Legislature:
Category:
Reset
Active:

Children's Allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex iċ-children's allowance dovuti lill-koppja li dettalji tagħhom qiegħed nibgħat separatament jingħatawlhom bla telf ta' żmien peress li l-imsemija koppja huma fil-bżonn ħafna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Tarxien — Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani fil-lokalita' ta' Tarxien li jiedħu s-servizz tal-home help , kemm ilhom jeħduh? Kemm ġew rifjutati servizz ta' home help mil-lokalita' ta' Tarxien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalita' ta' Ħal-Tarxien hemm 49 household li jieħdu l-Home Help. Dan is-servizz ilu jingħata mill-1988. Peress, li d-Dipartiment qiegħed fi proċess ta' kompjuteriżżazzjoni mhux possibbli li tingħata d-data ta' kemm ġew rifjutati.

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni mil-lokalita' ta' Paola li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol? Kemm ilhom jirreġistraw? Kemm hija l-eta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bin-numru ta' persuni mill-lokalita' ta' Raħal Ġdid li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol, maqsuma bl-eta' u kemm ilhom jirreġistraw.

Djar — Akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nħarġu appartamenti bil-kera mill-Awtorita' tad-Djar u mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom kienu ssussidjati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ammont t'appartamenti maħruġa mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Awtorita' tad-Djar kien: SENA TOTAL 1995 236 1996 492 1997 236 1998 314 1999 188

Djar — Skema ta' housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm applikaw nies għal kull skema tal-housing li hemm bħalissa? Kemm ġew aċċettati applikazzjonijiet? Kemm nħarġu fondi għal kull skema din is-sena 2000? Jista' jispeċifika fejn il-pagamenti saru fis-sena 2000 imma kienu jkopru applikazzjonijiet li saru fin-1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Assistenza Medika

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jelenka għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm nies twaqqfu milli jieħdu l-assistenza medika? Jekk kien hemm żieda fis-sena 2000 fin-numru ta' nies li nqatgħatilhom l-assistenza medika jista' jagħti r-raġunijiet għal dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba u li tista' tinġabar bla ma taffettwa l-proċess tal-ħruġ tal-benefiċċji se tingħata f'xi Seduta oħra.

Pensjoni supplimentari

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex il-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament ma ngħatax is-supplimentari tal-pensjoni tax-xahar ta' Ġunju 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Kummissjoni Persuni b'Diżabilita' — Reserved parking

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18896 u 18895, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kriterji l-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita' wżat, u konsegwentement x'rakkmandazzjoni ġew mgħoddija lit-Traffic Control Board, biex jingħata l-permess ta' reserved parking indikat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kriterji li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' dwar applikazzjoni għall-"Reserved Parking" li hemm riferenza għalihom fil-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 18895 u 18896 u l-kriterji maqbula mal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku huma l-istess bħal kull applikazzjoni oħra għal dan is-servizz. Dawn il-kriterji huma elenkati fil-formola tal-applikazzjoni għal dan is-servizz u li kopja tagħha qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward il-każ imqajjem fil-Mistoqsijiet Parlamentari 18895 u 18896 ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni kienet li dan il-benefiċċju jingħata.

Post Vojt

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post li l-partikolaritajiet tiegħu jidhru separatament minn din il-mistoqsija hux vojt? Jista' jgħid jekk hux tal-privat jew tal-gvern? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni rreġistrati fuq dan l-indirizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-fond indikat mhux tal-Gvern u lanqas hu f'idejn id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

ETC — Raids minn spetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru raids mill-ispetturi ta' l-ETC, għall-ħaddiema bla ktieb fix-xahar ta' Ġunju, Lulju u Awissu 2000 fi stabbilimenti ta' l-ikel, divertiment u lukandi? X'kienu r-riżultati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' spezzjonijiet li saru bejn Ġunju u Awissu 2000, mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fi stabbilimenti ta' l-ikel, divertiment u lukandi, huwa kif ġej: 88 matul Ġunju 2000 (Ara fig. 1.) 275 matul Lulju 2000 (Ara fig. 2.) u 201 matul Awissu 2000 (Ara fig. 3)

Paola — Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani tal-lokalita' ta' Paola li applikaw għall-S.V.P.R.? Kemm applikaw għal djar ta' l-anjani tal-gvern? Kemm daħlu mill-1998 sal-lum, sew fl-S.V.P.R. u sew fid-djar tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, applikazzjonijiet pendenti ta' anzjani mill-lokalita' ta' Paola għal SVPR hu ta' 30 u għad-Djar tal-Gvern 41. Mill-1998 daħlu 48 anzjan f'San Vinċenz u 14 fid-Djar tal-Gvern.

Tarxien — Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani mil-lokalita' ta' Tarxien li applikaw għas-S.V.P.R.? Kemm applikaw għal djar ta' l-anzjani tal-gvern? Kemm daħlu mill-1998 sal-lum sew fl-S.V.P.R. u sew fid-djar tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, applikazzjonijiet pendenti ta' anzjani mill-lokalita' ta' Ħal Tarxien għal SVPR hu ta' 8 u għad-Djar tal-Gvern 13. Mill-1998 daħlu 26 anzjan f'San Vinċenz u 4 fid-Djar tal-Gvern.

Paola — Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani fil-lokalita' ta' Paola li jieħdu s-servizz ta' home help? Kemm ilhom jeħduh? Kemm ġew rifjutati servizzi ta' home help mil-lokalita' ta' Paola?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalita' ta' Paola hemm 130 household li jieħdu l-Home Help. Dan is-servizz ilu jingħata mill-1988. Peress, li d-Dipartiment qiegħed fi proċess ta' kompjuteriżżazzjoni mhux possibbli li tingħata d-data ta' kemm ġew rifjutati.

Pensjonanti — Ftehim Kollettiv

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 18270 u 17182, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk bil-ftehim kollettiv li ġie ffirmat bejn l-unions u l-azjendi l-ex-ħaddiema, illum pensjonanti, ta' l-azjendi msemmija ibbenefikawx permezz ta' dħul ġdid fil-pensjoni tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, b'mod ġenerali, fejn ikun hemm żieda fis-salarji b'riżultat ta' Ftehim Kollettiv ġdid, normalment ikun hemm żieda fir-rata tal-pensjoni tas-sigurta' soċjali. Iżda, billi kull każ ta' pensjoni jiġi rivedut fuq il-merti tiegħu, fosthom pensjonijiet tas-servizz, u medja ta' kontribuzzjonijiet mħallsa jew akkreditati, mhux possibbli li jingħad kategorikament li bis-saħħa tal-Feehim Kollettiv l-ex ħaddiema ta' l-ażjendi ndikati bbenefikawx jew le minn dħul ġdid fil-pensjoni tagħhom. Għaldaqstant, jekk l-Onor. Interpellant għandu xi każ partikolari li jixtieq jivverifika dwaru għandu jgħaddili aktar dettalji biex inkun nista' nitlob lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jinvestiga.

St. Vincent de Paule

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu ilmenti dwar ikel ta' kwalita' ħażina fir-residenza St. Vincent de Paule, Luqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, għalkemm ġieli jkun hemm xi lmenti fuq l-ikel ipprovdut fl-SVPR fuq raġunijiet ta' għażla jew togħma, biss, qatt ma kien hemm ilmenti dwar il-kwalita' ħażina ta' l-ikel servut.

S.V.P.R. — Welfare Committee

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'attivita' għamlu l-welfare committee S.V.P.R. għas-sena 2000? Kemm kienet l-ispiża? Kemm kien hemm staff li daħal overtime u liema grade kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant biex jispjega ruħu aktar ċar u jgħid għal liema kumitat qed jirreferi.

St. Vincent de Paule — Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu anzjani fir-residenza St. Vincent de Paule, Luqa fl-1999 u 2000 u mil-liema lokalita' huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta' residenti li daħlu f'San Vinċenz de Paule fl-1999 hu ta' 359 filwaqt li fis-sena 2000 (26.09.00) hu ta' 263. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' residenti minn kull lokalita'

Konsulenzi — Nefqa Totali Annwali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Tweġiba għal din il-Mistoqsija tinsab fit-Tweġiba Parlamentari Numru 18590 li ngħatat f'Seduta Numru 365 tad-19 ta' Settembru, 2000. In-nefqa totali annwali tal-Ministeru fuq Konsulenzi, inklużi Fringe Benefits hija Lm33,132.17.