Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — twettiq ta’ xogħol infrastrutturali fil-front ta’ Buġibba/Qawra
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex bżonn twettaq xogħol infrastrutturali kemm għal dak li jikkonċerna xogħol għall-ilma, kif ukoll għal dak li jikkonċerna xogħol għas-sistema tad-drenaġġ, fit-triq (il-front ta’ Buġibba/Qawra) li minn ħdejn il-Knisja ta' San Pawl Nawfraġu twassal sa ħdejn id-daħla ta' Buġibba, ħdejn Triq il-Pijunieri?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li hemm bżonn xogħlijiet ta’ infrastruttura fiż-żona msemmija. Aktar dettalji jkunu jistgħu jingħataw meta l-Korporazzjoni jkollha s-site plan taż-żona ikkonċernata.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-bozoz li s’issa għadhom jiġu amministratti mill-Enemalta għal dak li jikkonċerna dwal fit-toroq tal-bliet u l-irħula tagħna? Kif jista’ persuna jiddentifika bla problemi tali bozoz u jkun jista' jirrappurtahom direttament f’każijiet ta’ ħsarat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt informat li l-maġġoranza l-kbira tad-dwal fit-toroq u f’postijiet pubbliċi huma responsabilità tal-kunsilli lokali, li ngħataw l-inkarigu biex jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-lampi u l-iżvilupp ta’ lampi ġodda diversi snin ilu permezz tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 363.91 tal-2002. Għad baqa’ izda għadd ta’ lampi f’idejn Enemalta plc u f’idejn xi awtoritajiet nazzjonali jew entitajiet governattivi.
Persuni li jkollhom bżonn għajnuna dwar bozoz f’postijiet pubbliċi jistghu jaghmlu uzu minn sistema li ilha titħaddem diversi snin, u li permezz tagħha, kull rapport ta’ ħsara jew talba għall-għajnuna dwar dawn il-bozoz jeħtieġ isir għand il-kunsill lokali responsabbli mill-inħawi kkonċernati. B’mod regolari matul is-sena, il-kunsilli lokali jingħataw pjanti aġġornati li juri eżattament il-lampi kollha awtorizzati f’postijiet pubbliċi kif ukoll dettalji dwar min hi l-entità responsabbli għalihom. Meta t-tiswijiet jew l-azzjoni meħtieġa taqa’ taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali, dawn jordnaw ix-xogħol meħtieġ mill-kuntratturi tagħhom. Meta x-xogħol meħtieġ ma jkunx responsabilità tal-kunsilli lokali, dawn għandhom sistema kompjuterizzata li llum tifforma parti mis-servizz nazzjonali Servizz.Gov u li biha jagħmlu talba għall-għajnuna lil Enemalta plc jew l-entità kkonċernata. Din is-sistema ilha tintuża għal diversi snin mill-kunsilli lokali kollha f’Malta u Għawdex.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28868 u jgħid kemm kien hemm talbiet għall-kumpens minn konsumaturi li sofrew danni kawża ta’ power surge għas-snin 2014, 2015 u 2016 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont kollu li tħallas lill-konsumaturi f’danni kull sena f’dawn is-snin imsemmija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28867, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li tintuża mill-Enemalta p.l.c. sabiex l-ARMS tħallas id-danni lill-konsumaturi li jkunu sofrew ħsarat kawża ta' power surge? Jista' jgħid f'kemm żmien isir il-ħlas minn meta ssir it-talba mill-konsumatur?
San Pawl il-Baħar – ħsarat fit-toroq minħabba l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma
Question
B'referenza għar-risposta parlamentari preċedenti dwar ħsarat li qed jirriżultaw fit-toroq b'riżultat ta' xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'San Pawl il-Baħar, jista’ l-Prim Ministru jinvestiga l-ħsarat li hemm fi Triq il-Mosta, fi Triq Sir Luigi Preziosi, fi Triq Ċensu Tanti u fi Triq il-Qawra, fejn il-ħsarat huma evidenti ħafna?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa sabiex jiġi identifikat jekk il-ħsarat imsemmija jaqgħux taħt ir-responsabbilta’ taghha.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29016 u 28712 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija, minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, korporazzjoni u/jew awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015 u l-2016 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-sejħa skont il-collective agreement tal-Awtorità tal-Ippjanar, li biha l-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatat promotion għal Skala 8?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li gejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma ngħatat l-ebda promotion għal skala 8.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-overtime f'termini ta' sigħat u ħlas separatment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala impjegata tal-Awtorità tal-Ippjanar minn Lulju 2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija maqsuma għal kull xahar ? Jista’ jgħid min approva dan l-overtime?
Billi skont ir-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti jirriżulta li Projects Malta m'għandhiex pjani quddiemha biex tiżviluppa xi parkeġġi pubbliċi, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'żamm lill-istess Projects Malta milli fil-fatt tfassal tali ħsieb għall-parkeġġi sal-lum? Meta hu maħsub li Projects Malta tibda proċess ta' talba għal tali żvilupp ukoll jekk bħala Public–Private Partnership (PPP)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Kif tħabbar fl-aħħar ġimgħat, ħarġet sejħa għal proposta ta’ parkeġġ fil-Mosta. Fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jintlaqgħu s-sottomisjonijiet. Għaddejjin studji wkoll dwar Marsascala. Iktar studji tekniċi ġew mitluba speċjalment wara li wieħed jikkonsidra li l-lokalità konċernata hi mdawwra bil-baħar li jagħmilha iżjed diffiċli għall-mudell ta’ parkeġġ taħt l-art.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma — trinek u ħofor
Question
Billi f'risposta riċenti, il-Prim Ministru talabni nindika l-postijiet fit-toroq fejn hemm trinek u ħofor li tħallew mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-interventi li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fit-toroq tal-lokalità matul l-aħħar 12-il xahar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ħa l-Gvern minn mindu daħal fis-seħħ l-Att nru. VII tal-2015 tal-10 ta’ Marzu 2015, jiġifieri aktar minn sena u tmien xhur ilu – rigward ħatriet ta’ persuni b’diżabilità fid-diversi entitajiet indikati f’dik l-istess liġi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
San Pawl il-Baħar – fawran tad-drenaġġ ħdejn l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x’wassal biex is-Sibt, 26 ta’ Novembru kien hemm fawran ta’ drenaġġ ħdejn l-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar? X’passi qed jittieħdu biex dan il-fawran ma jibqax jirrepeti ruħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi l-fawran imsemmi seħħ peress li qed isir manutenzjoni estensiva fil-pumping station tad-drenaġġ fil-Pwales.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – San Pawl il-Baħar — drenaġġ
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar xi preparazzjoni qed tagħmel il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tassigura li s-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar tkun tiflaħ għaż-żieda kbira fin-numru ta’ residenzi u negozji? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji li saru s’issa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-qisien tal-mains tad-drenaġġ ta’ San Pawl il-Baħar huma kbar bi¿¿ejjed biex ilaħħqu mal-i¿vilupp li hemm.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 28818, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-hostel Russu hux se jkun fi Triq il-Mielaħ High Ridge l-Madliena li hija f’żona residenzjali? Jista’ jgħid jekk il-villa in kwistjoni hux se jkolla 30 student residenti? Jista’ jgħid jekk il-permessi nħarġux diġà? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm konsultazzjoni mar-residenti u l-Kunsill Lokali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li ma hemm l-ebda applikazzjoni, u lanqas permessi maħruġa, għal xi tip ta’ hostel fi Triq il-Mielaħ, High Ridge, Swieqi (Madliena.)
Paceville — masterplan - attrazzjonijiet u kumplessi sportivi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28584 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Masterplan ta' Paceville jinkludiex kumplessi jew attrazzjonijiet sportivi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-Masterplan ta’ Paceville jipproteġi ż-żona eżistenti f’Pembroke għal attivitajiet sportivi u rikrejattivi. Qed jipproproni wkoll numru ta’ open spaces ġodda fejn jistgħu jigu akkomodati faċilitajiet sportivi.
Hemm ukoll il-proposta għal coastal walkway li tfisser kważi tlett kilometri ta’ spazju fejn jistgħu jsiru attivitajiet sportivi bhħal jogging jew cycling.
Il-Pjan jipprovdi wkoll opportunita biex fil-proġetti maġġuri jiġu nklużi faċilitajiet sportivi biex tiġi msaħħa l-viżjoni għal Paceville bħala żona li kullhadd, inkluż familji, jista’ jżur aktar milli żona ta’ nightlife biss.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex il-pjanti li għaddew mingħand l-Awtorità tal-Ippjanar, għal għand Identity Malta, liema pjanti jridu jinxtraw mill-persuni li jkunu se jirreġistraw il-proprjetà li jkunu ser jixtru, fil-fatt mhumiex aġġornati bl-aħħar bini li nbena, u f'xi każijiet anke bini li ilu mibni iktar minn għaxar snin lanqas mhu qed jirriżulta fil-pjanti li għaddew mill-Awtorità tal-Ippjanar għal għand Identity Malta? X'passi se jittieħdu biex din il-pożizzjoni tiġi rrimedjata?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Awtorità għamlet kuntratt ma' Identity Malta għax-xiri tal-Basemap aġġornata f’Novembru 2014. Kull sena, kif hemm stipulat fil-kuntratt, l-Awtorità tal-Ippjanar tibgħat id-data lil Identity Malta biex tiġi aġġornata il-Basemap.
Dwar l-aġġornament tal-Basemap nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-każ dwar qbiela fuq biċċa art li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex miexi, mwaqqaf jew għall-konsiderazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li t-trasferiment mitlub imur kontra d-dispożizzjonijiet ta’ Kapitlu 199 tal-Liġijiet ta’ Malta ċjoè Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ raba’ u tal-Kapitlu 268 tal-Liġijiet ta’ Malta ċjoè Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern, it-talba ma tistax tiġi milqugħa u għaldaqstant tinsab mwaqqfa. L-Inkwilin li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament kien ġie nfurmat b’dan permezz ta’ korrispondenza datata 9 t’ Ottubru, 2015.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28712 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija, minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, korporazzjoni u/jew awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015 u l-2016 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?