdu jaħdmu mingħajr permess. Jekk l-Onorevoli Interpellanti għandha aktar dettalji, nitlobha tgħaddihomli, anke' b'mod kunfidenzjali. 29.03.99
Leg 9 PQ #5769 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 29.03.99
Leg 9 PQ #5874 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Barrieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barrieri fil-gżejjer tagħna li qed jintużaw? Kemm huma dawk li m'humiex jintużaw u x'policy ħejja l-gvern għal din il-leġislatura għal dawn il-barrieri mhux użati? Liema huma l-lokalitajiet residenzjali f'Malta u f'Għawdex li jilmentaw mad-dipartimenti konċernati dwar il-problemi ta' splużjonijiet li jsiru f'dawn il-barrieri sabiex jitfarrak il-blat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-barrieri li qegħdin jintużaw huma maqsuma kif ġej : - Barrieri Malta Għawdex -------- ----- ------- Tal-Qawwi 23 6 Tal-Franka 64 9 Ninsab infurmat ukoll li fil-preżent ma teżistix statistika dwar in-numru ta' barrieri li mhumiex jintużaw. Iżda huwa ppjanat li dawn jiġu mistħarrġa bħala parti mill-preparazzjoni tal-Minerals Subject Plan li mistenni jibda fi żmien qasir. L-istess pjan mistenni li jeżamina kif dawn is-siti għandhom jiġu riabilitati. Sadanittant għaddejjin ukoll diskussjonijiet bejn il-P.A., l-WSC u l-EPD sabiex b'koordinazzjoni flimkien jiġu jdentifikati xi barrieri fejn ikun jista' jsir rimi ta' skart. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-biċċa l-kbira ta' l-ilmenti jiġu mid-distretti li jinkludu l-kunsilli tan-Naxxar, Mosta, Rabat, San Ġwann u Dingli, f'Malta u dawk tal-Qala u Nadur, f'Għawdex. 29.03.99
Leg 9 PQ #5934 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Intern

PA — PA1084/98

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5839 dwar żvilupp fi Triq Antonio Schembri, Attard?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5839 ingħatat f'Seduta 78. 29.03.99
Leg 9 PQ #5956 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy u allura x'isir meta persuna jkollha proprjeta' li tkun affettwata bi proġett ta' slum clearance?

Response (BORG, TONIO)

L-Onorevoli Membru huwa mitlub jagħti iktar dettalji, jiġifieri jgħid jekk huwiex jirreferi għas-sid jew għall-kerrej tal-proprjeta' affetwata. Jekk qiegħed jirreferi għall-kerrej huwa mitlub jgħid jekk il-fond huwiex residenza, ħanut jew x'użu ieħor qiegħed isir minnu. 29.03.99
Leg 9 PQ #5963 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Perit Mintoff — Proprjeta' "Ta' l-Għarix"

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5808 u billi f'dik ir-risposta il-Ministru tkellem dwar xi imgħaxijiet li għandhom jitħallsu, jista' l-Ministru jgħid f'liema klawsola tal-letter of intent tat-22 ta' Mejju, 1998 huwa pprovdut li l-gvern, barra l-Lm128,000 li għandhom jitħallsu bħala danni, għandhom ukoll jitħallsu l-imgħaxijiet fuq dan l-ammont?

Response (BORG, TONIO)

Qari akkurat tar-risposta tiegħi għal-Mistoqsija Parlamentari 5808, jindika li jiena użajt il-kliem 'imgħax/danni'. Ma tajt l-ebda ndikazzjoni li jista' jkun hemm ħlas ta' imgħax barra ħlas ta' danni. Minn korrispondenza nterna ta' żmien l-Amministrazzjoni preċedenti jirriżulta li l-ammont ta' danni in kwestjoni ġie maħdum a bażi ta' imgħax fuq is-somma prinċipali tal-kumpens. 29.03.99
Leg 9 PQ #5964 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Perit Mintoff — Proprjeta' "Ta' l-Għarix"

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5808, jista' l-Ministru jgħid f'liema klawsola tal-letter of intent tat-22 ta' Mejju, 1998 hemm ipprovdut li l-proprjeta' "Ta' l-Għarix" m'għandhiex tgħaddi lill-Gvern Malti qabel il-Gvern Malti jħallas il-kumpens proprju għall-esproprjazzjoni de facto tal-proprjeta' in kwestjoni?

Response (BORG, TONIO)

Huwa ċar mill-Letter of Intent tat-22 ta' Mejju, 1998, li t-trasferiment isir malli jsir it-trasferiment tal-art tal-Fawwara; ġaladarba dik ma saritx, ma jistax isir it-trasferiment ħlief naturalment permezz ta' ordni ta' esproprjazzjoni. 29.03.99
Leg 9 PQ #5973 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Tarxien — Siti storiċi

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm siti fir-raħal ta' Ħal Tarxien ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4343 f'Seduta 69. 29.03.99
Leg 9 PQ #5984 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Raħal Ġdid — Siti ta' natura storika

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal ta' Raħal Ġdid ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4343 f'Seduta 69. 29.03.99
Leg 9 PQ #5985 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Gudja — Siti storiċi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal tal-Gudja ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4343 f'Seduta 69. 29.03.99
Leg 9 PQ #6082 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Direttur tal-Mid-Med Bank

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 4955, jista'jkun li ma ġietx mifhuma ċar u għaldaqstant jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra l-eżitu eżatt ta'l-investigazzjonijiet li saru, dettalji qed jintbagħtu separatament, mill-pulizija dwar l-allegazzjonijiet kontenuti f'ittra mibgħuta lill-Prim Ministru mill-ex president u ex segretarju tal-MUBE f'Diċembru, 1998?

Response (BORG, TONIO)

Il-Pulizija kienet investigat ilment li sar minn uffiċjali tal-MUBE dwar nomina ta' direttur fil-Mid-Med Bank u kontra persuna oħra li kienet ex-direttur meta saru l-allegazzjonijiet mill-MUBE. Dawn l-allegazzjonijiet ġew investigati iktar minn darba mill-Pulizija, u l-każ ġie riferut ukoll lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Kemm il-Pulizija kif ukoll l-Avukat Ġenerali dejjem sostnew li ma jirriżultax li hemm lok għal proċeduri kriminali għax ma jidhirx li ġie mwettaq xi reat kriminali ta' kwalunkwe xorta minn nies jew soċjetajiet li kontrihom saru dawn l-allegazzjonijiet. 29.03.99
Leg 9 PQ #5759 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għassa taż-Żurrieq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx kellu l-esperjenza li jżur l-Għassa tal-Pulizija li qiegħda fit-Torri ta' Wied iż-Żurrieq? Jaf li din tinsab fi stat miżeru, inuman u degradanti? Jaf li din l-għassa mhux akbar minn tlett metri wiesgħa bi tlett metri tul tant li l-pulizija li jkun hemm m'għandux fejn idur? Jaf li ilu ma jsir xogħol ta' manutenzjoni snin kbar u l-kondizzjoni tal-ġebla tinsab fi stat deterjoranti? Jaf li l-pulizija li jkun duty f'din l-għassa m'għandux fejn jaqdi l-bżonnijiet naturali tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan it-torri ilu jintuża bħala Għassa tal-Pulizija għal bosta snin. Huwa veru li l-akkomodazzjoni f'dan il-post hija limitata ħafna, pero' peress illi dan huwa bini storiku ma jistax isir alterazzjoni fih. Ta' min isemmi ukoll illi viċin ta' din l-Għassa hemm faċilitajiet sanitarji pubbliċi. 24.03.99