Jista' l-Ministru jgħid x'sit alternattiv se jingħata għal użu sportiv flok in-Nicholl Ground meta jibda l-proġett hemmhekk?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-arranġamenti għal użu alternattiv (jekk meħtieġ) għar-rigward tan-Nicholl Ground jifformaw parti mil-ftehim milħuq mal-konzorzju MIDI.
Nitlob għalhekk li d-domanda tiġi ndirizzata lil Ministru kkonċernat.
Id-Dipartiment ta' l-Isport jagħti għajnuna lil xi għaqdiet biex dawn jkunu jistgħu jagħmlu testijiet tad-doping fuq l-atleti/players tagħhom?
Jekk fl-affermattiv, x'għajnuna ngħatat din is-sena u lil liema għaqdiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din is-sena (2000) kellna żewġ talbiet, mill-Malta Football Association u l-Malta Amateur BodyBuilding Association.
Dawn it-talbiet waslu tard din is-sena u qed jiġu konsidrati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tal-Bibljoteka? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-perjodu bejn il-5 ta' Jannar 2000 u l-10 ta' Settembru 2000 żewġ ħaddiema tal-Bibljoteka Nazzjonali ingħataw trasferiment għal Dipartimenti oħra.
L-ewwel trasferiment ingħata fl-24 ta' Jannar 2000 lil impjegata li kienet imsejħa biex twettaq dmirijietha fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali.
It-tieni trasferiment ingħata fl-4 ta' Mejju 2000 lil impjegata li kienet On Loan mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni mid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tal-Mediterranean Conference Centre? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-perjodu indikat ma ingħataw ebda trasferimenti lill-ħaddiema tal-Mediterranean Conference Centre.
Jista' l-Ministru jgħid huwiex beħsiebu jżarma l-Istitut Tekniku u l-Junior Lyceum ta' ħdejh issa li l-Kulleġġ Vokazzjonali baqa' ma ġiex imwaqqaf kif ppjanat? Jista' jgħid x'beħsiebu jagħmel bl-iskejjel tas-snajja' ladarba l-Kulleġġ Vokazzjonali ma nfteħax?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma kien hemm ebda ħsieb li jiżżarma l-Junior Lyceum ta' Kordin qabel ma jinstab jew jinbena post adegwat għalih.
L-Istitut Tekniku ser jiġi assorbit mill-Kulleġġ ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija hekk kif l-arranġamenti biex isir dan ikunu finalizzati.
L-istudenti li qegħdin jattendu t-Trade Schools u li għandhom anqas minn 16-il sena ser jiġu assorbiti fi skejjel sekondarji u ser isegwu l-kors fit-Teknoloġija. L-ewwel fażi ta' dan il-proċess bdiet din is-sena.
L-istudenti 'l fuq minn 16-il sena u li qegħdin fl-Iskema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja', eventwalment jiġu assorbiti mill-Kulleġġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna żgħażagħ b'diżabilita' fl-iskejjel speċjali li għalqu s-16-il sena? F'liema skejjel qegħdin?
Kemm hemm minnhom li suppost marru diġa' fl-adult training centres?
Sakemm imorru f'dawk iċ-ċentri x'se jkunu qed jagħmlu dawn iż-żgħażagħ fl-iskejjel speċjali? B'liema mod qed jitħejjew għaċ-ċaqliqa li trid issir?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li żgħażagħ b'diżabilita` fl-iskejjel speċjali li għalqu s-16-il sena hemm:
Lokalita` Skola Subien Bniet Total
Ħamrun Guardian Angel 33 26 59
Msida Mater Dei --- --- ---
Msida Sta Marija 16 7 23
Qrendi Helen Keller 3 2 5
St Andrews San Miguel 16 4 20
Wardija Dun M. Attard 26 10 36
Sannat Special Unit 3 2 5
Totali 97 51 148
Minn dawn l-istudenti, 34 minnhom diġa' saritilhom l-ewwel sena tal-kors transitorju u qed isiru l-arranġamenti biex dawn jibdew jattendu l-Adult Training Centres, hekk kif id-Dipartiment tal-Politika Soċjali jibgħat għalihom.
Sakemm imorru l-Adult Training Centres, dawn l-istudenti ser ikomplu jitħarrġu iktar fil-kors transitorju taħt id-direzzjoni ta' transition co-ordinator impjegata mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u li hi mħarrġa apposta għal dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex l-istudenti li qed jattendu l-J.L. ta' Verdala, Bormla ma jkomplux jerfgħu l-piż finanzjarju għall-ħlas ta' ħafna photo copies, fejn f'
numru ta' każi ntalbu jitħallsu (s'issa) aktar minn Lm5?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li peress li s-sena skolastika għadha kemm bdiet, l-istudenti ġew mitluba jagħmlu numru ta' fotokopji minn diversi għalliema.
Qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex bi ftehim fost l-għalliema l-fotokopji li jintalbu jagħmlu l-istudenti jkunu mqassmin fuq perjodu ta' żmien.
Jista' l-Ministru jgħid kif se tissolva l-problema serja ta' nuqqas ta' spazju fil-klassi 5A fl-iskola primarja tar-Rabat (Malta) biex jidħlu l-computers u l-għamara?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għamara li saret għall-klassijiet kollha tal-ħames sena saret bil-ħsieb li tieħu 'in konsiderazzjoni' il-limitazzjonijiet ta' l-ispazju ta' dawn il-klassijiet.
Il-klassi mssemmija hija ta' daqs normali u din is-sezzjoni f'ebda waqt ma ġiet infurmata b'diffikultajiet ta' din in-natura.
Issa li ilha x-xhur tistenna risposta dwar il-każ tagħha, jista' l-Institute of Health Care iwieġeb lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament dwar il-futur tagħha fil-kors li qed issegwi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li riżultat definittiv, ħlief għad-dritt ta' l-istudenta li titlob "revision of paper" skond ir-regolametni kien ippubblikat, iżda l-istudenta ma aċċettatx dak ir-riżultat. Hi talbet reviżjoni tar-riżultat ta' l-'ispecial project' fit-3 ta' Awissu u d-deċiżjoni finali ġiet mgħoddija lilha fis-17 ta' Ottubru. Informat li ż-żmien li għadda biex tingħata risposta tar-reviżjoni mhux aktar minn mistenni meta wieħed iqis li meta tintalab reviżjoni jrid ikun identifikat u appuntat eżaminatur addizzjonali, il-fatt li f'Awissu ħafna mill-akkademiċi jkunu bil-vaganzi u l-fatt li r-reviżjoni kienet tinvolvi proġett.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tintbagħat għalliema ta' l-arti għall-istudenti kollha tal-Form 3 ta' l-Iskola Ninu Cremona?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li qed isiru arranġamenti interni sabiex il-ftit lezzjonijiet ta' l-Arti fl-iskola Ninu Cremona, Victoria jingħataw minn għalliema oħra ta' l-istess skola.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li ġew aċċettati fl-ewwel sena fil-Kulleġġ Agrikolu Ġuże Micallef din is-sena skolastika?
Kemm ġew aċċettati fl-ewwel sena ta' kull kors offrut?
F'kull kors kemm applikaw u ġew rifjutati? Għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-Kulleġġ ta' l-Agrikoltura Ġuże` Micallef ġew aċċettati 21 student, li minnhom:
Kors Irġiel Nisa Total
Assistent Veterinarju 6 8 14
Ortikultura Kummerċjali 1 6 7
Ebda applikazzjoni ma ġiet rifjutata. Ma applika ħadd għall-kors "Animal Husbandry".
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li ġew aċċettati fl-ewwel sena fil-Liċeo Superjuri Paolino Vassallo din is-sena skolastika?
Kemm ġew aċċettati fl-ewwel sena ta' kull kors offrut?
F'kull kors kemm applikaw u ġew rifjutati? Għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'Paolino Vassallo Upper Lyceum ġew aċċettati 391 student li minnhom:
Kors Irġiel Nisa Total
Matriculation Certificate 86 112 198
Certificate in Banking 11 14 25
Accounting Technicians 12 13 25
BTEC National Certificate in Business 14 29 43
Secretarial Course 3 72 75
Insurance & Commercial Studies 9 16 25
TOTAL 135 256 391
Ebda student ma ġie rrifjutat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li ġew aċċettati fl-ewwel sena fl-iskola sekondarja ogħla Giovanni Curmi tan-Naxxar din is-sena skolastika? Kemm hemm fl-ewwel sena ta' l-O level revision course? Kemm hemm fl-Advanced/Ordinary level course? Kemm hemm għall-kors tal-matrikola? F'kull każ kemm applikaw u ġew rifjutati? Għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'Giovanni Curmi Higher Secondary School Naxxar, ġew aċċettati 1305 studenti li minnhom:
Kors Irġiel Nisa Total
Ordinary Level Revision Course 162 157 319
Advanced/Ordinary Level 243 339 582
Matrikola 181 223 404
Ebda applikazzjoni ma ġiet rifjutata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-trasferimenti li ngħataw mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 min-naħa tas-sezzjoni tal-minor staff hi din:
GRAD NUMRU
General Hand 89
Casual Clerks 20
Watchman 9
Messengers 11
Senior Messengers 3
Full Time Clerks 2
Operative 2
Tradesman 6
Dawn it-trsferimenti ġew mogħtija jew fuq talba ta' l-individwu stess jew skond l-esiġenzi tas-servizz.
Se jsiru aktar trasferimenti skond il-ħtieġa ta' l-individwu u dak tad-Diviżjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Kulleġġ Vokazzjonali mhux se jiftaħ kif ippjanat u dan wara l-ftehim li sar fl-addozzjoni ta' l-acquis min-naħa ta' Malta?
Jista' l-Ministru jgħarrafni jekk dan iffissirx li l-ftehim mal-EU sejjer lura?
Jista' jiċħad jew jikkonferma li ma ġewx il-fondi meħtieġa għal dan il-għan mingħand is-sorsi tal-EU jew oltre minn hekk il-fondi ġew imma marru għal xi ħaġa oħra flok għall-kulleġġ?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi strateġija differenti minn dik pubblika u kif miftehma ma' l-UE għal proġetti ad hoc li ħabbar l-istess gvern li se joħloq biex iġib il-flus mingħand l-EU?
Response (GALEA, LOUIS)
It-twaqqif tal-Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija qed isir fl-interess tal-poplu Malti. Fuq dan m'hemm ebda ftehim mal-EU kif qed jaħseb l-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istudenti bniet tal-iskola Fra Diego Bonanno tal-Marsa ma jitħallewx imorru bit-track suit dakinhar li jkollhom l-edukazzjoni fiżika peress li m'għandhomx post adegwat fejn ibiddlu fil-privatezza?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Awtorita` ta' l-iskola Fra Diego Bonanno iddeċidew li l-istudenti ma jitħallewx jilbsu t-tracksuit fil-ġurnata li jkollhom P.E. għal dawn ir-raġunijiet:-
* It-temp għadu sħun u ma jixtiequx li l-istudenti jqattgħu jum
sħiħ iħossu s-sħana
* Mhux tajjeb għal saħħithom u lanqas hu iġeniku li l-istudenti jibqgħu
jum sħiħ b'ilbies li jkunu għamlu l-isports bih.
Informat ukoll li l-istudenti jbiddlu fit-toilets u fil-klassijiet.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkollhom għalliema regolari l-istudenti tal-5D tal-Primarja tal-Mosta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliema regolari tal-5D ta' l-iskola Primarja E.B. Vella Mosta kienet ma tiflaħx u ma tat ebda indikazzjoni li ser tibqa' nieqsa għal żmien indefinit. Infatti daħlet għax-xogħol il-bieraħ 23 ta' Ottubru, 2000.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi eżaminat il-każ tat-tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament quddiem l-Istatementing Board biex jingħata l-għajnuna meħtieġa biex ikun jista' jattendi kindergarten din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tifel indikat diġa' qiegħed jattendi l-klassi tal-kindergarten fl-iskola tal-lokalita` tiegħu. L-applikazzjoni tiegħu lill-Istatementing Board qed ukoll tiġi pproċessata kif isir normalment f'każijiet simili. Fil-fatt din il-ġimgħa stess sar 'assessment' minn uffiċjal tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.