Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #15837 Sitting 259 2015-05-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

ERDF 402 — Digital Promotion Campaign for Gozo - proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea ERDF 402 – Digital Promotion Campaign for Gozo? Fiex jikkonsisti dan il-proġett? Lil min ingħata l-kuntratt? Kemm kien hemm offerenti għal dan il-proġett u kif saret l-għażla? Kemm hu l-ammont li se jiġi kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea u kemm hu l-ammont li se jiġi mħallas minn fondi nazzjonali? Il-parti li se titħallas mill-fondi nazzjonali, minn liema vot tal-Ministeru se tittieħed?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma L-Onorevoli Interpellant illi s-sejha ghall-offerti ghal 'Digital Promotion Campaign for Gozo' qed tigi evalwata. B'kollox kien hemm zewg offerti ghal din is-sejha. Dan il-progett jikkonsisti f'kampanja ta' promozzjoni digital dwar Ghawdex bhala destinazzjoni turistika distinta. Mill-ammont totali tal-progett, 190,655 euro. ser jigi konfinanzjat mill-Unjoni Ewropea u 74,020 euro. mill-vot ta' Malta. Dan ta' l-ahhar ser jittiehed minn Vot Kapitali VIII, line item 7901 A02
Leg 12 PQ #15838 Sitting 259 2015-05-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

EFF 317 — Upgrading and Development of the Fisheries Infrastructure in Marsalforn - proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea EFF 317 – Upgrading and Development of the Fisheries Infrastructure in Marsalforn? Fiex jikkonsisti dan il-proġett? Lil min ingħata l-kuntratt? Kemm kien hemm offerenti għal dan il-proġett u kif saret l-għażla? Kemm hu l-ammont li se jiġi kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea u kemm hu l-ammont li se jiġi mħallas minn fondi nazzjonali? Il-parti li se titħallas mill-fondi nazzjonali, minn liema vot tal-Ministeru se tittieħed?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan l-proġett jikkonsisti fit-titjieb tal-infrastruttura fil-port ta’ Marsalforn għas-sajjieda. Ix- xogħlijiet jinkludu dawn l-interventi: (1) l-bini mill-ġdid tas-‘slipway’; (2) tranġar tal-‘drystanding area’ u l-ħajt tal-Menqa; (3) xiri u installazzjoni ta’ ‘winch’ ġdid; u (4) twaqqif ta’ ‘landings office’. Bħalissa l-kuntrattur responsabbli qiegħed jirranġa l-‘drystanding area’ u fil-gimgħat li ġejjin ser jibdew ix-xogħlijet fuq il-ħajt tal-Menqa. Fl-aħħar jiem l-‘slipway’ giet mibnija mill-ġdid u tista’ tibda tintuża mis-sajjieda. Il-proġett jiswa €756,628.97 fejn €443,035.47 ser jiġi konfinanzjat mill-Unjoni Ewropea filwaqt li €313,593.50 ser jiġu mħallsa minn fondi nazzjonali. Dan ta’ l-aħħar ser jittieħed minn Vot Kapitali VIII, line item 7904 A02. S’ issa, wara sejħa pubblika, l-offerenti għal dan il-proġett kienu tmienja fejn tlieta tefgħu l-offerta tagħhom għas-sejħa tax-xogħlijiet filwaqt li ħamsa tefgħu l-offerta tagħhom għas-sejħa tal-‘project management’. Dawn is-sejħiet ġew mirbuħa minn Road Construction Co Ltd u Perit William Lewis rispettivament.
Leg 12 PQ #15839 Sitting 259 2015-05-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

SWMED — Sustainable Domestic Water Use in Mediterranean Regions - proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea SWMED – Sustainable Domestic Water Use in Mediterranean Regions? Fiex jikkonsisti dan il-proġett? Lil min ingħata l-kuntratt? Kemm kien hemm offerenti għal dan il-proġett u kif saret l-għażla? Kemm hu l-ammont li se jiġi kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea u kemm hu l-ammont li se jiġi mħallas minn fondi nazzjonali? Il-parti li se titħallas mill-fondi nazzjonali, minn liema vot tal-Ministeru se tittieħed?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi l-proġett SWMED huwa proġett li jitratta l-użu effiċjenti tal-ilma li jintuża għal skop domestiku. Bħala reġjun pilota għall-proġett intgħażel Għawdex fejn tqassmu diversi water saving kits. Il-proġett kien jinkludi wkoll diversi laqgħat kemm f’Għawdex kif ukoll fil-pajjiżi imsieħba: it-Tuneżija, l-Palestina u l-Italja. Il-proġett wasal fl-aħħar fazi tiegħu u kien jinvolvi diversi kuntratti skont il-proċeduri stabbiliti u li huma murija fit-tabella annessa. L-allokazzjoni ta’ flus kofinanzjati minn fondi Ewropej hi ta’ €109,613.42 u €12,179.27 minn fondi lokali taħt il-voti rispettivi tal-Ministeru għal Għawdex. Dawn ic-ċifri ma jinkludux il-VAT.
Leg 12 PQ #15252 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Livell ta’ melħ fl-ilma tax-xorb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux jiġi mmoniterjat il-livell ta' melħ fl-ilma tax-xorb ipprovdut mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'Għawdex? Kull kemm isir tali moniteraġġ u f'liema lokalitajiet Għawdxin qed isir? Jista’ jagħti r-ri¿ultati tat-testijiet li jindikaw il-livell ta' melħ fl-ilma tax-xorb li saru bejn Settembru 2014 u Frar 2015 f'kull lokalità Għawdxija?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #15800 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur (Għawdex) – Wied ta’ San Blas – xogħlijiet fuq ħajt

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1963 fejn kien wieġeb li ‘tajt struzzjonijiet biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa’, jista’ l-Ministru jgħid xi struzzjonijiet kien ta u lil min biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa fuq il-ħajt li jagħti għal fuq il-Wied ta’ San Blas fi Triq it-Torri Sopu fin-Nadur u dan peress li parti sostanzjali minn dan il-ħajt fl-aħħar jiem ċediet? Jista’ jelenka x-xogħlijiet li saru fuq dan il-ħajt minn meta saret il-mistqosija parlamentari (kważi sentejn ilu fl-24 ta’ Mejju 2013) sa meta ċeda l-ħajt ftit tal-jiem ilu? Kemm swew dawn ix-xogħlijiet u minn min saru?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għax-xogħlijiet neċessarji se toħroġ fil-5 ta’ Mejju 2015.
Leg 12 PQ #15804 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Il-Proġett taċ-Ċittadella — fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas b’kollox s’issa fuq il-proġett taċ-Ċittadella li qed jiġi ko-finanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea? Kemm minn dan l-ammont tħallas minn fondi nazzjonali u kemm minn fondi tal-Unjoni Ewropeja? Meta hu mistenni jkun lest il-proġett kollu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fuq il-proġett tal-Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan taċ-Cittadella ERDF 246 s’ issa intefqu €4,788,315.70 li minnhom €3,507,172.62 tħallsu minn fondi tal-Unjoni Ewropea filwaqt li €1,281,143.08 ġew imħallsa mill-fondi nazzjonali. Il-proġett kollu huwa mistenni li jitlesta fl-aħħar kwart ta’ din is-sena.
Leg 12 PQ #15835 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Triq Borg Gheritu – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq Triq Borg Gheritu f’Għajnsielem u dan peress li din it-triq ilha aktar minn tliet xhur li tqaxxret u tħalliet fi stat ħażin ħafna? Jaf li dan qed jikkawża problemi kbar lir-residenti ta’ din it-triq u periklu lil min qed jużaha? Jista’ jgħid min ħa d-deċiżjoni li din it-triq tinfetaħ għat-traffiku meta mhix lesta, anzi bħalissa hi bla wiċċ peress li l-wiċċ li kien hemm tneħħa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa fejn jien infurmat m'hemm l-ebda triq li ġġib dan l-isem ġewwa Għajnsielem.
Leg 12 PQ #15246 Sitting 256 2015-04-01 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Il-Pitkalija ta’ Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Gvern preżenti minflok investa fil-Pitkalija ta' Għawdex, għalaqha bil-konsegwenza li l-bdiewa Għawdxin qed ikollhom iniżżlu l-prodotti tagħhom il-Pitkalija ta' Malta? Jaqbel il-Ministru li din l-azzjoni qed tagħmel ħsara kbira lill-bdiewa Għawdxin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li għadhom kif saru xogħlijiet fuq bjut fil-Pitkalija u li għaddejjin proċeduri biex jiġu tterminati kirjiet ta’ Pitkala preżenti u b’hekk eventwalment jerġgħu jinħarġu offerti għal-pitkala ġodda.
Leg 12 PQ #15248 Sitting 256 2015-04-01 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Il-Pitkalija ta’ Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jinnota li minħabba l-fatt li l-Gvern pre¿enti minflok ma investa fil-Pitkalija ta’ Għawdex, spiċċa għalaqha, bil-konsegwenza li l-bidwi Għawdxi naqqas drastikament it-tkabbir ta' prodotti agrikoli, peress li biex iġibhom Malta ħalli jinbiegħu fil-Pitkalija ta’ Malta hemm ħafna spejje¿ involuti, speċjalment dawk relatati ma’ transport, u b'hekk il-bidwi Għawdxi ftit li xejn jibqagħlu qliegħ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li għaddejin proċeduri biex jiġu tterminati l-kirjiet ta’ pitkala preżenti u b’hekk eventwalment jerġgħu jinħarġu offerti ġodda Jiena nfurmat ukoll li anke meta l-Pitkalija kienet qiegħda topera regolari bdiewa Għawdxin kienu jieħdu l-prodotti fil-Pitkalija ta’ Malta minħabba li l-produzzjoni ta’ Għawdex tizboq id-domanda f’Għawdex stess. Barra minn dan bdiewa Għawdxin jingħataw għajnuna fuq it-trasport tal-prodotti tagħhom lejn Malta.
Leg 12 PQ #15249 Sitting 256 2015-04-01 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Patata għall-esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru li Għawdex hemm problema biex tiġi mkabbra l-patata għall-esportazjoni? Jista’ jgħid x'inhi din il-problema u kif tista’ tiġi solvuta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-problema tal-bdiewa Għawdxin hija li r-raba ma huwiex addattat għal dan il-prodott peress li jiġi mwaħħar u għalhekk xħin jikber il-prodott Għawdxi. Is-suq tal-patata tas-safar ikun laħaq għadda.
Leg 12 PQ #14843 Sitting 254 2015-03-24 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Toroq - resurfacing jew major patching

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-2013 u fl-2014 separatament kemm kienu t-toroq f’Ghawdex li nbnew mill-ġdid jew li sarilhom resurfacing jew major patching u f’liema lokalità jinsabu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kull triq? Jista’ jgħid kemm-il metru sar f'bini ġdid jew f’resurfacing jew major patching?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #15233 Sitting 254 2015-03-24 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Raħħala Għawdxin – qatla ta’ majjali – spejjeż tal-vapur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li jekk raħħal Għawdxi jinżel bil-majjali Malta għal qatla, jiġi rifuż l-ispejjeż tal-vapur, iżda jekk jitla’ lura Għawdex mobbi bil-ġwież li jkun xtara minn Malta, ir-rifużjoni tal-ispejjeż tal-vapur tiġi kkanċellata? Tista’ din l-anomalija titneħħa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-iskema li taħta qed tingħata għajnuna għat-trasport ta’ prodotti tal-biedja ma tippermettix li min imur bill-prodott lejn Malta. Jiġi mgħobbi lura jekk mhux b’kaxxi vojta tal-pitkalija u dan biex ma tiġix abbużata s-sistema. Sa dan it-tant il-Ministeru qiegħed jaħdem fuq skema għall-għajnuna fuq it-trasport tal-ġwiez.
Leg 12 PQ #15235 Sitting 254 2015-03-24 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija ta’ Għawdex – qatla ta’ majjala

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jistgħu jinqatlu majjali fil-ġimgħa fil-biċċerija ta' Għawdex? X'inhi r-raġuni li mhux il-majjali kollha tar-raħħala Għawdxin li jkunu għall-qatla jinqatlu fil-biċċerija ta' Għawdex? Jista’ jara x'passi jistgħu jittieħdu biex il-majjali kollha tar-raħħala Għawdxin li jkunu għall-qatla jiġu maqtula f'Għawdex u mhux ikollhom jitniżżlu Malta għax r-raħħala Għawdxin qed jitilfu ħafna ħin u qed ikollhom ħafna spejjeż relatati biex il-qtil isir Malta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fil-biċċerija ta’ Għawdex jistgħu jinqatlu sa 150 majjal kull qatla. Jiena nfurmat li ċerti proċeduri jkunu jridu jiqtlu l-bhejjem fil-biċċerija ta’ Malta minħabba li l-bhejjem huma minn kwoti minn Malta li huma marbutin b’kundizzjoni li dawn jkunu jinqatlu Malta. Il-Ministeru għal Għawdex għaddej b’diskussjonijiet fosthom mal-koperattivi biex din il-probblema tissolva.
Leg 12 PQ #15468 Sitting 254 2015-03-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Vapuri tal-Gozo Channel — defribrillators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-defibrillators fuq il-vapuri tal-Gozo Channel jiffunzjonawx? Jekk iva, fl-aħħar inċident li kien hemm fuq wieħed mill-vapuri tal-Gozo Channel fejn mietet persuna, id-defibrillator ta’ fuq il-vapur intuża? Min hu mħarreġ biex juża dan l-apparat?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li kull vapur, inklużi ukoll it-terminals tal-Imġarr u Ċirkewwa huma attrezzati b'AED (Automated External Defibrillator) li huma aċċessibbli għall-pubbliku u mwaħħla f'zoni pubbliċi. L-AEDs kollha huma funzjonabbli u jiġu ttestjati minn żmien għal żmien, kif ukoll jiġu servisjati perjodikament mill-agent li hu liċenzjat biex jagħmel dan. Ic-Chief Officers kif ukoll it-Terminal Duty Managers tal-kumpanija, huma mħarrġa f'użu ta' dan l-apparat kif ukoll f'CPR. Fl- aħħar inċident li ġara fuq il-vapur MV Ta' Pinu l AED li hemm fuq il-vapur ġie użat miċ-chief officer.
Leg 12 PQ #14825 Sitting 253 2015-03-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’ direct order ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol mill-Ministeru għal Għawdex u mid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija msemmija.
Leg 12 PQ #14835 Sitting 253 2015-03-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Għawdex — positions of trust

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14172 u jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi ghal mistoqsija numru 14941
Leg 12 PQ #14836 Sitting 253 2015-03-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14260 u jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #14837 Sitting 253 2015-03-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – persuni ingaġġati f’position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14119 u jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għal mistoqsija numru 14941
Leg 12 PQ #15403 Sitting 253 2015-03-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat, Għawdex — Triq l-Imgħallem u Triq il-Kappuċini - xogħlijiet ta' tarmak

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15090, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il servizz tal-ilma ġie mibdul fi Triq l-Imgħallem u fi Triq il-Kapuċċini, ir-Rabat, Għawdex, qabel ma ngħata wiċċ ta’ tarmak f’parti minn dawn it-toroq? Jista’ jgħid jekk inbidilx il-main tal-ilma u dak tad-drenaġġ f’dawk il-partijiet ta’ dawn it-toroq li ngħataw wiċċ bit-tarmak? Jista’ jgħid dan il-wiċċ ta’ tarmak li ngħata ta’ kemm ħxuna hu u kemm-il metru kwadru ta’ tarmak ingħata f’kull waħda minn dawn it-toroq fl-aħħar xahar?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #15430 Sitting 253 2015-03-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – xogħol ta’ toroq

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15004, jista’ l-Ministru jirrispondi t-tieni, it-tielet u r-raba’ parti tal-mistoqisja peress li għażel li jwieġeb biss l-ewwel parti b’nofs risposta? Jista’ jgħid kemm hu l-vot tal-Ministeru tiegħu għat-toroq għas-sena 2015? Jista’ jgħid kif inhu ppjanat li jiġi mqassam dan il-Vot? Liema toroq huma ppjanati li jsiru b’dan il-vot u liema xogħol hu ppjanat li jsir fuq kull waħda minn dawn it-toroq? Kemm hu stmat li jiswa dan ix-xogħol? X’qed iżomm lill-Ministru li jagħti din l-informazzjoni li tant tinteressa lin-nies, speċjalment bħalissa li hemm ħsarat estensivi fit-toroq t’Għawdex in parti per konsegwenza tal-maltemp u in parti minħabba nuqqas ta’ maintenance fl-aħħar xhur?

Response (REFALO, ANTON)

Ma ghandi xejn xi nzid mar-risposta ghall-mistoqsija parlamentari 15004