Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #29321 Sitting 465 2016-12-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta’ Selmun Palce Hotel u l-Fortizza ta’ Campbell

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-aħħar żviluppi li seħħew għal dak li jikkonċerna l-bini li kien jifforma Selmun Palace Hotel, kif ukoll dak li jikkonċerna l-bini li kien jifforma l-Fortizza ta' Campbell, it-tnejn f'Selmun, limiti tal-Mellieħa? Meta hu mistenni li jkun hemm żvilupp f'dawn is-siti ta' importanza storika? Kif qed jiġi assigurat li ma' jkunx hemm iktar ħsarat f'dawn l-istess inħawi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tal-Fortizza Campbell, m’hemm l-ebda żviluppi ġodda dwar din il-proprjeta. Rigward l-propjeta l-ohra, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27971 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema mal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Gvern li huma Skala 20, 19, 18, 17, 16 u 15? Jista’ jgħid kemm għandhom salarju dawk li jaħdmu u qegħdin fi Skala 20, 19, 18, 17, 16 u 15?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li n-numru ta’ haddiema mal-Gvern fl-iskali msemmija jammonta ghal: Skala Total 15 1,746 16 985 17 628 18 1,763 19 172 20 264 L-informazzjoni mitluba dwar is-salarji marbuta ma’ dawn l-iskali tista’ tinkiseb mill-estimi tal-Gvern ghas-sena applikabbli.
Leg 12 PQ #27975 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema fi Skala 15, 16, 17, 18, 19 u 20 — job description

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'job description għandhom il-ħaddiema fi skala 20,19,18,17,16 u 15?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-job descriptions applikabbli jvarjaw minn grad ghal iehor. Aktar informazzjoni dwar l-iskali msemmija tista’ tinkiseb mill-estimi tal-Gvern ghas-sena applikabbli.
Leg 12 PQ #29176 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Iż-Żurrieq – Kamra fil-Venda tal-Karozzi tal-Linja

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kamra li qabel kien tintuża mid-dispatcher fil-Venda tal-karozzi tal-linja f'Misraħ Mattia Preti fiż-Żurrieq hijiex proprjetà tal-Gvern jew tal-privat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kamra fil-Venda tal-Karozzi tal-Linja f’Misraħ Mattia Preti fiż-Żurrieq kienet tifforma parti minn art akbar li ġiet dikjarata meħtieġa mill-Gvern għal Skop Pubbliku permezz tal-Avviżi tal-Gvern Nru 227 datat 21 ta’ Marzu 1969 u Nru 556 datat 21 ta’ Lulju 1970. L-akkwist ta’ din il-kamra għadu ma ġiex konkluż kompletament.
Leg 12 PQ #29295 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemalta – Il-Mellieħa – Triq l-Għerien – tneħħija ta’ arbli perikolużi u ċaqliq ta’ wires

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28088 filwaqt li nikkonferma li sar xi xogħol mill-Enemalta fuq Triq l-Għerien, peress ix-xogħol baqa' mhux konkluż tant li għad fadal periklu u inkonvenjent għar-residenti li jgħixu fl-istess triq, jista’ l-Prim Ministru jara li x-xogħol ta' tneħħija ta' wires u arbli perikolużi jitkompla f'din it-triq?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li x-xogħol relatat mal-mistoqsija parlamentari 28088 li kien jinvolvi tibdil ta’ arbli u ċaqlieq tal-wires relatati, tlesta fl-ewwel jiem ta’ Novembru. Madanakollum minn dak iż-żmien ’l hawn Enemalta plc irċeviet rapport ieħor dwar wires oħrajn tal-elettriku u ta’ servizzi oħra fl-istess triq li seta’ kellhom bżonn ta’ tiswijiet. Mill-ewwel bdiet il-ħidma u fil-fatt ix-xogħlijiet mistennija jitlestew f’dawn il-jiem, kif kien ipprogrammat.
Leg 12 PQ #29302 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – vjaġġi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma l-Kamra dwar il-vjaġġi kollha li huwa għamel bħala Prim Ministru mill-bidu tas-sena sad-data tat-tweġiba għal din il-mistoqsija, u jagħmel dan billi jelenka lista bid-dati kollha tal-vjaġġi u f’kull każ bl-indikazzjoni tal-isem tal-pajjiż li żar, id-daqs tad-delegazzjoni u l-ispiża minfuqa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #29223 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar — pjanti

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 28980, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif se jiġi assigurat li l-basemap li għaddiet mingħand l-Awtorità tal-Ippjanar għal għand Identity Malta hi kompluta meta hemm binjiet li ilhom mibnija numru kbir ta' snin , li uħud minnhom huma wkoll mibnija mill-gvern, li iżda xorta ma jidhrux fuq il-pjanti li għaddew għal għand Identity Malta? Jista' jieħu l-passi neċessarji biex dawn il-pjanti fil-fatt jiġu aġġornati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għadha kif xtrat software ġdid li jista’ ma jkunx kompatibbli mas-sistema li għandhom Identity Malta. Bħalissa qed issir proċess ta’ quality control fuq id-data li ngħatat lil Identity Malta biex, jekk huwa l-każ, jigu vverifikati xi nuqqasijiet u tinstab soluzzjoni mmedjata.
Leg 12 PQ #29230 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Użu ta’ Fond

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkunsidra t-talba pendenti quddiem id-Dipartiment tal-Artijiet għall-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kien ittieħed b'possession and use u li qed jiġi okkupat b'mod illegali hekk kif żvelat permezz ta’ mistoqsija parlamentari 25414 fis-seduta 389 fis-16 ta' Mejju 2016, sabiex jingħata lura lis-sidien oriġinali ġaladarba d-Dipartiment tal-Artijiet m'għandux aktar bżonnu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #29238 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Triq Daħlet ix-Xmajjar – xogħlijiet neċessarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq Daħlet ix-Xmajjar, fil-parti magħrufa bħala Żona C, fejn xi żmien ilu kien sar xogħol mill-Enemalta, li iżda baqa’ qatt ma ġie rranġat sew wara li sar l-istess xogħol, jittieħdu l-passi neċessarji biex din il-parti tat-triq tiġi rranġata mill-ġdid, u dan biex ma jibqgħux isiru ħsarat kemm lill-istess triq kif ukoll għal dawk il-vetturi li jgħaddu minnha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Enemalta plc li saru xogħlijiet ta’ tħaffir f’din it-triq biex tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku u tkompli titjieb il-kwalita’ tas-servizzi lill-klijenti. It-trinka saret fi trejqa fil-kampanja li mhijiex miksija bl-asfalt. It-tiswijiet tal-partijiet tat-triq fejn saret it-trinka ser jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 12 PQ #29239 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Projects Malta – programmi ta’ xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Projects Malta fasslitx xi programm ta' xogħol bħal dak li tfassal għall-inħawi ta' Marsaxlokk, biex isir l-investiment neċessarju fuq it-toroq ta' Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar, u dan għaliex kif inhu magħruf, dawn l-inħawi jservu ta' residenza għal madwar erbgħin elf ruħ, u wkoll il-lokal li fih l-ikbar numru ta' sodod għat-turisti (iktar minn 12,000 sodda)? Jista' jagħti tagħrif jekk fil-fatt Projects Malta għandhiex xi pjan ta' investiment għal dawn l-inħawi, u fil-każ, fiex mistenni li jintefqu l-flus?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #29250 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftuħ ta’ Kawża — klawsola 21

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29122 u ċjoè: b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28884, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-klawsola 21 li hemm imsemmija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif jaf l-Onor. Interpellant mit-tweġibiet li ingħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 27941, 28401, 28884, il-gvern fil-gimgħat li għaddew beda proċeduri legali u fid-dawl ta’ dan, f’dan l-istadju ma hemmx iktar wieħed x’iżid.
Leg 12 PQ #29251 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct Orders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29090, 28712 u 29016 u ċjoè: jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija, minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, korporazzjoni u/jew awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015 u l-2016 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 29016.
Leg 12 PQ #29252 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — twettiq ta’ xogħol infrastrutturali fil-front ta’ Buġibba/Qawra

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29074, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) hux ser takkwista l-istess site plan minn xi entità governattiva jew għandhiex inkun jien li nipprovdi din is-site plan, għaliex naħseb li t-triq indikata hija ċara biżżejjed liema hi, ukoll jekk għandha ismijiet differenti għal partijiet differenti tagħha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi dawk kollha li jkunu qegħdin jitolbu xi informazzjoni, jistgħu jagħmlu dan billi jagħmlu riferenza għal site plan u dan bil-għan li ma jkunx hemm nuqqas ta’ ftehim.
Leg 12 PQ #29261 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar — overtime ta' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29115 u ċjoè: jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-overtime f'termini ta' sigħat u ħlas separatment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala impjegata tal-Awtorità tal-Ippjanar minn Lulju 2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija maqsuma għal kull xahar ? Jista’ jgħid min approva dan l-overtime?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #28937 Sitting 462 2016-12-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sptar Ġenerali t’Għawdex — art

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24421, u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim/kuntratt li permezz tiegħu l-art fejn hemm l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għaddiet għand il-Malta Industrial Parks? Jista' jgħid għaliex l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għadda għand il-Malta Industrial Parks u jekk issa allura ż-żona tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hijiex qed tiġi meqjusa bħala żona industrijali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art fejn hemm l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għaddiet lill- Malta Industrial Parks skont l-Ordinanza tal-Kummissarju tal-Art (Kap 169) tal-Liġijiet ta’ Malta, permezz ta’ Avviż Legali Nru 95/2016. Il-pjanta ta’ din l-art ġiet transunta fl-Atti tan-Nutar Tania Spiteri datat 8 ta’ Marzu 2016. Kopja ta’ l-Avviż Legali flimkien ma’ l-Att qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #29136 Sitting 462 2016-12-14 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar — Azzjonijiet ta’ infurzar dirett

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28687, jista’ l-Prim Ministru jgħid f’kull każ pendenti x’inhu l-ammont dovut u x’kien in-numru tal-Azzjoni ta’ Infurzar li kienet ġiet maħruġa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #29218 Sitting 462 2016-12-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma — trinek u ħofor

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29029, jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li l-informazzjoni mitluba, titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex sistema kompjuterizzata għal ġabra tal-informazzjoni dwar fejn ikunu saru l-interventi mill-istess Korporazzjoni, biex b'hekk tkun tista' ssegwi aħjar dak li jkun qed jiġri fis-servizzi tagħha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #28896 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Esproprjazzjoni ta’ art

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25235, 23780, 23402 u 25484 u jgħid kemm-il esproprjazzjoni ta' art jew bini saret f'Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid f'kull każ x' kien l-iskop tal-esproprjazzjoni u f'kull każ kemm kien il-prezz li bih ġiet stmata l-istess art? Jista’ jgħid f'kemm minn dawn il-każijiet il-prezz mogħti mill-Kummissarju tal-Artijiet lis-sidien ġie aċċettat minn dawn tal-aħħar u f'kemm il-każ dan il-prezz ma ġiex aċċettat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Leg 12 PQ #28897 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex – art fejn kien hemm il-miżbla tal-Qortin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23401 u jgħid meta l-Kummissarju tal-Artijiet għadda lill-Enemalta l-art fix-Xagħra Għawdex fejn qabel kien hemm il-miżbla tal-Qortin? Jista' jgħid b’liema kundizzjonijiet għaddiet din l-art u jippreżenta kopja tal-ftehim jew kuntratt li sar bejn il-Kummissarju tal-Artijiet u l-Enemalta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissarju ta’ l-Artijiet u l-Korporazzjoni Enemalta b’ seħħ mill-25 t’Awwisu 2014, daħlu fi ftehim għal-ħamsa u għoxrin sena, biex il-kumpanija tuża l-arja ’l fuq minn ħames metri (5m) minn wiċċ l-imsemmija art, bil-kundizzjonijiet kif imniżżla fi skrittura privata transunta fl-Atti tan Nutar Keith German tal-25 t’Awwissu 2014. Estratt ta’ dan il-ftehim qed jiġi ppreżentat fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #28930 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sptar Mater Dei – waiting lists – rapport minn kumpanija

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' rapport li sar mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar waiting lists fl-Isptar Mater Dei u/jew sptarijiet oħra u li ngħata lil din il-kumpanija minn Projects Malta jew mill-Ministru fl-Uffiċċju tiegħu wara negotiated procedure? Jista' jgħid kemm tħallset din il-kumpanija għal dan ir-rapport u min innegozja l-prezz ma’ din il-kumpanija min-naħa tal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat li Projects Malta Limited ma ngaġġatx lil din il-kumpanija għas-servizzi msemmija u għaldaqstant ma nħareġ l-ebda pagament f’dan is-sens.