Legislature:
Category:
Reset
Active:

Residenza San Vinċenż de Paul – inkarigu ta’ membru parlamentari

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 543 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-brief li ngħata d-Deputat Laburista, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fl-inkarigu fir-Residenza San Vinċenz de Paul u x'riżultati huma mistennija minnu? Tista’ tgħid ukoll xi ħlas u benefiċċji għandu għal din il-ħidma? Qed jingħata karozza għall-użu uffiċjali u/jew personali? Jekk iva, tista’ tgħid x’tip ta’ karozza hi, minn fejn qed tinkera u b’liema rata u jekk ħarġitx sejħa għall-kiri ta’ din il-karozza?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul – sejħa għall-impjieg

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġietx impjegata fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Jekk iva meta, f’liema kariga, b’liema kundizzjonijiet, u jekk hux permezz ta’ sejħa pubblika? Xi kwalifiki għandha biex tokkupa din il-kariga?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-Residenza San Vinċenż de Paul ma ġie impjegat ħadd bid-dettalji pprovduti.

Aċċess għat-tfal

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet f’dawn l-aħħar ħames snin fejn missirijiet ġie sospiż lilhom l-aċċess għat-tfal? Kemm kien iż-żmien tal-aċċess f’kull każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paul – għażla ta’ Kap Eżekuttiv

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2889 u mingħajr ma nnaqas xejn mill-merti tal-persuna magħżula, tista’ l-Ministru tgħid għaliex l-għażla ta’ Kap Eżekuttiv fir-Residenza San Vinċenz de Paul ma saritx permezz ta’ sejħa pubblika kif sar taħt l-amministrazzjoni preċedenti fil-każ tal-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Monte Karmeli u l-Isptar Karin Grech?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-hatra ta’ CEO fir-Residenza ta’ San Vincenz de Paule hija abbazi ta’ fiducja u tinkwadra fir-ristrutturar immedjat tat-tmexxija ta’ din ir-residenza. Ghal-kumplament tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba moghtija ghal-mistoqsija parlamentari 2889.

Residenza San Vinċenz de Paul — ħatriet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1813 u tgħid x'ħatriet saru marbuta mar-Residenza San Vinċenz de Paul mill-11 ta' Mejju ’l hawn? F’liema kariga ġew maħtura dawn il-persuni? Liema minn dawn il-ħatriet huma pożizzjonijiet ġodda? Kemm qed jitħallsu kull waħda minn dawn il-persuni maħtura?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ngħatajt fil-mistoqsija parlamenatari 2891.

Residenza San Vinċenz de Paul — Hospital Management Board - ħlas

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn min hu magħmul il-Hospital Management Board il-ġdid tar-Residenza San Vinċenz de Paul? Xi ħlas se jirċievi kull membru tal-bord u apparti ħlas, jekk hu l-każ, għandhom xi benefiċċji oħrajn?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Management Board li nħatar mid-9 ta’ Marzu 'l quddiem huwa dan: Chairperson Judge Philip Sciberras Deputy Chairperson Dr Maria Concetta (Marcon) Ali CEO Dr Josianne Cutajar Member Dr Gunther P Abela Member Dr Marvin Formosa Member Arch. Chris Grech Member Mr Gaetano Mercieca Il-ħlas tas-servizz tagħhom għadu ma ġiex iffinalizzat.

Residenza San Vinċenz de Paul – tkissir ta’ taraġ antik

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux vera se jitkisser taraġ antik fir-Residenza San Vinċenz de Paul li jinsab ħdejn il-kamra tal-punching? Jekk iva, hemm permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex jitkisser dan it-taraġ antik?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-amministrazzjoni tal-Isptar San Vinċenz de Paul ma tat l-ebda struzzjonijiet biex jitwaqqa’ jew jitkisser xi taraġ f’din ir-residenza. Għaldaqstant mhux veru li se jitkisser xi taraġ f’din ir-residenza. Nista’ nassigura lill-interpellant li l-amministrazzjoni preżenti għandha għall-qalba l-valur arkittetoniku ta’ din ir-residenza u għalhekk se tassigura li jinkisbu l-permessi kollha neċessarji mill-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar għal dawk ix-xogħlijiet li jkunu jeħtieġu tali permessi minn din l-awtorità.

Residenza San Vinċenz de Paul – security guards

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2887 tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-grad tas-security guard jew security guards li ġie jew ġew trasferit/i għal mas-security officers fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn wara l-aħħar elezzjoni? X’kien, jew x’kienu jagħmel jew jagħmlu qabel kull persuna li issa ġie trasferita bħala security guard?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Djar tal-anzjani – lista ta’ stennija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta' nies li applikaw u qed jistennew sabiex jidħlu f'dar tal-anzjani? Minn din il-waiting list kemm huma dawk l-applikanti li huma residenti fin-Nofsinhar ta' Malta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Qasam tad-Djar — xogħlijiet neċessarji fuq ċint ta' proprjetà tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1222 u tara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji fuq ċint ta' proprjetà tal-Gvern (ġardina ta' qasam tad-djar), li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Home help – social assistants

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ social assistants bħalissa li jipprovdu s-servizz ta’ home help lill-anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

In-numru ta’ social assistants li bħalissa qed jipprovdu s-servizz ta’ home help lill-anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali huwa 217.

Home help – applikazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm applikazzjonijiet għas-servizzi ta’ home help ġew ipproċessati mis-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet intlaqgħu s’issa u kemm minnhom kienu għal persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

kumitat għad-dħul tal-anzjani f’istituzzjonijiet tal-Gvern għall-anzjani

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn min hu kompost bħalissa l-kumitat għad-dħul tal-anzjani f’istituzzjonijiet governattivi għall-anzjani?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-kumitat għad-dħul ta’ l-anzjani f’istituzzjoni governativi għall-anzjani kif kien magħruf ma giex iffurmat u dan għaliex inbeda proċess ġdid fejn l-applikanti jiġu riferuti għall-assessment minn tim multidixxiplinarju li jevalwa kemm il-bżonn u tip ta’ kura fit-tul, kif ukoll l-urġenza tal-każ.

Units residenzjali għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm units residenzjali allokati għal finijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li se issa l-Awtorità tad-Djar għandha numru ta’ units allokati għal finijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali. Din l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar — benefiċċji għal min għandu problemi ta' droga

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar tagħtix xi benefiċċji partikolari lil dawk il-persuni li kienu jbatu minn problema tad-droga? Jekk iva, tista’ tipprovdi l-istatistika ta’ kemm-il persuna bbenefikat f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju tal-kera doppju lil dawk li jkunu ghadhom kif temmew b’suċċess programm ta’ rijabilitazzjoni sa massimu ta’ €1,600. Dawn l-applikanti jridu jkunu tajt it-28 sena u tapplika biss għall-persuni waħedhom. S’issa ma’ kellna l-ebda applikazzjoni ta’ dan it-tip.

djar tal-anzjani — lista ta' stennija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm anzjani, minn kull lokalità f’Malta u f'Għawdex, li qegħdin fuq il-waiting list biex jidħlu fir-residenza San Vinċenz de Paul jew f’xi dar tal-anzjani residenzjali oħra tal-Gvern?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lil Onorevoli Nterpellant illi jirriżulta li l-lista tal-applikanti biex jidħlu ghall-kura fit-tul, kemm tar-Residenza San Vinċenz de Paul kif ukoll tad-Djar Residenzjali mhijiex eżatta u preciża. Għalhekk beda proċess li permezz tiegħu tisaħħaħ id-“database” fejn tinżamm il-lista ta’ stennija.

Politika Nazzjonali dwar it-tfal

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-politika nazzjonali dwar it-tfal, li d-draft tagħha ġie varat f'Novembru 2011 u sussegwentament sar proċess twil ta' konsultazzjoni, inkluż ma' ammont kbir ta' tfal, hix se tiġi addotata minn dan il-Gvern?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Il-Gvern hu kommens li jizviluppa politika nazzjonali dwar it-tfal. Sfortunatament ix-xogħol li kien sar mill-amministrazzjoni precedenti tħalla mhux konkluż. Il-Gvern sa jara li dan ikun konkluz fid-dawl tal-polotika gdida tal-Gvern skont il-mandat elettorali.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — impjegati detailed

Question

Tista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtha, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Benefiċċju tal-Mard

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hix prattika normali li persuna li tieħu l-benefiċċju tal-mard, u tispiċċa sentenzjata l-ħabs, tibqa' tieħu dan il-benefiċċju waqt li qiegħda tiskonta s-sentenza?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuna li tkun qegħda tiskonta sentenza ma għandha dritt tirċeivi l-ebda pensjoni, benefiċċju, allowance, għajnuna jew bonus.