B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1404, jista' l-Ministru jgħid jekk traffic signs u street paintings li saru riċentement ħdejn l-ITS sarux bil-permess meħtieġ mit-Traffic Control Board u b'konsultazzjoni u approvazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke?
Response (GALEA, ĊENSU)
M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall- mistoqsija parlamentari Nru 2373.
Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad jekk ntilfux pjanti relatati max-xogħol li għandu jsiru fi Triq Salvu Psaila, Birkirkara?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma jiriżultax li ntilfu xi pjanti li għandhom x`jaqsmu mal-proġett ta` Psaila Street u għalhekk nitlob l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku
Jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol meħtieġ biex tiġi rranġata sew it-triq li minn Burmarrad tieħu għal Wardija?
Hemm xi ħjiel meta jista' jsir dan ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-toroq biex jispezzjona din it-triq u jara x`jista jsir.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq Qormi, fil-Marsa ssir bit-tarmak il-parti li ma kenitx saret?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ħarġet sejħa għall-offerti għall-resurfacing ta` din il-parti tat-triq li se tagħlaq fit-22 ta` Diċembru 1998. Fuq l-offerti li jintefgħu jista` jintgħażel il-kuntrattur sabiex ix-xogħol ikun jista` jsir.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-ibliet u rħula li ressqu talbiet quddiem l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku sabiex jiġi estiż it-trasport pubbliku f'dawk il-lokalitajiet?
Xi pjani għandu l-Gvern sabiex jirrimedja għal dawn it-talbiet pendenti u meta huwa maħsub li jiġu fis-seħħ dawn ir-rotot il-ġodda?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-talbiet pendenti mingħand Kunsilli Lokali biex ikun estiż is-servizz tal-karozzi tal-linja fil-lokalita` tagħhom huma għal estenzjonijiet għall-Qasam tad-Djar f`Ħal Għaxaq, estenzjoni tas- servizz f`Sta Luċija u għall-inħawi f`Tal-Mirakli, Ħal-Lia.
Dawn it-talbiet qed ikunu diskussi ma` min jipprovdi s-servizz.
Peress li qed tkompli tinxtered l-politika inklussiva fl-edukazzjoni u tfal b'diżabilita' qed jattendu fi skejjel hekk imsejħa normali, hemm il-ħsieb li jingħata aktar permess biex jidħlu aktar f'pajjiżna mezzi tat-trasport bil-lifter li jkunu jistgħu jġorru studenti b'diżabilita'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-settur tal-vetturi b`lifter biex fihom jivvjaġġaw persuni bi ħtiġijiet speċjali, hu liberaliżżat u permessi jingħataw skond il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku.
Dan is-settur ilu liberaliżżat aktar minn sena u nofs u hu ta` dispjaċir li wieħed jinnota li għalkemm kien hemm numru ta` operaturi li talbu kopja tal-kundizzjonijiet mingħand l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku bil-ħsieb li jiksbu minn dawn il-vetturi, kien hemm biss operatur wieħed li ġab xi vetturi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet għall-proġett tal-Bus terminus fil-Belt, Valletta matul l-1999? Kemm ġew ivvotati flus fl-estimi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li għas-sena d-dieħla qed tkun ivvotata nefqa kapitali ta` Lm100,000 biex f`każ li tittieħed xi deciżjoni finali għal din l-area, li trid tkun inkluża mat-tfassil tad-daħla għall-bieb il-Belt, ikun hemm il-flus disponibbli biex jinbeda x-xogħol.
Ċimiterju Santa Marija Addolorata — Toroq ta' madwar
Question
Jista' l-Ministru jara li tingħata attenzjoni lit-toroq ta' madwar iċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-toroq arterjali madwar iċ-ċimiterju jinstabu fi stat tajjeb ħlief parti minn Triq il-Kunsill ta` l-Ewropa li fiha ser isir patching. It-toroq l-oħra fil-lokal jista` jkun għandhom bżonn xi manutenzjoni u għalhekk id-Dipartiment tat-toroq irrefera is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant lil Kunsill biex tkun tista` titieħed azzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-risposta li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 944 tfissirx li l-Ministeru tiegħu mhux se jonora dak li ġie miftiehem bejn il-Kunsill Lokali Senglea u l-gvern preċedenti, fejn anke l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet approvat dan l-istess xogħol? Jekk fl-affermattiv, x'wassal sabiex dan seħħ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qatt ma kien involut fuq dan il-proġett u għalhekk mhuwiex infurmat dwar xi forma ta` ftehiem kif imsemmi mill-Onor. Interpellant.
L-Onor. Interpellant hu mitlub jagħti aktar informazzjoni dwar dan il-proġett.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2448, jista' l-Ministru jgħid jekk it-traffic signs u l-istreet paintings sarux bil-permess tat-Traffic Control Board u bl-approvazzjoni u b'konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Pembroke?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jista` l-Onor. Interpellant jindikali d-domanda li qed jagħmel riferenza għaliha billi d-domanda 2448 ma tikkonċernax Traffic Signs u Street Paintings.
Billi jirriżulta li għal darb'oħra l-Bypass ta' l-Imtarfa ma ġietx inkluża fl-estimi tal-Budget sabiex tingħata t-tarmak, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta huwa pprogrammat f'din il-leġislatura li din it-triq tiġi rranġata u mogħtija t-tarmak?
Jaf il-Ministru li din it-triq qed issirilha ħafna ħsara fil-formazzjoni tagħha u l-għoti ta' tarmak qed kull ma jmur ikun wieħed urġenti minn xahar għal ieħor?
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jsiru lqugħ fuq il-parti ta' barra t-triq bil-gabjuni bħalma ntużaw fil-proġett ta' Wied il-Qlejgħa bil-ħsieb li l-wiċċ ikun jista' jservi ta' trejqa għar-residenti li jippassiġġjaw f'din it-triq unika għal veduta tagħha fir-Rabat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Billi din it-triq hi mibnija ħażin, id-Dipartiment tat-Toroq ser ifassal pjan ta` kif jista jirranġa din it-triq matul iż-żmien li ġej.
Billi jirriżulta li numru kbir ta' toroq fit-12-il distrett elettorali qatt ma raw wiċċ tarmac, jista' l-Ministru japprova programm ta' xogħlijiet sabiex ir-residenti ta' dawn it-toroq f'Buġibba, San Pawl il-Baħar, l-Imġarr, iż-Żebbiegħ, il-Manikata, il-Baħrija, ir-Rabat u l-Mellieħa jħossuhom ċittadini rikonoxxuti daqs l-oħrajn? Fil-fatt, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk it-toroq li se jingħataw it-tarmac fit-12-il xahar li ġejjin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħalissa qed isir il-pjan li biħ diversi toroq fil-pajjiż, inkluż fit-tnax id-distrett elettorali jkunu miksija bit-tarmac kif meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel il-Gvern dwar il-problema kbira ta' l-ilma tax-xita li jżomm fi Triq il-Palazz l-Aħmar, f'Sta. Venera?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li qed jittieħdu passi biex isir kumnikazzjoni mill-maqgħad indikat mill-Onor. Interpellant biex l-ilma jkun jista` joħroġ lejn il-Bypass ta` l-Imrieħel.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1868 u ċioe' jista' jieħu l-passi meħtieġa bi jitneħħa l-periklu li hemm fil-bypass tal-Mellieħa fil-hair-pin bend li hemm viċin ir-roundabout? Jaf il-Ministru li dawn l-inċidenti f'din il-parti ta' triq qegħdin iseħħu spiss minħabba d-disinn jew tfassil ta' din il-kurva? Jaf il-Ministru li l-inċidenti li jseħħu minn dawk il-karozzi li jkunu neżlin huma ta' periklu ferm akbar għal dawk il-karozzi li jkun telgħin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ħadt passi biex flimkien mad-Dipartiment tat-Toroq isir ix-xogħol meħtieġ.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1869 u ċioe' jista' jieħu l-passi meħtieġa biex tiġi rranġata dik il-kurva perikoluża mmens li hemm fi Triq Baħar iċ-Cagħaq viċin it-Torri ta' l-Għallis? Jaf il-Ministru li minkejja li l-crash barriers jiġu rranġati u minkejja li twaħħlu sinjali li jiddentifikaw din il-kurva bħala black spot, xorta waħda għadhom iseħħu l-inċidenti peress li d-difett qiegħed fid-disinn jew tfassil ta' din il-kurva?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li diġa beda xogħol ta` tiswija fit-triq ta` Baħar iċ-Ċagħaq minn naħa tas-Salini lejn St Andrews u l-asfalt fil-kurva ndikata mill-Onor. Interpellant ser jitranġa waqt dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jara li Sqaq San Gejtanu (maġemb il-Knisja ta' San Gejtanu) li jagħti għat-Torri l-Aħmar limiti ta' Lambordi ġewwa Marsascala jingħata wiċċ tal-konkos jew bitmac peress li qed ikun ta' inkonvenjent għal numru kbir ta' bdiewa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li din it-triq hija kkunsidrata bħala Farm Road, l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li fir-rigward tal-ħaddiema tal-port, magħrufin bħala "tal-guy", hux se jkun permess illi l-ulied subien jieħdu l-post tax-xogħol li wirtu mingħand il-parentela tagħhom, minkejja li meta seħħ il-wirt kienu għadhom taħt l-eta' iżda llum il-ġurnata laħqu l-eta' maġġorenni? Jista' l-Ministru jispjega l-policy tal-gvern għal dawn il-ħaddiema tax-xatt? Is-sistema tal-wirt tal-post tax-xogħol se tibqa'? Jekk fl-affermattiv, kif?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li skond ir-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħaddiema tal-Port, waħda mill-kundizzjonijiet mitluba sabiex iben ta`ħaddiem tal-port ikun eliġibli biex jimla il-vakanza ta` meta jirtira l-missier hi li fid-data ta` l-irtirar tal-missier irid ikollu `l fuq minn 18 il- sena.
Minkejja dan, ir-Regolamenti jipprovdu wkoll li iben ta` ħaddiem tal-port li jkun taħt it-18 il-sena iżda akbar minn 16 il-sena fiż-żmien li fiħ il-missier imut jew jirtira jista` jirreġistra bħala Ħaddiem prospettiv fi żmien xahar mill-mewt jew irtirar mix-xogħol tal-missier. L-iben minuri jikkwalifika għar-reġistrazzjoni ta` ħaddiem tal-Port meta jagħlaq 18-il sena u jkun jissodisfa l-kundizjonijiet għall-mili ta` vakanza ta` ħaddiem tal-port.
Ir-Regolamenti ta` l-1993 jistabbilixxu li d-dritt tal-wirt ma jibqax jiġi applikat għal dawk il-ħaddiema li ġew reġistrati bħala ħaddiema tal-port wara t-23 ta` Ottubru 1992.