B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15089, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura llum biex jaqsmu trakkijiet bl-iskart perikoluż tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex u bi skart ieħor perikoluż tal-industrija, fuq il-vapuri tal-Gozo Channel? Peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija oriġinali naqas milli jwieġeb jekk lilu nġibditlux l-attenzjoni fuq dan l-iskart perikoluż, jista’ jgħid jekk inġibditlux l-attenzjoni u fil-kaz, x’passi ħa meta inġibditlu l-attenzjoni? Jista’ jassigura li mhu qed jinkisru l-ebda regolamenti tal-pajjiż jew tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jikkonferma li kien hemm min ipprova jżomm milli dan l-iskart perikoluż jaqsam fuq vapuri bil-passiġġieri fuqhom iżda kien l-istess Chairman tal-Gozo Channel li awtorizza li dan l-iskart perikoluż jista’ jitħalla għaddej anke mal-passiġġieri u vetturi normali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Gozo Channel għada tuża l-istess proċeduri illi kienu jintużaw taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Għawdex — Xagħra– xogħlijiet fi Vjal it-Tmienja ta’ Settembru u Pjazza Vittorja
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15007, jista' l-Ministru jikkonferma li l-main tad-drenaġġ li għaddej minn Pjazza tal-Vittorja fix-Xagħra u fi Vjal it-Tmienja ta' Settembru fix-Xagħra kien fih ħsarat konsiderevoli u dan inbidel jew se jinbidel qabel jingħata wiċċ ġdid lill-Pjazza Vittorja u Vjal it-Tmienja ta' Settembru?
Response (REFALO, ANTON)
Ma ghandi xejn xi nzid mar-risposta ghal Mistoqsija Parlamentari numru 15007.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji kif intefaq il-vot ta' nofs miljun euro li kien hemm fil-budget għas-sena 2014 biex jiġi promoss Għawdex? Jista' jagħti dettalji ta' kull nefqa li saret minn dan il-vot, kemm kien l-ammont u x'sar? Jista' jgħid jekk għal kull nefqa li saret ngħatax direct order, ntalbu kwotazzjonijiet jew inkella nħareġ tender?
Response (REFALO, ANTON)
L-informazzjoni ghadha qed tingabar u risposta tinghata f'seduta ohra.
Ministeru għal Għawdex – xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol mill-Ministeru għal Għawdex
mid-dekasteru tiegħu, lill-kumpanija msemmija.
Ir-Rabat Għawdex — Triq Patri G. Camenzuli - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq Triq Patri G. Camenzuli, fir-Rabat Għawdex u dan peress li din it-triq għadha qatt ma saret u għalhekk jispetta lill-Ministeru għal Għawdex li jagħmel din it-triq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li Triq Patri Ġ.Camenzuli fir-Rabat Għawdex hija asfaltata.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2003 sas-sena 2012, kemm nefaq il-Ministeru għal Għawdex biex itejjeb id-dive sites f'Għawdex, jirreklama d-diving f'Għawdex u joħloq artificial sites madwar Għwawdex u Kemmuna?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14260 u jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar jiem, fuq il-vapuri tal-Gozo Channel, qasmux trakkijiet bl-iskart perikoluż tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex mal-istess trips fejn kien hemm vetturi u passiġġieri normali? Jekk iva, jista' jikkonferma li dwar dan inġibditlu l-attenzjoni immedjatament u x'għamel malli ġibdulu l-attenzjoni? Jista' jikkonferma li kien ċ-Chairmant tal-Gozo Channel stess li awtorizza li dan l-iskart perikoluż jitħalla jaqsam ma' trip tal-vapur fejn kien hemm passiġġieri u vetturi normali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istess proċedura adottata taħt l-amministrazzjoni preċidenti għadha viġenti.
Ir-Rabat, Għawdex — Triq l-Imgħallem u Triq il-Kappuċini - xogħlijiet ta' tarmak
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fix-xogħol li sar fi Triq l-Imgħallem u Triq il-Kappuċini fir-Rabat Għawdex qabel ingħata t-tarmak inbidlux is-servizzi tal-ilma, drenaġġ u servizzi oħra biex ma jkollux għalfejn jerġa' jitqatta l-wiċċ f'każ ta' ħsarat fl-istess servizzi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi s-servizzi li kellhom bżonn jiġu mibdula ġew mibdula kif mitlub mill-Korporazzjoni għas Servizzi tal-Ilma
Ministeru għal Għawdex — persuni ingaġġati f'position of trust
Question
B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14941, jista' l-Ministru jgħid xi proċedura ntużat sabiex ġew ingaġġati l-persuni fil-positions of trust? Jista' jgħid f'kull każ min għamel ir-rakkmandazzjoni sabiex tintgħażel il-persuna li ġiet ingaġġata u x'raġuni ngħatat biex tiġġustifika dan l-ingaġġ? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull korrispondenza marbuta ma' dawn il-ħatriet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ingaġġ tal persuni fil-positions of trust sar skont ic-cirkulari Nru 21/2011 maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tibda s-sistema tal-priority boarding fuq il-vapuri tal-Gozo Channel peress li fl-aħħar xhur din il-proposta tiegħu ma reġgħetx issemmiet u dan minkejja li kien qal diversi drabi pubblikament li din kienet ser tiġi introdotta? Kif ser titħaddem din is-sistema u x’benefiċċji ser ikollha? Sar studju dwar din is-sistema ta’ priority boarding? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Għawdex — Xagħra– xogħlijiet fi Vjal it-Tmienja ta’ Settembru u Pjazza Vittorja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-main tal-ilma u katusi tad-drenaġġ li għaddejjin minn Vjal it-Tmienja ta’ Settembru u Pjazza Vittorja fix-Xagħra, Għawdex humiex ser jinbidlu issa li ser isir xogħol ta’ re-surfacing f’din it-triq u pjazza? Jaf il-Ministru li saru spezzjonijiet li juru li dawn jinsabu fi stat ħażin ħafna u hemm bżonn jinbidlu? Għaliex jidher li ser jitkompla x-xogħol biex jingħata wiċċ meta mhux ser jiġu solvuti l-problemi li hemm taħt wiċċ it-triq? Ma jaħsibx li dan jista’ jwassal biex wara ftit żmien f’każ ta’ ħsarat ikollu jerġa’ jitqatta’ l-wiċċ ġdid li ser isir?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi l-mains ta' l-ilma nbidlu kollha, kif ukoll ser isiru t-tibdiliet neċessarji kull fejn hemm ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-pont bejn Malta u Għawdex issa li għaddew aktar minn sena u nofs minn meta ġie ffirmat il-ftehim mal-kumpanija blacklisted tal-Gvern Ċiniż dwar dan il-pont?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għal mistoqsija numru 12759.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid, wieħed wieħed: min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena l-ispiża fuq safar tagħhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14119 jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma d-dive sites f’Għawdex? Jista’ jgħid x’investiment sar f’kull dive site minn dawk imsemmija f’Għawdex mill-Ministeru tiegħu mill-ewwel ta’ Jannar 2014 sal-lum? X’qed isir f’kull site biex l-aċċess għad-divers ikun aktar faċli?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Inċidenti f’Għawdex — talba għal kumpens għal ħsarat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba għal kumpens saret għal ħsarat li ġarrbu persuni bil-vetturi tagħhom f’toroq arterjali f’Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu konsegwenza ta’ inċidenti fit-toroq li ġraw minħabba toroq mhux mi¿muma tajjeb, mill-1 ta’ Settembru 2014 sal-lum? Jista’ jgħid x’tip ta’ ħsarat kienu u kemm kienu l-ammonti mitluba minn dawn il-persuni għall-ħsarat li ġarrbu fil-vetturi tagħhom? Din il-mistoqsija qed issir lill-Ministru għal Għawdex peress li l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura meta mistoqsi dan fil-mistoqsija 14558, ma weġibx u talab li din issir lil Ministru għal Għawdex bħala l-Ministru kkonċernat.
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Ministeru ghal Ghawdex ma rceviex talbiet formali kif imsemmi fil-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13550 u jgħid kemm hu l-vot tal-Ministeru tiegħu għat-toroq għas-sena 2015? Jista’ jgħid kif inhu ppjanat li jiġi mqassam dan il-vot? Liema toroq huma ppjanati li jsiru b’dan il-vot u liema xogħol hu ppjanat li jsir fuq kull waħda minn dawn it-toroq? Kemm hu stmat li se jiswa dan ix-xogħol?
Ministeru għal Għawdex – xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx fortt direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija mill-Ministeru għal Għawdex u l-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Jista’ l-Mnistru jgħid għaliex it-triq prinċipali li twassal mir-Rabat Għawdex sa Kerċem, liema triq taqa’ fir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex, ġiet patched bis-cement flok bit-tarmak jew hot asphalt? Min ħa din id-deċiżjoni? Jaf il-Ministru li s-cement jista’ jkun perikoluż fi triq prinċipali u jista’ jikkawża inċidenti serji?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li d-deċiżjoni biex jintuża l-concrete għat-tiswija fit-triq imsemmija ittieħdet mid-Direttorat għal Proġetti u Żvulipp minħabba l-preżenza kontinwa ta’ ilma fil-wiċċ tat-triq. Jiena nfurmat ukoll li din hija miżura temporanja sakemm isir kisi bit-tarmak.