Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta ġew devoluti l-libreriji lil kull kuunsill lokali f'Malta u Għawdex? X'kienet ir-rata ta' self fl-aħħar sena ta' qabel saret id-devoluzzjoni għal kull librerija separatament? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-rata ta' self, sena b'sena, wara d-devoluzzjoni? Jista' jgħid ukoll il-kunsilli lokali separatament u sena b'sena, kemm żiedu kotba u kemm hu allura t-total ta' kotba f'kull librerija separatament? Jista' jagħti wkoll kemm kien hemm kotba f'kull librerija separatament qabel dawn ġew devoluti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Dipartiment ta' l-artijiet — Fond akkwistat mill-gvern
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għal liema skop il-gvern akkwista l-fond indikat fuq il-pjanta li qed tintbagħat separatament? X'beħsiebu jsir minflok il-fond indikat? Min hu s-sid? Kemm kienet l-istima tal-perit?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-fond indikat mill-Onor. Interpellant fuq il-pjanta anessa mall-Mistoqsija ġie akkwistat minħabba 'Slum Clearance Project'. L-istima tal-perit hija ta' Lm2,200. Is-sid tal-fond għadu mhux magħruf.
Dipartiment ta' l-artijiet — Art akkwistata mill-gvern
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għal liema skop il-gvern akkwista l-art indikata fuq il-pjanta li qed tintbagħat separatament? X'beħsiebu jsir minflok l-art indikata? Min hu s-sid? Kemm kienet l-istima tal-perit?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-art indikata mill-Onor. Interpellant fuq il-pjanta anessa mall-Mistoqsija ġiet akkwistata minħabba estensjoni fi Skola Primarja. L-istima tal-perit hija ta' Lm3,000. Is-sid tal-art għadu mhux magħruf.
Dipartiment ta' l-artijiet — Fond akkwistat mill-gvern
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-gvern akkwista l-fond indikat fuq il-pjanta li qed tintbagħat separatament? Xi proġetti għandu l-gvern minflok dan il-fond indikat? Kemm kienet l-istima tal-perit? Min hu s-sid?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-fond indikat mill-Onor. Interpellant fuq il-pjanta anessa mall-Mistoqsija ġie akkwistat minħabba 'Slum Clearance Project'. L-istima tal-perit hija ta' Lm10,000. Is-sid tal-fond għadu mhux magħruf.
Dipartiment ta' l-artijiet — Fond akkwistat mill-gvern
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-gvern akkwista l-fond indikat fuq il-pjanta li qed tintbagħat separatament? Xi proġetti għandu minflok l-istess fond? Min hu s-sid? Kemm kienet l-istima tal-perit?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-fond indikat mill-Onor. Interpellant fuq il-pjanta anessa mall-Mistoqsija ġie akkwistat minħabba 'Slum Clearance Project'. L-istima tal-perit hija ta' Lm2,640. Is-sid tal-fond għadu mhux magħruf.
Dipartiment ta' l-artijiet — Art akkwistata mill-gvern
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-gvern akkwista l-art indikata fuq il-pjanta? Min hu s-sid? Xi proġetti għandu minflok l-istess sit? L-istima tal-perit kemm kienet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-art indikata mill-Onor. Interpellant fuq il-pjanta anessa mall-Mistoqsija ġie akkwistata minħabba 'Embelishment Scheme'. L-istima tal-perit hija ta' Lm51,600. Is-sid tal-art għadu mhux magħruf.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-manutenzjoni tat-tined ta’ Ġnien l-Indipendenza taqa’ taħt ir-responsabbilita’ tal-gvern ċentrali? Jista’ jgħid jekk kienx hemm talba mill-kunsill lokali ta’ Tas-Sliema lill-gvern ċentrali biex it-tined fi Ġnien Indipendenza jsiru mill-ġdid u, jekk fl-affermattiv, meta dawn jistgħu jsiru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni tal-Ġnien Indipendenza u l-istrutturi u l-faċilitajiet kollha li jinsabu fih jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali Sliema u għaldaqstant nitolbu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil dak il-Kunsill.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux qed jiġi nvestigat membru tal-korp tal-pulizija li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, dwar xi search li sar fil-proprjeta' ta' pulizija ieħor minnu stess mingħajr ma kien preżenti l-istess kuntistabbli u jekk hu l-każ, x'kien l-eżitu?
Response (BORG, TONIO)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għal search li saret nhar id-19 ta' Novembru 2003 li b'riżultat tagħha inqabdu tlett immigranti illegali maħruba, ninsab infurmat illi għalkemm il-fond huwa proprjeta' ta' membru tal-Korp, fil-ħin li saret it-tfittxija, dan l-istess fond kien taħt il-kontroll ta' terza persuna. Għaldaqstant ma kienx hemm il-ħtieġa li s-sid ikun preżenti.
Msida — Post ta' segretarju eżekuttiv fil-kunsill lokali
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5667 dwar post ta' Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Lokali ta' l-Imsida, jista' id-dipartiment tal-kunsilli lokali jinvestiga dan il-każ imsemmi fl-istess mistoqsija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali għamel l-iskrutinju kemm tal-proċess ta' l-għażla tas-Segretarju Eżekuttiv kif ukoll tad-dokumentazzjoni mibgħuta, u ta l-parir tiegħu biex il-kandidata proposta mill-Kunsill tingħata l-ħatra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew sospiżi membri fil-korp tal-pulizija s'issa din is-sena u fuq liema akkużi? Ta' liema rank huma? Kemm minnhom diġa' tressqu l-qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena ma kienx hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li irċevew ordni ta' sospensjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm s'issa din is-sena tressqu persuni quddiem il-qorti u ġew akkużati talli kienu fil-pussess tad-droga u/jew ittraffikaw id-droga? Kemm minnhom kienu barranin u ta' liema nazzjonalita' huma? Kemm mit-total kienu taħt il-21 sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba` xhur ta` din is-sena il-Pulizija akkużat quddiem il-Qorti 201 persuna fuq pussess ta' droga, u 44 persuna fuq traffikar ta' droga. Minn dawn, 67 kienu ta' eta' taħt -il 21 sena, u 17 huma barranin.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni mpjegati ma' kull kunsill lokali llum u x'tip ta' xogħol jagħmlu? Kemm minn dawn huma full-time u/jew part-time?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għadu qed jinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena fuq reati konnessi ma' moħqrija fuq annimali u x'kien l-allegat reat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena ma kienx hemm persuni li ġew imressqa quddiem il-Qorti mill-Pulizija fuq reati konnessi ma' moħqrija fuq annimali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir il-kuntratt ta' l-inkwilin ta' post ta' l-uffiċċju konġunt li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Jien infurmat li l-applikazzjoni tal-inkwilin li rrefera għalih l-Onor. Interpellant sejra tiġi proċessata fl-iżjed żmien qasir possibli.
Dipartiment ta' l-artijiet — Applikazzjoni PA 0744/03
Question
Jista il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-art li fuqha hemm applikazzjoni PA 0744/03 fi Triq is-Sikka, Wied il-Għajn hijiex art tal-gvern /Joint Office jew le?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minn riċerka magħmula mit-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern jirriżulta li l-art li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant u li tinsab fi Triq is-Sikka Wied il-Għajn, fil-fatt mhix art tal-Gvern jew tal-Joint Office. Jirriżulta pero' li fir-Reġistru tal-Artijiet din l-istess art hija rreġistrata bħala tal-Awtorita' tad-Djar.
Birgu — Postijiet proprjeta' ta' l-Uffiċċju Konġunt
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema postijiet fil-Birgu huma proprjeta' ta' l-Uffiċċju Konġunt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proprjetajiet fil-Birgu li huma amministrati mill-Uffiċċju Konġunt huma dawk li qed jidhru fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-lista tista' ma tkunx sħiħa peress li sal-lum għadhom qed isiru korrezzjonijiet u addizzjonijiet f'Annex 8.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta li turi liema art hija pubblika u liema mhijiex madwar ix-Xatt tal-Bajja Spinola sal-Cavalieri Hotel? Jista' jgħid liema mill-art pubblika hija mikrija u liema mhijiex? Jista' jgħid ukoll, f'kull każ, għal liema skopijiet hija mikrija l-art mill-gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-art mhix żviluppata imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija kollha kkunsidrata bħala proprjeta' tal-Gvern. Hemm kawża pendenti quddiem il-Qorti fuq parti minn din l-art peress li hemm allegazzjoni minn terzi li din l-art hija tagħhom.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jinħareġ il-permess lill-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, biex jaħdem hawn Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Membru hija miżżewġa ċittadin Malti u għalhekk tgawdi 'exempt person status', jiġifieri m'għandhiex bżonn permess, la biex toqgħod u lanqas biex taħdem hawn Malta.