Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qormi — Triq il-Ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq il-Ġdida fi Triq il-Ħelsien, f'Ħal Qormi li hija ta' periklu kemm għal min joqgħod fiha kif ukoll għal min jgħaddi minnha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-parti ġa miftuħa ta` Triq il-Ġdida fi triq il-Ħelsien hija diġa asfaltata u għalhekk ix-xogħol fiha irid isir mill-Kunsill Lokali. Il-parti tat-triq li għadha mhix miftuħa għax fiha għad m`hemmx żvilupp tinfetaħ aktar il quddiem meta jitlesta l-bini fiha, flimkien mas-servizzi neċessarji.

Sta. Venera — Triq l-Għolja

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titnaddaf il-parti tat-triq ħdejn Entrance of Block F, fi Triq l-Għolja, Sta. Venera li qisha maqjel? Meta din it-triq se tiġi asfaltata kollha għaliex sa llum nofsha hija asfaltata?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-Onor. Interpellant hi mitluba tirreferi l-ewwel parti tal- mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat peress li d-Dipartiment tat-Toroq mhux responsabli mit-tindif ta` l-iskart. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija jien infurmat li din it-triq qiegħda nkluża biex tiġi asfaltata max-xogħol li ser isir fit-toroq ma ġenb Psaila Street bi preparament għax-xogħol ta` l-Upgrading ta` Psaila Street.

Qormi — Tal-Blat II - Qasam tad-djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq it-toroq fil-Housing Estate f'Tal-Blat II, f'Ħal Qormi li huma ta' periklu kemm għar-residenti, għal pedestrians kif ukoll għal vetturi li jgħaddu minnhom, minħabba l-istat diżastruż li jinsabu fih?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant huma asfaltati u għalhekk ix-xogħol fihom irid isir mill-Kunsill Lokali.

Maltacom — Qtugħ ta' linji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-5 ta' Settembru sal-lum inqatgħu linji tat-telephone lil konsumaturi għax ma ħallsux il-kont tat-telephone?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

PTF — Irmiġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ingħataw l-irmiġġi tal-PTF (part-time fisherman) u ta' l-isport fil-Port ta' l-Imsida minn fejn jibda l-mall ħdejn l-iskall (faċċata tal-Lucky Bar) għal mad-dawra ta' quddiem il-Knisja ta' l-Imsida san-naħa l-oħra fejn hemm l-iskall l-ieħor ta' quddiem it-traffic lights? Taħt liema kondizzjonijiet jew b'liema priferenzi jingħataw dawn l-irmiġġi? Jista' s-sid ta' l-irmiġġ jislef l-irmiġġ tiegħu jew jippermetti lil xi ħaddieħor biex jorbot fuq l-irmiġġ tiegħu u jekk iva, għal kemm żmien skond il-liġi jista' jislef l-irmiġġ jew jagħti dan il-permess? Kemm ingħataw permessi għal irmiġġi jew kemm bidlu idejn irmiġġi fl-istess lokalita' (ċioe' Imsida Creek) minn Marzu ta' l-1997 sal-lum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li meta sar l-iżvillupp tal-Yacht Marina fl-Imsida fl-1989, dawk l-opri kollha li kienu jsorġu fin-nofs tad-Daħla jew mall-molijiet eżistenti, ġew mitluba japplikaw sabiex jingħataw irmiġġ fis-sezzjoni tas-sajjieda, jiġifieri, minn ħdejn l-iskall faċċata tal-Lucky Bar sa ħdejn l-iskall fejn hemm it-Traffic Lights, inkluż il-pontoon it-twil, li ħiereġ minn naħa tal-knisja ta` l-Imsida. L-applikanti li kienu full-time fishermen, part-time fishermen u sports ġew maqsuma f`kategoriji skond il-qies tal-qoxra tagħhom u wara allokati post bil-polza fis-sezzjonijiet rispettivi skond in-numru ta` postijiet li ġew ikkreati fuq il-pontoon u l-mollijiet. B`kollox hemm sitt kategoriji differenti ta` qisien ta` dgħajjes. Ħlas nominali ta` Lm5 fis-sena japplika għal kważi l-opri kollha sorġuti ġewwa l-Imsida taħt din l-iskema. Peress li l-irmiġġi kollha huma okkupati ma tantx hemm possibilita` li jingħataw irmiġġi ġodda, ħlief f`xi każ rari meta xi ħadd ibiegħ l-opra u din tmur tirmiġġja f`bajja oħra. L-Awtorita` Marittima ma ssib l-ebda oġġezzjoni li sid ta` irmiġġ iħalli persuna oħra tokkupa l-post tiegħu fuq bażi temporanja waqt li l-opra tas-sid tkun imtella l-art. Dan ma jfissirx li l-Awtorita` Marittima tippermetti lis-sid li jittrasferixxi l-irmiġġ b`mod permanenti. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta` żmien dwar l-okkupazzjoni temporanja ta` irmiġġ. Min Marzu ta` l-1997 sal-lum ġew trasferiti 37 dgħajsa minn sid għall-ieħor li magħhom ġie trasferit ukoll l-irmiġġ ta` l-istess dgħajsa għal fuq is-sid il-ġdid.

Żabbar — Triq ir-Redentur - Twessigħ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2339 lill-Ministru ta' l-Artijiet, fejn ġejt informata li l-art in kwestjoni (biċċa art li tinkludi barumbara) ġiet iddikjarata ta' bżonn għall-użu pubbliku fl-1974, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq it-twessigħ ta' Triq ir-Redentur, f'Ħaż Żabbar li qed tiġi mbarrata permezz ta' l-art u barumbara hawn fuq imsemmija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jikkunsidra jekk hemmx ħtieġa tax-xogħol indikat. Ix-xogħol sintendi jsir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment meta jkun żgurat li s-servizzi meħtieġa jkunu tqiegħdu fil-post.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Mobile phones

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru sal-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li l-Ministru għalih huwa responsabbli, jista' jgħid: (a) kemm hemm mobile phones użati; (b) kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; (c) minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones f'kull każ; (d) kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` mobile phones użati fil-Ministeru, d-diversi Dipartimenti u Awtoritajiet huma 21. Awtorita Marittima: Nru Mixtri mingħand Prezz Użat minn LM 17 Vodafone 185 Berthing Master Vodafone 233 Marine Department Arco 150 Executive Director - Ports Vodafone 165 Financial Controller Vodafone 230 Harbour Master Vodafone 230 Operations Manager Vodafone 230 Executive Director - Yachting Centre Arco 150 Registrar Arco 150 Executive Director - MSD Arco 150 Registrar Arco 150 Technical Manager Arco 150 Safety Co-ordinator Vodafone 233 Security Vodafone 248 Chief Executive Vodafone 230 Passenger Terminal Vodafone 230 Safety Security Manager Arco 190 użu ġenerali 2 Telecell Ltd 225 Chairman 329 General Manager Dipartiment tat-Toroq: 1 Telecell Ltd 230 Direttur Ministeru: 1 Telecomm 267 Ministru Electronics Ltd. Hemm ukoll mobile phones mislufa mill-Maltapost plc u dawn huma użati mill-Imħallef V Borg Costanzi u s-segretarju tal-Bord ta` Injesta - Gozo Channels Ltd. L-unika mobile phone mixtri wara l-5 ta` Settembru huwa dak użat mill-Ministru. Naturalment dan it-telefon qed jieħu post it-telefon li kien hemm għand il-Ministru ta` qabel.

ITS — Traffic lights/street paintings

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-traffic lights u s-street paintings li saru riċentement ħdejn l-ITS sarux bil-permess meħtieġ tat-Traffic Control Board u b'konsultazzjoni u l-approvazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Ministeru tat-Turiżmu ħa l-inizjattiva biex jagħmel diversi xogħolijiet biex isebbaħ il-lokal fejn jinstab l-Ex Martin Luther King College. Fost dawn ix-xogħolijiet saru xi sinjali tat-Traffiku u road markings għas-sigurta ta` l-istudenti u biex tinżamm ċertu ordni madwar l-iskola, iżda ma saru ebda Traffic Lights fl-inħawi. Dawn is-sinjali ma jaffetwaw bl-ebda mod l-aċċess u l-moviment tat-traffiku għan-nies tal-lokalita.

Birkirkara — Fleur de-lys - Pelican light

Question

Jista' l-Ministru jindaga biex jara jekk tistax issir pelican light quddiem il-knisja tal-Karmnu (Parroċċa) fi Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara?

Response (GALEA, ĊENSU)

Irreferejt is-suġġeriment ta` L-Onor. Interpellant għall- konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontrol tat-Traffiku.

Għargħur — Triq Dun Salv Zarb

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Dun Salv Zarb, fil-Għargħur fejn parti minnha hija għalqa f'nofs it-triq, tiġi minnufih esproprjata u b'hekk tinfetaħ it-triq sew u jkunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet neċessarji u t-triq tkun miftuħa bħala waħda regolari peress li din it-triq hija kollha mibnija u fiha numru kbir ta' residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Din it-triq partikulari hi waħda min dawk li ġew diskussi mal-Kunsill Lokali tal-Għargħur. Id-Dipartiment tat-Toroq qed ifassal il-mod kif din it-triq tkun tista tingħata wiċċ.

Pembroke — Proġett ta' Triq il-Ġdida

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 747?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li kellu jsir xogħol preparatorju biex faċilitajiet sportivi effetwati mill-progett tat-triq ikunu resited sabiex tgħaddi it-triq. Fil-prezent qegħdin jinbnew retaining wall taħt it-triq ezistenti u malli dan jitlesta` it-triq tkun tista` tiġi asfaltata. Qiegħed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra il-pjanta mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru 1998, maqsuma skond il-Ministeru, Segretarjat, Dipartiment jew enti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant ntefqet is-somma ta` LM1511, f`hospitality mill-Ministru u d-diversi Dipartimenti u entitajiet kif gej: Dipartiment għall-Avjazzjoni Civili LM 30 Dipartiment tat-Toroq LM 31 Awtorita Marittima LM 393 Awtorita tat-Trasport Pubbliku LM 76 Ministeru u Dipartiment għas-servizzi Korporattivi LM 981* * LM722 kienu spejjeż in konnessjoni ma` Konferenza Internazzjonali dwar it-Trasport l-Ambjent u s-Saħħa li saret f`Ottubru 1998.

Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad minflokhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tkun tista` tingħata f`xi seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport — Reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura (ta' l-art u tal-baħar) għandu rreġistrati f'isem il-ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment? Jista' jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għall-ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` vetturi (ta` l-art u tal-baħar) huwa 53 u 4 rispettivament u huma mqassmin hekk:- Vetturi tal- Art Tal-Baħar Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Civili 4 Nil Dipartiment ta` Licenzji 1 Nil Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr fili 4 Nil Regolatur tat-Telegrafija mingħajr fili 1 Nil Awtorita` ta` Marittima 26 4 Awtorita` tat-Trasport Pubbliku 13 Nil Ministeru li jinkludi d- Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi 4 Nil Jien infurmat ukoll li fil-perjodu msemmi ma' xtrat l-ebda' vettura (ta' l-art jew tal- baħar).

Ministeru għat-Trasport — Karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi mal-ministeru u mad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il-kirjiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l-offerti jew permezz ta' direct orders? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum għal kiri ta' dawn il-karozzi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` karozzi fil-Ministeru u d-diversi Dipartimenti u Awtoritajiet huwa 68 li minnhom hemm 53 li huma propjeta` tal-Gvern u Awtoritajiet, 4 huma impressed cars waqt li 11 il-karozza huma mikrija. Dawn il-vetturi kienu diġa' fid-Dipartiment qabel il-5 ta' Settembru, 1998. Il-karozzi mikrija bil-kuntratt huma 7 li huma hekk: Pyramid Garage 4 Swift Rent A Car 3 Il-karozzi mikrija b`direct order huma 4 li huma hekk: Ace Rent a Car 2 Merlin Car Hire 1 Meli Car Hire 1 L-ispiza totali għal kiri ta` dawn il-karozzi tlahhaq Lm 47 kuljum.

Naxxar — Triq il-Bjad

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta hemm ippjanat li t-triq li għandha s-servizzi kollha mgħoddija u ċioe' Triq il-Bjad, Naxxar issir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li din it-triq hija diġa asfaltata u għalhekk xogħol ta` resurfacing irid isir mill-Kunsill Lokali.

Naxxar — Tal-Birguma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi asfaltata l-bypass fl-area tal-Birguma, Naxxar u t-toroq ta' madwar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment u dan wara li jigi assigurat li s-servizzi kollha jkunu tqiegħdu fil-post.

Birżebbuġa — Xogħol fuq paviment

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn ix-xogħol fuq il-bankini u l-paviment fuq il-proġett ta' Birżebbuġa, partikolarment fin-naħa tal-Qajjenza waqaf għal kollox bil-materjal jixxerred u jitkisser?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fit-toroq li kellu jsir mid-Dipartiment fuq il-proġett, tlesta. Kien baqa` biċċa ta` għaxar metri kwadri li tħalliet mill-kuntrattur u li issa saret. S`intendi baqa` xogħol li jrid jitkompla is-sena d-dieħla wara li jitqiegħdu l-cables u tinbena estensjoni ta` Triq it-Trunċiera.

Marsa — Tneħħija ta' zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jara li mill-aktar fis titneħħa ż-zebra crossing li hemm fejn il-Monument tar-Repubblika fi Triq Diċembru 13, fil-Marsa peress li hi ta' l-akbar periklu kemm għas-sewwieqa kif ukoll għan-nies li jaqsmu minn fuqha? Jista' l-Ministru jara li jiġi ntrodott xi metodu alternattiv għal min irid jaqsam din it-triq traffikuża?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontrol tat-Traffiku ser jirrikmanda li jsiru pelican lights biex din iz-zebra crossing issir aktar safe kemm għas-sewwieqa kif ukoll għan-nies li jridu jaqsmu minn fuqha. Il-Bord ser jitlob ukoll lid-Dipartiment tat-Toroq biex jagħmel studju biex jara jekk hux possibli li jiġi ntrodott metodu alternattiv għal min irid jaqsam din it-triq.