Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ li din is-sena applikaw biex jibdew xi kors fl-iskola Umberto Colosso?
Kemm kien hemm eliġibbli?
Kemm ġew aċċettati f'kull kors?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għadd ta' studenti li applikaw għall-General Course in Engineering fl-Iskola tas-Snajja' Umberto Calosso hu ta' 16. Kollha ġew aċċettati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw żgħażagħ biex din is-sena jibdew xi wieħed mill-korsijiet ta' Mikilanġ Sapiano Technical Institute ?
Kemm kien hemm eliġibbli f'kull kors?
Kemm ġew aċċettati f'kull kors?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw żgħażagħ biex din is-sena jibdew il-kors tal-Fellenberg Training Centre?
Kemm kien hemm eliġibbli ?
Kemm ġew aċċettati ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għadd ta' studenti li applikaw għall-kors fil-Fellenberg Training Centre hu ta' 69 li minnhom 40 bdew il-kors.
L-istudenti li ma ntgħażlux f'dan il-kors daħlu għall-kors tat-tieni jew it-tielet għażla tagħhom fejn dan kien possibbli.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19162, jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' studenti li applikaw biex jistudjaw fil-kulleġġ vokazzjonali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li infetħu l-applikazzjonijiet għall-korsijiet li aktar 'il quddiem ser jiffurmaw parti mill-kulleġġ. In-numru ta' dawn l-applikanti kien ta' 1175.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 19156?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat ukoll li t-talbiet għar-reviżjoni tal-karta ta' Settembru qed jiġu milqugħa f'dawn il-ġranet.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalliem tal-flawt fl-iskola tal-mużika fis-Sannat, Għawdex mhux jagħti lezzjonijiet fis-suġġett kif kien isir fis-snin l-imgħoddija?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliem tal-flawt fl-Iskola tal-Mużika fis-Sannat Għawdex irriżenja.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20179 dwar kotba li twarrbu mill-iskejjel tal-Istat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn Settembru 1999 u Mejju 2000 l-iskejjel talbu biex jiddisponu minn 32,043 ktieb, u ġew ordnati 105,763 ktieb biex jintużaw fis-sena skolastika 2000/2001.
Dawn inxtraw hekk:
Minngħand Ammont ta' kotba
Fr. Prierre Grech Marguerat 160
Agius and Agius Ltd 2639
Heinemann Oxford Ltd 7000
Kummissjoni Kateketika Nazzjonali 18815
Merlin Library Ltd 61571
Publishers Enterprises Group Ltd 312
Oreste Calleja 200
Government Printing Press 15066
Total 105763
L-informazzjoni li tkopri minn Mejju 'l hawn u l-ammont ta' flus li ntefqu qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jkunu l-kontijiet pendenti u spejjeż konnessi li mhux se jilħqu jkunu mħallsa sa tmien din is-sena?
Fis-supplementary estimates kemm huwa stmat li se jkun l-ammont meħtieġ biex ikopri ammonti mhux koperti fl-estimi għas-sena 2000?
Response (GALEA, LOUIS)
Bħal ma normalment isir, il-Ministeru qed jagħmel kull sforz biex ma jitħallewx kontijiet pendenti għas-sena d-dieħla.
Jien informat li bħalissa qed isir l-ikkuntjar neċessarju biex wieħed jasal għal figuri totali li fuqhom jiġi eventwalment deċiż jekk jew kemm ikun hemm bżonn fondi supplementari fil-voti tal-Ministeru. Jien informat ukoll iżda li stimi tat-tip mitluba mill-Onor. Membru jistgħu jvarjaw sostanzjalment bejn issa u l-għeluq tas-sena finanzjarja u għalhekk ma narax l-utilita` li jingħataw.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19137, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport imħejji mill-K.O.M. u jirrispondi l-aħħart parti tad-domanda?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kontinġent Malti għall-Olimpjadi f'Sydney ġie magħżul mill-Kumitat Olimpiku Malti. Il-vjaġġ u l-akkomodazzjoni ta' l-atleti u uffiċjali ġew finanzjati mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u SOCOG. L-għajnuna finanzjarja li ta l-Gvern kienet għall-preparazzjoni teknika u uniformijiet, track suits, etc.
Il-Kumitat Olimpiku Malti hu awtonomu. Skond il-Kumitat Olimpiku Malti l-Kontinġent proprju ikkonsista f'seba' atleti, ħames coaches, tlett uffiċjali u tabib. Kien hemm preżenti ukoll il-President u s-Segretarju Ġenerali li attendew diversi laqgħat li jsiru fl-istess żmien matul l-Olimpijadi, li pero` ma joqgħodux ma' l-Atleti u Uffiċjali oħra, u li l-ispejjeż tagħhom ġew imħallsa mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jitħallsu l-preżentatur u kulmin se jkun jakkumpanjah fil-Programm "Madwar Mejda"?
Jista' jgħid ukoll, separatament, kemm ġew jiswew s-sett u l-għamar li se jintużaw għal dan il-programm?
Jista' jgħid fi tmiem din is-sensiela, x'se jsir mill-għamara li nxtrat?
Response (GALEA, LOUIS)
Naħseb li l-Onor. Membru japprezza li din hija informazzjoni ta' natura kummerċjali minħabba l-kompetizzjoni li teżisti fil-qasam tax-xandir lokali u għalhekk mhux il-każ li tingħata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 19147?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel Primarji t-tfal ma jirrepetux għax jeħlu minn xi eżami imma jekk l-iskola jew il-ġenituri iħossu li jkun ta' ġid għat-tfal li jirrepetu. Ġeneralment dan isir jew għax it-tfal ikunu għal xi raġuni tilfu ħafna fis-sena ta' qabel jew għax it-tfal ikunu għadhom ma żviluppawx biżżejjed.
It-tfal li jirrepetu Year 6 jagħmlu dan biex jerġgħu jersqu għall-eżami tal-Junior Lyceum.
Il-lista bin-numru ta' tfal li qed jirrepetu din is-sena skolastika qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 19149?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel primarji t-tfal f'Year 4,5 u 6 ikollhom eżami tal-Malti, Ingliż, Matematika, Studji Soċjali u Reliġjon. Informat ukoll li diffiċli tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l-kunsiderazzjonijiet ta' l-Awtoritaijet Edukattivi dwar il-każ imqajjem fil-mistoqsija parlamentari nru. 19833?
Response (GALEA, LOUIS)
1. Ġejt informat li l-każ imsemmi mill-Onor. Membru ma huwiex każ
ta' Special Needs. Din il-persuna li għaliha qed jirreferi ġa rrepetiet
fil-Primarja fl-istess skola. Kien hemm numru ta' studenti li l-
Amministrazzjoni ta' qabel tal-Kulleġġ Santu Wistin kienet se
twaqqaf milli jkomplu jattendu, pero` bl-għajnuna tar-Rettur il-ġdid
dawn ġew studjati każ b'każ, u min kellu ċ-ċans ikompli jattendi dan
ingħatalu.
2. It-tifel ikkonċernat ma ċċaħħad mil-ebda dritt għax skond ir-Rettur
ingħata l-istess drittijiet bħal oħrajn, iżda ma kkwalifikax biex ikompli
jattendi fl-iskola Santu Wistin.
3. Ninsab informat ukoll li t-tifel konċernat beda jattendi regoalrment l-
iskola Lorenzo Gafa' il-Birgu u li sejjer tajjeb.
4. Ser inwaqqaf Working Group biex jistħarreġ sitwazzjonijiet bħal dawn
u jagħmel rakkomandazzjoni għal policy li għandha tiġi segwita f'
każijiet bħal dawn.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet il-verifika dwar il-policy tal-iskejjel tal-Knisja msemmija fil-mistoqsija parlamentari nru 19846?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat mis-Segretarjat tal-Knisja dwar l-Edukazzjoni li jekk ikun hemm postijiet vakanti fil-klassijiet ta' tfal fl-iskejjel tal-Knisja, kemm dawk li jitilgħu bil-polza fil-klassijiet primarji, kif ukoll dawk fis-sekondarja fil-Form 2 sa Form 5, il-postijiet vojta jsitgħu jimtlew għad-diskrezzjoni ta' l-istess Kap ta' l-iskola konċernata.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fis-6th form Sir M.A. Refalo r-Rabat Għawdex għad hemm għalliem tas-Sociology nieqes, meta persuna kwalifikata bħala għalliem biex tagħlem dan is-suġġett qiegħed misluf mad-Dipartiment tal-Kultura f'Għawdex?
Jaf il-Ministru li bin-nuqqas ta' dan l-għalliem, l-istudenti qegħdin kontinwament jitilfu l-lezzjonijiet f'dan is-suġġett?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati kwalifikati fil-librarianship fil-Librerija Pubblika Ċentrali? X'inhu x-xogħol tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-Librerija Pubblika Ċentrali hemm erba' impjegati li għandhom kwalifiki fil-librarianship (Diploma in Libraries And Information Studies). Ix-xogħol tagħhom huwa:
* Joe Debattista - Senior Principal - Officer i/c Central Public Library
* Michael Cachia - Asst. Librarian - Asst. Officer i/c of Area Library
Support Unit
* John Mary Farrugia - Library Officer - Officer i/c Rabat Regional
Library
* Steve Borg - Library Asst. - Cataloging Section.