Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #1329 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Renal Unit — dialysis urġenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru dialysis urġenti msejħa on call mir-Renal Unit fis-snin 2011, 2012 u 2013 sal-lum? Dawn kollha saru fir-Renal Unit jew inkella f’xi swali jew units oħra?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #108 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-preżent hawn madwar 100 mediċina out of stock?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li sal-15 ta’April 2013, kien hemm 38 mediċina fuq il-lista ta’ out of stock.
Leg 12 PQ #109 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock — Rivotrol

Question

Jista' l-Ministru jispjega għala l-mediċina Rivotrol, li hija kalmant, illum kienet out of stock mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek f'Ħal Kirkop?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Mediċina Rivotrol kienet out of stock f’waħda miż-żewġ spiżeriji li hemm f’Ħal-Kirkop.
Leg 12 PQ #407 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — turiżmu mediku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi introdotta xi sistema sabiex tkun tista' tattira turiżmu mediku fl-Isptar Mater Dei u dan peress li tali proġett jista' jsarraf fi dħul sostanzjali għall-istat?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bieb tagħna jibqa’ dejjem miftuħ għal kull opportunità li tista’ tħalli frott għall-pajjiż kif ukoll għall-ġid tal-pazjent tagħna.
Leg 12 PQ #408 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Pjan Nazzjonali tal-Kanċer

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont fiex wasal il-proċess tal-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali tal-kanċer?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma nbidel xejn minn kif kien approvat fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali dwar il-kanċer.
Leg 12 PQ #409 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Strateġija Nazzjonali għas-Saħħa Sesswali

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont fiex wasal il-proċess tal-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali għas-saħħa sesswali?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-inizjattivi b’konnessjoni mal-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali għas-saħħa sesswali.
Leg 12 PQ #410 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Strateġija nazzjonali kontra l-obeżità

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont fiex wasal il-proċess tal-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali kontra l-obeżità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-inizjattivi b’konnessjoni mal-implimentazzjoni tal-istrateġija Nazzjonali kontra l-Obeżità.
Leg 12 PQ #736 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: FREDRICK AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kinux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru tlieta u sittin (63)
Leg 12 PQ #853 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għas-Saħħa

Ir-Rabat (Għawdex) — Ċimiterju - xiri ta' oqbra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 562 u ċjoè: Peress li t-talbiet għax-xiri tal-oqbra fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija fir-Rabat Għawdex ilhom snin twal biex isiru, jista' l-Ministru jgħid u jispjega għaliex dan id-dewmien kollu matul is-snin u meta se jsir l-ipproċessar tat-talbiet u eventwalment jiġi ffinalizzat it-trasferiment?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li nagħmlu l-verifikazzjonijiet ta’ fiex kien wasal dan il-proċess mall-amministrazzjoni preċedenti, se nkomplu naħdmu biex dan il-proġett jitlesta u eventwalment jiġi ffinalizzat it-trasferiment bl-aktar mod trasparenti bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-poplu.
Leg 12 PQ #866 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għas-Saħħa

Bank tad-demm — ħinijiet tal-ftuħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-ħinijiet tal-ftuħ tal-bank tad-demm fi Gwardamanġa jkunu estiżi sat-8.00 p.m.?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda ħsieb li jinbidel il-ħin u l-jiem tal-operat fil-Bank tad-Demm.
Leg 12 PQ #103 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratti kollha tas-segretarjat Privat tal-ministeru għas-Saħħa jsiru skont id-dokument dwar l-ingaġġ tal-Istaff fis-Segretarjati tal-Ministru, maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Marzu 2013.
Leg 12 PQ #353 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #401 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti — Kura barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbgħat għall-kura barra minn Malta minn Jannar 2013 sal-lum? F'liema sptarijiet intbagħtu u għal liema raġuni? Kemm kienet l-ispiża involuta f'kull każ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 12 PQ #402 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — segretarjat - ħinijiet ta' xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ħinijiet li l-istaff tas-segretarjat tiegħu qegħdin jaħdmu skont il-pożizzjoni u l-kariga tagħhom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant illi l-istaff kollu tas-Segretarjat tiegħi jaħdmu ħinijiet konformi mal-kuntratti rispettivi.
Leg 12 PQ #403 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — imjegati - part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati fil-Ministeru tiegħu li għandhom approvazzjoni sabiex jagħmlu xogħol part-time? Min jagħti din l-approvazzjoni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li għalkemm xi impjegati diġà talbu l-approvazzjoni lill-Ministeru għal xogħol privat, il-Ministeru qed jikkunsidra l-aħjar mod organizzattiv kif tista’ tinġabar l-informazzjoni mitluba, peress li ma nstabux strutturi preċiżi għal ġbir ta’tali informazzjoni fil-Ministeru. Approvazzjoni hija rregolata skont l- Public Service Managment Code.
Leg 12 PQ #404 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — impjegati - lectures waqt il-ħin tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-Ministeru tiegħu li għandhom approvazzjoni sabiex jagħtu lectures waqt il-ħin tax-xogħol? Min huma u x'kariga jokkupaw dawn il-ħaddiema? Jista' jivverifika jekk l-istess uffiċjali humiex jitħallsu għal dawn il-lectures? B'liema rata u mingħand min?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li għalkemm xi impjegati diġà talbu l-approvazzjoni lil-Ministru għal xogħol privat, il-Ministru qed jikkunsidra l-aħjar mod organizzattiv kif tista’ tinġabar l-informazzjoni mitluba, peress li ma nstabux stutturi preċiżi għal ġbir ta’ tali informazzjoni fil-Ministeru.
Leg 12 PQ #405 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-viżjoni tiegħu dwar l-użu tal-Isptar San Luqa fil-futur?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #406 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Kura ta' rijabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tiegħu rigward il-kura ta' rijabilitazzjoni? X'miżuri jew proġetti se jiġu mnieda sabiex dan is-servizz jitjieb u jsir aktar professjonali u b'hekk ikun jista' jagħti firxa aktar wiesa ta' servizzi bħal per eżempju kura ta' rijabilitazzjoni għat-tfal, dik respiratorja, kardijaka u wara li jkun sar xi intervent kirurġiku maġġuri?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #490 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għas-Saħħa

Resourse Energy Drink — out of stock

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ir-resource energy drink li tittieħed minn pazjenti bħala parti mill-kura tagħhom hix out of stock?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Mediċina msemmija tinsab in stock
Leg 12 PQ #603 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.