Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Nixtieq navża lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 82, jista' l-Ministru jispjega għalfejn din il-mediċina Halothane bin-numru ta' referenza tad-dipartiment H007, għadha qed tidher fuq il-lista ta' prodotti mixtrija mis-Central Procurment and Supplies Unit (CPSU) kif ukoll fuq il-lista interna ta' prodotti out of stock? Jista' jispjega ukoll għalfejn riċentement kienu qed isiru tentattivi biex tinxtara din il-mediċina, ladarba kif qal hu ilha ma tintuża għal dawn l-aħħar 15-il sena?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-oppju Halothane jibqa’jitniżżel fuq il-lista mill-entita’konċernata minħabba l-fatt li għadu ma ġiex ufficjalment maqtuħ mill-fronolarju tal-gvern
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm azzjonijiet industrijali fil-preżent fil-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Liema union tal-ħaddiema ħarġet dawn l-azzjonijiet? Meta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru wiret tlieta u erbgħajn direttiva mill-amministrazzjoni preċedenti. Il- Unions involuti huma l-UHM, MAM, MUMN u l-GWU.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal kull tip ta' fuel mixtri mill-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-lum, u jgħid x`inhu l-użu tal-istess fuel?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa hawn annessa hi dik skont il-kriterji li kien ju¿a l-Ministeru preċedenti. Qiegħed isir e¿erċizzju biex nara l-cost/benefit ta’ din il-proċedura.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-safar kollu li sar minn uffiċjali fil-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-1 ta' Jannar sal-lum, x'kienet l-ispiża tà kull safra u r-raġuni?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Jannar sal-lum l-ispiża tas-safar tammonta għal € 65,646.01. Nixtieq ninfurmak ukoll li jien għadni ma mort l-ebda safra. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont ta’ dawn il-mawriet.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li qed jitħejja pjan għar-ristrutturar fil-funzjonijiet ta' diversi dipartimenti u sezzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X`inhi r-raġuni għal dan iċ-ċaqliq? Meta se jsir? X`konsultazzjoni se tittella' mar-rapreżentati tal-ħaddiema?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Ministeru huwa determinat li jieħu kull deċi¿joni tajba sabiex jassigura li s-servizz tal-kura tas-saħħa, dik pubblika, ikun wieħed sostenibbli u li jibqa’ jingħata b’xejn lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 69 u jagħti informazzjoni dwar x'miżuri beħsiebu jieħu sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-Uffiċċju tal-Kartuna s-Safra (Schedule V) ġewwa l-Isptar San Luqa? Kif se tiġi indirizzata l-problema ta' stennija twila li l-pubbliku jkollu jgħaddi minnha sabiex jinqeda?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li riċentament ‘ l hemm minn dak li kien ipprattikat sat-8 ta’ Marzu ġie introdott servizz ġdid fejn konsulent jew delegat awtorizzat minnu jista’ japplika direttament permezz ta’applikazzjoni PDF mis-sit elettroniku tal-Ministeru għas-Saħħa.
Dan is-servizz ġie introdott temporanjament biex jagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet li l-Ministeru wiret sakemm tkun disponibbli sistema tal-IT li bħalissa għaddejja mill-proċess biex tinxtara.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-istruttura tat-tmexxija tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex? F'dan l-Isptar hemm nies li mhumiex accountable lejn il-Ministru tas-Saħħa iżda jwieġbu lejn xi Ministru ieħor? Jekk iva, min huma dawn in-nies x'pożizzjoni jokkupaw u lejn min iwieġbu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx id-deċiżjoni li l-Klinika tal-Gvern li hemm fi Triq Enrico Mizzi, ir-Rabat, Għawdex hix se tingħalaq u tibda tifforma parti mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Jekk iva, min ħa din id-deċiżjoni? Il-Ministeru għal Għawdex ġie kkonsultat dwar dan? Ġie kkonsultat il-Ministeru għal Għawdex qabel din tingħalaq? X'se jsir mill-premises meta dawn jitbattlu? Jikkunsidra li din il-klinika qiegħda qrib il-bus terminus ċentrali t'Għawdex u fl-aktar post ċentrali u allura aċċessibbli għal kulħadd inkluż anzjani u meta tingħalaq dan kollu se jintilef?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra
Abbużi fiżiċi u sesswali — Minorenni li ddaħħlu l-Emerġenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt it-18-il sena li ddaħħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza jew f'xi ċentru tas-saħħa jsofru minn ġrieħi kkawżati minn abbuż fiżiku jew sesswali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nħossni xxukkjat li ngħaddi din ir-risposta fejn ġejt mgħarraf li sal-lum ma tinżammx statistika ta’ numru ta’ tfal taħt it-18-il sena li jsofru minn ġrieħi kkawżati minn abbużż fiżiku jew sesswali.
Filwaqt li nirringrazzja lil Onorevoli Bonnici għal din il-mistoqsija, inwiegħed li ser nieħu l-passi kollha meħtieġa biex dan ma jibqax iseħħ.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fis-servizz tas-saħħa f’pajjiżna jeżistix il-grad jew pożizzjoni ta’ toxicologist jew rwol simili u jekk din il-pożizzjoni hijiex okkupata minn persuna kwalifikata? Jekk iva, dan kemm ilu stabbilit u kemm għamel testijiet minn kemm ilu stabbilit, xahar b’xahar? Jekk le, x’inhi r-raġuni għaliex dan ma jeżistix fid-dawl tal-importanza u s-sensittività ta’ din il-materja f’pajjiżna?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Nixtieq navża lill-Onorevoli Interpellant li dan il-post ilu vakant u jien ħadt l-inkarigu li tinħareġ is-sejħa pubblika skont ir-regoli taċ-ċivil.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — tender għall-ikel tal-pazjenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatax it-tender sabiex l-Isptar Ġenerali t'Għawdex jiġi fornut bl-ikel tal-pazjenti? Jista' jgħid kemm se tiswa kull ikla meta mqabbla mal-istess tip fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid x'se jsir mill-kċina tal-Isptar t'Għawdex? Jista' jgħid jekk l-ikel li se jingħata lill-pazjenti f'Għawdex hux se jiġi msajjar Għawdex? Jekk iva, fejn? Jista' jgħid jekk hux se jintuża prodott u servizz tal-Għawdxin? Jista' jgħid jekk hix se tintuża l-istess kċina tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex mill-kuntrattur? Jekk iva, x'inhuma l-kundizzjonijiet tal-allokazzjoni tal-kċina lill-istess kuntrattur u xi gwadann finanzjarju hemm jekk hemm? Jista' jgħid x'se jsir mill-ħaddiema tal-kċina fl-Isptar t'Għawdex?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati dirett mas-servizz pubbliku (Dipartiment tas-Saħħa) fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Dawn l-impjegati kollha jidhru fuq il-payroll tal-Isptar t'Għawdex jew hemm minnhom fuq payroll tal-Isptar Mater Dei jew tal-Ministeru għal Għawdex? Jista' jgħid kemm titla' n-nefqa ta' kull sena f'pagi fl-Isptar t'Għawdex? Kemm jitla' l-ħlas f'overtime lill-impjegati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 607 u jagħti l-informazzjoni ta' kemm saru operazzjonijiet ta' ċirkonċiżjoni pediatric f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-diffikultajiet li sab fiċ-Ċentru tas-Saħħa l-ġdid tal-Mosta, minkejja li kien diġà nfetaħ uffiċjalment u ġie finalizzat bil-ħidma ta' dan il-Gvern?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Minkejja li kien sar il-ftuħ uffiċjali tal-proġett mill-gvern preċedenti,il-post ma’kienx fi stat li jaqdi l-bżonnijiet tal-pazjenti. Kien għad fadal li jsiru bosta xogħolijiet ta’ finishings bħall-vinyl tal-art, twaħħil ta’tabelli kif ukoll trasferiment ta’ files u servizzi li kienu għadhom ma sarux.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa li saret mill-ex Ministru għas-Saħħa? Fiex kienet tikkonsisti din in-nefqa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li sal-lum in-nefqa totali ħalla warajh l-ex Ministru tas-Saħħa u s-Segretarju Parlamentari li kien jaqa’ taħtu, tammonta għal : € 26,263.40.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji ta’ fhiex jikkonsisti dan l-infiq.