Legislature:
Category:
Reset
Active:

children's allowance — żieda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-familji li ħadu ż-żieda fiċ-children's allowance minn €350 għal €450 għal kull wild? Kemm kien n-numru ta' tfal li bbenefikaw minn din iż-żieda?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Pensjoni — żieda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm se jkunu l-anzjani li għandhom minn 78 sena 'l fuq li se jingħataw l-allowance ta' €300 fis-sena li tħallset għall-ewwel darba fis-sena 2012? Tista’ l-Ministru tgħid jekk fis-sena 2014 din hix se tingħata lill-anzjani kollha minn 75 sena 'l fuq kif kien imħabbar fid-diskors tal-baġit li nqara f'Novembru 2012?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ anzjani li sa issa tħallsu l-għotja msemmija għaliex laħqu l-età ta’ 78 sena hu ta’ 16,418. Nikkonferma ukoll illi minn Jannar 2014 din l-għotja ser tibda titħallas ukoll lil dawk l-anzjani li jkunu laħqu l-età ta’ 75 sena.

Single parents – benefiċċji — relief

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn single parents fuq ir-relief illum, x'etajiet għandhom u minn liema lokalitajiet ġejjin?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paul – trasferiment ta’ ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru transfers jew redeployment fir-Residenza San Vinċenz de Paule minn Marzu, 2013 ’l hawn. Min huma dawn il-persuni? X’inhi r-raġuni f’kull każ li wasslet biex dawn in-nies ġew transferred u/jew redeployed?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul – Servizz ta’ Day Care Centre

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li twaqqaf jew ingħalaq xi servizz ta’ day care centre fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jekk dan huwa minnu x’inhi r-raġuni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Day Centre fir-Residenza San Vincenz de Paule qed jopera b’mod normali.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista ta' bordijiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Tista’ tgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paul — Entertainment Section – sigħat ta’ overtime

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ħadem sigħat ta’ overtime kull membru tal-istaff li issa hu allokat fis-sezzjoni li qabel kienet l-Entertainment Section fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn mindu ġie trasferit f’din is-sezzjoni? Fejn ħadem overtime kull membru tal-istaff u meta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika s-sahra li nħadmet mit-13-il impjegat li jaħmdu fl-Active Ageing Unit tal-Isptar San Vinċenz de Paul. Din is-sahra nħadmet f’San Vinċenz de Paul għall-okkażjoni tal-Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’ li hija wkoll il-festa “titulari” tar-residenza għall-anzjani. Matul din il-ġimgħa madwar 914-il anzjan u anzjana tniżżlu mis-swali tagħhom biex setgħu jgawdu din il-festa. Din is-sahra kienet neċessarja wkoll biex il-post fejn isiru l-attivitajiet għall-anzjani jinġabar mit-telqa u t-traskuraġni li kien jinsab fiha.

Aġenzija Appoġġ — għajnuna mogħtija lill-priġunieri

Question

Tista' l-Ministru tindika f'dawn l-aħħar ħames snin, kemm kienu l-każijiet li ġew riferuti mill-Assessment Team tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin lill-Aġenzija Appoġġ? Sar pjan ta' azzjoni ma' kull każ fejn f'dan il-pjan ta' riabilitazzjoni jkun hemm involut il-priġunier? Kemm kien hemm familji ta' priġunieri f'dan il-perjodu li sabu għajnuna minn servizzi oħra tal-Aġenzija Appoġġ u mhux dak li x-xogħol prinċipali tagħha hu mal-priġunieri?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Sa Ottubru 2008 l-Aġenzija APPOGG kienet toffri servizz ta’ social work fi ħdan l-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin, fejn kien isir xogħol kemm mal-inmates kif ukoll mal-familjari tagħhom. Skond statistika li għandha l-Aġenzija matul dik is-sena ġew referuti 4 każijiet u saru interventi ma 276 każ. Wara dan il-perjodu l-Aġenzija ma ġietx mitluba li toffri aktar dan is-servizz. L-Aġenzija APPOGG toffri għajnuna lill diversi familji b’diffikultajiet socjali iżda ma żżommx data dwar jekk dawn il-familji humiex familjari ta’ priġunieri.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — kuntratti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? Jekk iva, tista' tgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Tista' tgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Tista' tgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Direttur tal-Anzjani – Ma sar l-ebda kuntratt. FSWS - Ma sar l-ebda kuntratt . Awtorita’ tad-Djar – Ma sar l-ebda kuntratt. KNPD - Ma sar l-ebda kuntratt. Kummisjoni tat-Tfal - Ma sar l-ebda kuntratt. Direttur tas-Servizzi Korporattivi - Ma sar l-ebda kuntratt

pensjoni kontributorja

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li jieħdu pensjoni kontributorja fl-aħħar ta' Frar 2013?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in-numru ta’ persuni li tħallsu pensjoni kontributorja sa l-aħħar ta’ Frar 2013 kien ta’ 78,171 skont kif jidher iżjed l-isfel: Pensjoni għal Irtirar 57,613 Pensjoni għar-Romol 15,710 Pensjoni għal Invalidita’ 4,848

pensjoni tal-invalidità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li jieħdu pensjoni tal-invalidità fl-aħħar ta' Frar 2013?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni li tħallsu Pensjoni Għal Invalidità sa l-aħħar ta’ Frar 2013 kien ta’ 4,848.

pensjoni mhux kontributorja

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li jieħdu pensjoni mhux kontributorja fl-aħħar ta' Frar 2013?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in-numru ta’ persuni li tħallsu pensjoni mhux kontributorja sa l-aħħar ta’ Frar 2013 kien ta’ 4654.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenza

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mill-1999 sal-lum? Tista' tgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Direttur tal-Anzjani – Ma saret l-ebda konsulenza. FSWS - Ma saret l-ebda konsulenza. Awtorità tad-Djar – Ma saret l-ebda konsulenza. KNPD - Ma saret l-ebda konsulenza. Kummisjoni tat-Tfal - Ma saret l-ebda konsulenza. Direttur tas-Servizzi Korporattivi - Ma saret l-ebda konsulenza.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Spejjeż għar-rinnovazzjoni tal-Ministeru

Question

Tista’ l-Ministru tagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Tista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tagħha, kif ukoll tal-istaff tagħha u konsulenti rispettivi? Tista’ fis-somma tinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Tista’ għal kull item/servizz tgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Home Help – means test

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 1807 u 411 u ċjoè: Peress li reċentement tħabbar li persuni li jixtiequ s-servizz tal-home help se jiġu means tested, tista' l-Ministru tinforma jekk dawn il-persuni li diġà qed jingħataw dan is-servizz hux se jiġu affettwati minn dan it-tibdil?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellent li bħalissa d-dipartiment qed jevalwa s-sostenibbiltà tas-servizz tal-Home Help biex jassigura li dan is-servizz jilħaq l-għan prinċipali tiegħu li jgħin l-anzjani biex jibqgħu jgħixu fil-komunità.

Residenza San Vinċenz de Paul – Ħaddiema mar-rappreżentant tal-Ministeru

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1808 u tgħid kemm hu l-istaff complement li qed jassisti lir-rappreżentant tagħha, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul? X’inhu l-grad ta’ dawn il-ħaddiema u x’salarju qed jirċievi kull wieħed minnhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Onorevoli Anthony Aguis Decelis huwa konsulent għar-Residenza San Vinċenz de Paul u m’ għandu edba staff compliment assenjat miegħu.

Programmi kontra l-vizzju tad-droga — Għajnuna mill-Gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’għajnuna tingħata mill-Gvern lill-għaqdiet volontarji li jieħdu ħsieb dawk li jridu jagħmlu programm biex ifiequ mid-droga? Liema huma dawn l-għaqdiet u x’għajnuna tingħata lil kull waħda?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Proġetti inawgurati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tagħha li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Tista’ tgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas tgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Tista’ tgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Post tal-Gvern – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 2601 u 2286 u tara li titranġa l-ħsara li hemm fil-fond tal-Gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament minħabba leakage ta’ ilma li qed jagħmel ħsara lill-ġebla?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-fond ġie spezzjonat fit-22 ta’ Marzu, 2012 minn uffiċjal tekniku tal-Awtorità tad-Djar iżda ma nstabietx ħsara fis-sistema tad-dranaġġ. Saret spezzjoni oħra fl-20 ta’ Ġunju, 2013 fejn reġa’ ma rriżultax l-ebda leakage. Minkejja dan, l-Awtorità tad-Djar ser tbiddel il-katusa minħabba illi din hija tal-asbestos. Ser issir ukoll spezzjoni oħra fuq il-fond minn Perit tal-Awtorità nhar it-Tnejn 24 ta’ Ġunju, 2013 rigward rapport ta’ ħsara f’gallarija li għamel l-istess inkwilin.

Awtorità tad-Djar — proprjetajiet mikrija bl-Iskema Kiri

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2817 u tgħid liema huma l-proprjetajiet li nkrew mingħand il-privat mill-Awtorità tad-Djar skont l-Iskema Kiri, inkluż l-indirizz ta' kull proprjetà in-numru ta' visits f'kull proprjetà kif ukoll il-kera li se titħallas mill-Awtorità għal kull proprjetà? Kemm minn dawn il-propretajiet l-Awtorità tad-Djar diġà kriet lil terzi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi nkrew 297 proprjetà kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għall-kull waħda mis-652 applikazzjoni saret spezzjoni minn membru tal-Bord tal-Għażla. Fuq kull proprjetà li nkriet saret ukoll spezzjoni minn uffiċjali tal-Awtorità sabiex jiġi mħejji l-inventarju flimkien mas-sid. Mis-297 proprjetà mikrija, sallum ġew allokati 248 minnhom.