Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet impjegata minn Heritage Malta minn Marzu 2013 s’issa? Jista’ jgħid f’liema grad ġew impjegati u liema minnhom daħlu mingħajr call for applications?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li b’kollox ġew impjegati minn barra l- Aġenzija 16-il persuna minn Heritage Malta minn Marzu 2013 s’issa, li tnejn minnhom daħlu bħala position of trust u waħd’oħra fuq definite contract.
grade
employment date
remarks
Assistant Administrator
19-01-15
position of trust
Secretary to Chair
19-06-13
position of trust
Coordinator
14-05-14
call for application
Coordinator
11-02-15
call for application
Curator
22-04-13
call for application
Project Manager (EEA project)
22-09-14
call for application on a definite contract
Mastru
26-01-15
call for application
Senior Clerk
07-10-13
call for application
Senior Clerk
11-10-13
call for application
Senior Clerk
07-10-13
call for application
Senior Clerk
16-05-14
call for application
Senior Clerk
12-02-14
call for application
Senior Clerk
01-04-14
call for application
Skilled Tradesman
26-01-15
call for application
Skilled Tradesman
26-01-15
call for application
Skilled Tradesman
09-02-15
call for application
Heritage Malta – impjegati li kellhom żieda fis-salarju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm impjegati ta’ Heritage Malta bejn il-gradi A u F li minn Marzu 2013 s’issa ġew maqbuża xi skaletti (notches) fis-salarju tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm persuni tqabżu l-grad, f’liema grad qegħdin, kemm-il skaletta inqabżu u x’kienet ir-raġuni ta’ din il-qabża?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kien hemm ħaddiem wiehed li tqabbeż skaletta waħda fil-perjodu indikat; dan il-ħaddiem jinsab fi Grad B u dan ġara peress li lil dan il-ħaddiem kienu żdiedulu xi responsabiltajiet ma’ dawk normali tiegħu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13884, jista’ l-Ministru jgħid f’liema skala tal-ftehim kollettiv jaqa’ dan l-individwu li saret referenza għalih u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt u l-job description relatat ma’ din il-pożizzjoni? Jista’ jgħid għaliex din il-persuna partikolari ġiet magħżula u jekk hemmx il-ħsieb sabiex Heritage Malta timpjega iktar individwi f’dawk li qed jissejħu positions of trust?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-grad tal-ftehim kollettiv li jaqa’ dan l-individwu li saret referenza għalih huwa ta’ Grad C l-ewwel skala. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-job description relatat ma’ din il-pożizzjoni, il-kuntratt huwa wieħed ta’ natura kunfidenzjali.
Din il-persuna ntgħazlet għar-ragunijiet li ingħataw fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13884. Preżentement ma hemmx ħsieb li jiġu mpjegati aktar individwi f’
position of trust
.
Jista' l-Ministru jgħid fejn huma l-postijiet li bħalissa qed tinżamm il-kollezzjoni nazzjonali? Jista' jgħid jekk hemmx sistema/i ta' environmental monitoring, sistema ta' fire detection u suppressionf'dawn il-postijiet, kif ukoll kemm-il riċerkatur (barra minn Heritage Malta) ingħataw l-opportunità li jaċċessaw il-kollezzjoni fis-sena 2014? Jista' jgħid kemm-il talba ġiet irrifjutata u x'kienu r-raġunijiet ta' dawn ir-rifjuti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-kollezzjoni nazzjonali tinsab merfugħa f’għadd ta’ mużewijiet skont in-natura tal-kollezzjoni partikolari. Tul dawn l-aħħar għaxar snin f’ħafna minn dawn il-postijiet sar eżercizzju ta’ environmental monitoring permezz tal-ftehim li Heritage Malta għandha mal-University College of London. Bħala fire suppression tintuża s-sistema ta’ fire extinguishers. Minbarra l-kollezzjonijiet ta’ riserva li jinstabu fil-mużewijiet rispettivi, Heritage Malta iżżomm ukoll parti mill-kollezzjoni afdata lilha, b’mod partikolari dawk l-elementi goffi u ta’ natura industrijali, f’imħazen fl-oqsma industrijali tal-Imrieħel u ta’ Ħal Qormi, fil-Boiler Wharf fl-Isla, u fix-Ship Building fil-Marsa. Għalkemm ma tinzammx statistika tan-numru ta’ ricerkaturi li jiġu mogħtija l-opportunità li jistudjaw dawn il-kollezzjonijiet, ninsab infurmat li t-talbiet mir-riċerkaturi bona fide jigu milqugħa kollha.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-prezz tal-biljetti tal-Ipoġew mhux se jogħlew wara April 2015? Jista' jgħid kemm se jkun il-prezz relatat ma' Sant Iermu u Sant Anġlu? Jista' jgħid jekk hux se jogħla l-prezz tal-biljett għall-Katakombi ta' San Pawl fir-Rabat hekk kif jitlesta l-proġett? Jekk fl-affermattiv, kemm se jkunu l-prezzijiet il-ġodda għall-kategoriji diversi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-prezz tal-biljetti tal-Ipoġew mhux ser jogħla f’April 2015. Il-prezz tal-biljetti ta’ Sant Iermu se jkun ta’ €10 għall-Adulti, €7.50 għall-Anzjani u Studenti, u €5.50 għat-tfal.
Il-prezz tal-biljetti ta’ Sant’Anġlu se jkun ta’ €8 għall-Adulti, €5.50 għall-Anzjani u Studenti, u €4 għat-tfal.
Il-prezz tal-biljetti tal-Katakombi ta’ San Pawl għall-2015 ser jibqa’ l-istess kif inhu kkwotat fl-avviż legali 160 tal-2009.
Peress li kull meta jkun hemm domanda dwar xogħol f'xi lokalità liema xogħol suppost isir mill-kunsill, ir-risposta dejjem tkun li l-kunsill huma awtoritajiet separat mill-Gvern, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'rimedju għandu bniedem li jħoss li l-Kunsill mhux qed jagħtih dak li hu dritt tiegħu? Għand min jista' jirrikorri?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull membru tal-pubbliku jista’ jattendi u jieħu sehem fil-Laqgħa Annwali tal-Lokalità biex iwassal il-ħsibijiet tiegħu.
Il-flus allokati għandhom jintefqu skont kif stipulat fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli Lokali huwa awtonomu u l-infiq finanzjarju jsir skont kif deċiz mill-istess Kunsill Lokali. Is-Segretarju Ezekuttiv huwa l-Kap finanzjarju u huwa responsabbli għal tali infiq.
Il-finanzi tal-Kunsill Lokali huma awditjati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) u min iħossu aggravat jista’ jirrikorri għand l-awtoritajiet konċernati, fosthom il-Bord ta’ Governanza.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk resident f'xi lokalità għandux rimedju biex jikkontesta l-mod li bih ikunu qed jintefqu l-flus allokati lil xi kunsill lokali partikolari? Jekk għandu rimedju, jista' jagħti tagħrif dwar x'inhu dan ir-rimedju?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull membru tal-pubbliku jista’ jattendi u jieħu sehem fil-Laqgħa Annwali tal-Lokalità biex iwassal il-ħsibijiet tiegħu.
Il-flus allokati għandhom jintefqu skont kif stipulat fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli Lokali huwa awtonomu u l-infiq finanzjarju jsir skont kif deċiz mill-istess Kunsill Lokali. Is-Segretarju Ezekuttiv huwa l-Kap finanzjarju u huwa responsabbli għal tali infiq.
Il-finanzi tal-Kunsill Lokali huma awditjati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) u min iħossu aggravat jista’ jirrikorri għand l-awtoritajiet konċernati, fosthom il-Bord ta’ Governanza.
Heritage Malta – prodotti mibjugħa fir-retail shops
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il prodott li Heritage Malta tbigħ mir-retail shops tagħha, ingħataw bħala complimentary minn Marzu 2013 s’issa? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża abbinata ma’ dan (cost price u retail price) il-merchandise li nħareġ b’xejn? Jista’ jelenka min kienu l-benefiċċjarji ta’ dawk l-oġġetti b’xejn u r-raġunijiet għalfejn ingħataw? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja relatata ma’ dawn l-għotjiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi ta’ natura kummerċjali.
Heritage Malta – staff complement fit-Tempji tal-Ġgantija
Question
Jista’ l-Ministru jassigura li dan is-sajf, l-istaff complement ta’ Heritage Malta li jaħdmu ġewwa t-Tempji tal-Ġgantija jkun suffiċjenti sabiex jiġi assigurat il-ħarsien xieraq ta’ dan is-sit wirt dinji?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Heritage Malta tassigura dejjem li jkun hemm staff suffiċjenti fis-siti kollha tagħha.
Heritage Malta – konsulenza għal evalwazzjoni ta’ oġġetti ta’ valur storiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rati li Heritage Malta titlob għall-konsulenza u evalwazzjoni fuq oġġetti ta’ valur storiku li għandu l-pubbliku ġenerali kif ukoll operaturi f’dan in-negozju?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta ma toffri l-ebda servizz ta’ din ix-xorta.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13888, jista’ l-Ministru jindika meta Heritage Malta se tħoss li jkun l-aħjar żmien sabiex isiru dawn it-testijiet biex jassiguraw li kemm il-viżitaturi u kemm l-impjegati tal-istess Aġenzija ma jkunu fl-ebda perikolu ġewwa l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li testijiet għal xi gassijiet nocivi (eż. Co2) fl-Ipoġew isiru permezz ta’ monitoring kontinwu (real time) u r-riżultati dejjem kienu u għadhom ikunu negattivi.
It-testijiet ulterjuri msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13888 saru, u r-riżultat kien sodisfaċenti. Ninsab infurmat li ġie stabbilit li ma hemm l-ebda periklu la għall-viżitaturi u lanqas għall-ħaddiema.
Intant, peress li l-Ipoġew minnu nnifsu hu post magħluq, umdu u bi ftit ċirkolazzjoni, tajt direzzjoni sabiex it-testijiet isiru b'mod iktar spiss.
Heritage Malta – strutturi għall-konservazzjoni tat-tempji
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13889, jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta hijiex sodisfatta bis-sitwazzjoni relatata mal-istrutturi tat-Tempji, b’mod partikolari għat-Tempji ta’ Ħal Tarxien kif ukoll tal-Ġgantija? Jekk fl-affermattiv, jista’ jelenka l-miżuri u l-azzjonijiet li ttieħdu f’dawn l-aħħar 18-il xahar sabiex il-problemi relatati mal-konservazzjoni jiġu indirizzati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li minħabba n-natura tal-istruttura tat-tempji megalitiċi, ix-xogħol fuq il-konservazzjoni tagħhom huwa ta’ natura kontinwa u jinvolvi l-involviment tal-Kumitat Xjentifku għall-Ħarsien tat-Tempji u istituzzjonijiet oħra.
F’dawn l-aħħar 18-il xahar tkomplew il-preparamenti għall-kostruzzjoni ta’ tinda protettiva biex tipproteġi t-Tempji ta’ Ħal Tarxien mill-elementi. Din it-tinda hija ko-finanzjata mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali u x-xogħol tal-kostruzzjoni tal-pedamenti tagħha beda dan ix-xahar.
Ninsab infurmat li saret ukoll applikazzjoni għall-fondi mill-UNESCO sabiex isiru studji u xogħlijiet fuq il-faċċata tat-tempju tan-nofsinhar tal-Ġgantija, li ilha mirfuda minn
scaffolding
għall-diversi snin. Din l-applikazzjoni ġiet milqugħa u għadhom kemm bdew l-istudji necessarji sabiex din il-faċċata tiġi rrestawrata.
Sezzjoni tal-UNESCO Wirt Dinji – sejħa għal kuraturi ġodda
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13599 u fid-dawl tal-proġett tal-Ipoġew, il-proġett fit-Tempji ta’ Tarxien, il-finalizzar tal-management plan tal-Ipoġew, l-update tar-rapport relatat mal-management plan tat-tempji, ir-restawr estensiv u l-upgrade fis-servizzi offruti lill-viżitaturi fil-Palazz tal-Inkwiżitur, ix-xogħol fuq il-kollezzjoni tal-istess palazz u ħafna iktar xogħlijiet, jista’ l-Ministru jgħid kif l-Aġenzija ħa tinduna meta jkun l-aħjar ħin sabiex għalanqas jiġu mimlija dawn il-postijiet vakanti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-proċess sabiex jimtlew dawn il-postijiet vakanti ser jibda meta jagħlaq il-proċess ta’ reklutaġġ meħtieġ għall-Forti Sant Iermu u Forti Sant Anġlu.
Fondi għall-Proġetti Kapitali għall-Kunsilli Lokali — proġetti magħżula
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema tal-proġetti ġew magħżula biex jibbenefikaw mill-Fondi għall-Proġetti Kapitali għall-Kunsilli Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proġetti magħżula mill-Bord ta’ Għażla. Intant, ngħarraf lill-Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi wkoll aċċessibbli online fuq mjcl.gov.mt.
Fondi għall-Proġetti Kapitali għall-Kunsilli Lokali — proġetti - kriterji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-kriterji li ntużaw li abbażi tagħhom ġew magħżula l-proġetti li se jibbenifaw mill-Fondi għall-Proġetti Kapitali għall-Kunsilli Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li kien hemm sitt kriterji li ġew ikkunsidrati meta ġew evalwati l-proġetti, skont iċ-Ċirkolari maħruġa mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Is-sitt kriterji huma:
(a) Il-valur miżjud tal-proġett għall-lokalità;
(b) L-involviment tas-settur privat fit-twettiq tal-proġett kapitali;
(c) Il-kontribut finanzjarju li ser iħalli lill-Fond;
(d) Kif il-proġett ser jindirizza l-miżuri tal-Gvern;
(e) Is-sostenibilità ta’ dan il-proġett; u
(f) Il-qagħda finanzjarja tal-Kunsill Lokali
Bulebel – dawl fi triq li tagħti għal Triq il-Barrani
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13841, jista’ l-Ministru jwieġeb l-istess mistoqsija fir-rigward tat-triq mingħajr isem li minn quddiem il-GO u l-fabbrika Multipacking Ltd ta’ Bulebel, tagħti għal Triq il-Barrani?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li, jekk l-Onor. Interpellant qed tirreferi għal Triq il-Ħotba, il-Kunsill ma jidhirlux li hemm linji tad-dawl tat-toroq.
Għaldaqstant, ikun aħjar jekk il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – persuni inġaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14115 u jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għall-xogħolijiet li ngħataw lill-kumpanija msemmija separatament bejn Jannar 2004 u Marzu 2013.