B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5593, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-abbuż li kien qed issir minn terzi, li kien qed juża bażi ta' gantry sign proprjetà tat-Transport Malta issa twaqqaf? Meta tneħħiet il-billboard illegali u meta se titwaħħal il-gantry sign minn Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta ser tkun qed tieħu azzjoni biex dan il-billboard illegali jitneħħa. Dan wara li kien sar rapport għand il-MEPA u li eventwalment saret kommunikazzjoni ma’ din l-istess Awtorita'.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu s-suġġerimenti speċifiċi li ntbagħtu mill-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali, u li ġew aċċettati mill-Gvern (permezz ta' Transport Malta), u li allura issa se jkunu inkorporati mar-rotot il-ġodda li suppost se jibda jħaddem l-operatur il-ġdid meta jibda jaħdem?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li s-suġġerimenti speċifiċi li ntbagħtu mill-kunsilli lokali tat-12-il distrett u li qed jiġu proposti fin-network il-ġdid li ġie ppubblikat fl-Expression of Interest li ħareġ il-Gvern (permezz ta’ Transport Malta) huma:
Mellieħa:
1. Żieda fil-frekwenzi tar-rotot li jaqdu l-Mellieħa mal-Belt li bħalissa jammontaw għal 4 karozzi fis-siegħa – ser jiżdiedu għal 6 fis-siegha (peak) u 5 (off-peak)
2. Biex ir-Rotta X1 tibda miċ-ċentru tal-Mellieħa minflok mill-bypass. Ir-rotta ġdida X1A ser tibda tgħaddi miċ-ċentru tal-Mellieħa.
3. Ir-rotot 101 u 102 ma jidħlux aktar fiż-żoni residenzjali tal-Mellieħa. Ir-rotot il-ġodda ser jibdew jgħaddu miċ-ċentru tal-Mellieħa.
San Pawl il-Baħar:
1. Rotta li sservi n-naħa ta’ Triq Bordin bħalma kienet tagħmel ir-rotta l-antika 49 - Inħolqot rotta ġdida bin-numru 48 li ser tibda sservi l-akwata msemmija kemm minn, kif ukoll lejn il-Belt u fl-istess ħin isservi parti miċ-ċentru ta’ San Pawl il-Bahar.
2. Rotta li sservi l-Qawra kemm minn, kif ukoll lejn il-Belt għax illum biex jaslu lura mill-Belt l-ewwel iridu jduru d-dawra ta’ bognor u Bugibba biex fl-aħħar jaslu l-Qawra . Il-Qawra ser tkun servuta bir-rotta 45 minn u lejn il-Belt.
3. Żieda fil-frekwenzi tar- rotot li jgħaqqdu ċ-ċentru ta’ San Pawl il-Bahar mal-Belt li bħalissa jammontaw għal 4 karozzi fis-siegħa – ser jiżdiedu għal 6 fis-siegħa (peak) u 5 (off-peak) minn naħa tal-Mellieħa u 3 oħra (Rotta 48) li jkunu ġejjin minn naħa ta’ Triq Bordin, kif spjegat f’punt Nru. 2.
4. Biex ir-Rotta X1 tibda miċ-ċentru ta’ San Pawl il-Baħar flok mill-By Pass. Ir-Rotta ġdida X1A ser tibda tgħaddi miċ- Ċentru ta’ San Pawl il-Baħar.
Naxxar:
1. Biex il-karozzi tal-linja ma jibqgħux jgħaddu minn Triq il-Birguma. Ir-Rotot l-ġodda li jservu din l-akwata ser jiġu estiżi sar-Roundabout ta’ Alla w’Ommu.
2. Biex terġa tiddaħħal rotta simili għar-rotot l-antiki 55/56 biex il-poplu Naxxari jinqeda aħjar – Ser tiġi introdotta rotta ġdida bin-numru 46 mill-Għargħur li sservi San Pawl Tat-Tarġa u ċ-Ċentru tan-Naxxar minn u lejn il-Belt kif ukoll ir-rotta 43 ġiet imdawwra biex isservi ċ-ċentru tan-Naxxar direzzjoni lejn il-Belt.
3. Ir-residenti tan-naħa tas-Salini bħalissa m’għandhom l-ebda servizz tat-trasport Pubbliku. Din l-akwata ser tibda tkun servuta bir-rotta ġdida Nru. 49 minn u lejn il-Belt.
Trasport pubbliku — talba għal iżjed informazzjoni
Question
Billi minn stqarrijiet li ħarġu fil-pubbliku qed jingħad li l-Gvern għandu sal-24 ta' Marzu biex iwieġeb għal xi informazzjoni li fil-fatt seta’ kellhom bżonn dawk li kienu/huma interessati biex jipprovdu t-trasport pubbliku, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm organizzazzjonijiet/persuni li talbu li jingħataw iktar informazzjoni minn dak li kien provdut oriġinarjament? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm minn dawk li talbu iktar informazzjoni ma baqgħux juru interess f'din l-istess informazzjoni li kienet mitluba minnhom, u li kienet għadha ma ngħatatilhomx?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant f’dan l-istadju meta għadha anqas għalqet is-sejħa għall-Expression of Interest hija kummerċjalment sensittiva u għaldaqstant għandu jifhem li m’huwiex prudenti li tingħata meta l-proċess ta’ sottomissjonijiet għadu miftuħ.
B' referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6257, jista’ l-Ministru jgħid x'se jagħmel konkretament biex Triq Ħal Far, iż-Żurrieq tingħata t-tarmak b' mod immedjat peress li tant fiha ħofor illi din it-triq hi ta' periklu għal kull min jgħaddi minnha?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ġie imwieġeb fil-mistoqsijiet parlamentari 6257 u 5005, kwalunkwe intervent mill-Gvern Ċentrali (permezz ta’ Transport Malta) isir skont il-prijoritajiet filwaqt li inġibdet l-attenzjoni ta’ dawk ikkonċernati.
Il-Marsa – Addolorata Junction — Bini mill-ġdid ta’ toroq
Question
B' referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 5002 u 6259, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti relatati mal-junction tal-Marsa (Addolorata Junction) peress li l-pjanti relatati hekk kif ġew ippubblikati fuq il-mezzi tax-xandir mhumiex il-pjanti kollha tal-proġett?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-pjanti relatati mal-Junction tal-Marsa ( Addolorata Junction).
B' referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6261, peress li fir-risposta tiegħu l-Ministru ma weġibx il-mistoqsija li għamiltlu, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' toroq residenzjali li fil-jiem li ġejjin se jsirilhom it-tarmak mill-Gvern preżenti u li ma kenux jifformaw parti mil-lista ta' toroq hekk kif ippreparata mill-Gvern preċedenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta kompliet bil-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali li jaqgħu taħt ir-responsabilta` tagħha. Minħabba dan il-fatt, il-lista hija waħda mingħajr distinzjoni minn amministrazzjoni għal-oħra.
B' referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6263, jista’ l-Ministru jikkonferma li sia hu kif wkoll Transport Malta ma jafux fejn ġew stallati billboards li l-Gvern Laburista kkummissjona biex jirreklama l-budget?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li Transport Malta ma ngħatat l-ebda lista ta’ billboards li jirreklamaw il-budget u li l-Awtorità qatt ma tingħata tali listi minħabba li l-istess Awtorità tevalwa siti għall- billboards u mhux il-kontenut tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid liema tip ta' vetturi u n-numru ta' kull tip ta' vettura li ssostitwixxew il-bendy buses li ġew imneħħija miċ-ċirkolazzjoni f'Awwissu tal-2013?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li skont informazzjoni provduta mill-operatur tat-trasport pubbliku fil-preżent qegħdin jintużaw 42 vettura li huma subcontracted mingħand il-Unscheduled Bus Service. 26 minn dawn il-vetturi huma tat-tip coaches filwaqt li hemm ukoll 16 il-vettura tat-tip mini van.
Dan minbarra s-16 il-karozza tal-linja li kienu joperaw fuq is-servizz tat-trasport pubbliku qabel it-3 ta’ Lulju 2011 li żdiedu mal-flotta tal-operatur b’mod temporanju. Qegħdin jintużaw ukoll 7 mini buses li qegħdin jipprovdu servizz ta’ trasport bejn il-park & ride u l-Belt Valletta. Dan is-servizz huwa subcontracted lill-Coop Services Ltd.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7907, jista' l-Ministru jispjega l-fatt kif il-persuna msemmija hija fil-pussess tal-card is-safra tad-diżabilità maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità kif ukoll għandha fil-pussess tagħha l-parking card il-blu?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li l-kartuna s-safra tad-diżabilità u l-blue badge għall-persuni b’diżabilità ma jinħarġux mill-Awtorità tat-Trasport u għaldaqstant din mhiex l-awtorità kompetenti li tista tagħti risposta għal din id-domanda.
Sistema tat-trasport pubbliku — rappreżentazzjonijiet dwar ir-rotot
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-kunsilli lokali li ressqu rappreżentazzjonijiet ġodda dwar ir-rotot li suppost iridu jiġu implimentati mill-operatur il-ġdid iktar tard din is-sena jew fil-bidu tas-sena d-dieħla? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-istess rappreżentazzjonijiet? Billi l-proposti li jistgħu jiġu aċċettati jista' jkollhom impatt fuq il-mod ta' kif titħaddem is-sistema ta' trasport pubbliku f'Malta u Għawdex, jista' jagħti tagħrif dwar jekk s' issa l-istess informazzjoni għaddietx għand dawk l-operaturi li wrew interess li jħaddmu s-servizz ġdid? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm operaturi li ġabru d-dokumentazzjoni marbuta mal-bidliet imsemmija fis-sistema tat-trasport pubbliku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali kollha, kemm f’Malta u kif ukoll f’Għawdex, ressqu xi forma ta’ rappreżentazzjoni, li tvarja minn bidliet żgħar fir-rotot għal-talbiet ta’ rotot ġodda, kif ukoll talbiet biex jiżdiedu l-frekwenzi. Ir-rotot il-ġodda, hekk kif ġew imħabbra ftit tal-ġimgħat ilu, u li jinkludu parti kbira mir-rappreżentazzjoniet li għamlu l-Kunsilli Lokali, jiffurmaw parti ntegrali tal-Espressjoni ta’ Interess u għaldaqstant l-informazzjoni kollha ġiet/qegħda tiġi mgħoddija lil dawk l-operaturi li wrew/qegħdin juru nteress li jħaddmu s-servizz il-ġdid.
Fir-rigward tan-numru ta’operaturi li ġabru d-dokumentazzjoni marbuta mal-bidliet imsemmija fis-sistema tat-trasport pubbliku, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni mhux qiegħda tiġi sottomessa minħabba s-sensittivita’ kummerċjali liema informazzjoni tista’ tinfluwenza l-proċess qabel ma talaq id-data tas-sottomissjoni, jiġifieri sas-7 t’ April.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — overtime
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ingħataw fil-leġislatura li għaddiet għall-mistoqsijiet parlamentari 6139, 6140, 6142, 6143, 6144, 6145, 6146 u 6147.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-paga u x’inhuma l-perkaċċi li jgawdi ċ-Chairperson tal-Bord tad-Diretturi tal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC)?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-paga u l-perkaċċi li jgawdi c-Chairman tal-Board tad-diretturi tal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) huwa l-istess li kienu jgawdu c-Chairpersons preċedenti, skont l-istess kuntratt li kellhom inkluż l-aħħar Chairman l-Onor. Ċensu Galea.
B' referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6210, jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri ħadet Transport Malta biex teduka u tgħin lill-poplu biex jibda juża t-trasport pubbliku b'mod aktar frekwenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn aktar x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6210.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — impjegati
Question
B' referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6248, jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed iħallas l-40 persuna li ġew impjegati mal-Ministeru? X'inhi r-renumerazjoni ta' kull wieħed minn dawn il-persuni? Jekk dawn qed jitħallsu minn fondi pubbliċi, x'inhi r-raġuni li l-Ministru qed jgħid illi mhux prassi illi jitqiegħdu l-kopji tal-kuntratti ta' dawn impjegati fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati fis-Segretarjat tiegħi huma mħallsa skont l-Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats Manual ta’ Marzu 2013. Iċ-Chairpersons tal-Korporazzjonijiet u Entitajiet jitħallsu skont taħt liema kategorija taqa’il-korporazzjoni jew l-entita’ li jkunu qed imexxi. Il-Ħlas tas-CEO’s jiġi innegozjat bejn il-persuna maħtura u il-bord tal-entita’ konċernata. Il-persuni l-oħra impjegati mal-entitajiet/korporazzjonijiet jitħallsu skont il-ftehim milħuq bejnhom u bejn il-bord tal-entita’/korporazzjoni konċernata.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — contract for service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati xi persuni fid-dekasteru tiegħu fuq bażi ta’ contract for service? Jekk saru dawn il-kuntratti, kemm-il persuna ġiet ingaġġata minn Marzu 2013 sal-lum? X’inhuma l-kundizzjonijiet ta’ kull persuna? X’perijodu jkopri kull kuntratt? X’inhu l-ħlas marbut ma’ kull kuntratt?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti sabiex jibda x-xogħol fi Triq il-Qortin fil-Mellieħa? Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa ttamat li jieħu żmien ix-xogħol fuq din it-triq ġaladarba jibda?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq il-Qortin hija triq diġà asfaltata u għaldasqtant xogħlijiet f’din it-triq isiru skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun lesta u se titwaħħal il-bus shelter li hemm fi Triq Żabbar il-fgura quddiem il-ħanut li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament peress li ilha mill-anqas tliet xhur nieqsa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-imsemmi bus shelter għandu jitwaħħal fil-ġimgħat li ġejjin u huwa ippjanat li jkun lest sal-aħħar ta’ Marzu. Dan minħabba modifiki li hemm bżonn li jsiru fil-bankina qabel ma’ shelter ikun jista’ jitwaħħal.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7546 u W173, jista' l-Ministru jgħid kemm Transport Malta ilha taħdem fuq din il-proposta li ilha tiġi maħruba snin twal? Jista' jgħid ukoll fil-preżent xi pjanijiet qed taħseb fuqhom l-istess awtorità ħalli t-traffiku fiż-Żejtun ikun manniġġjat aħjar billi jitnaqqsu l-karozzi miċ-ċentru u jużaw din it-triq li tkun qed isservi bħala aċċess minn barra ċ-ċentru taż-Żejtun?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li, b’referenza rigward Triq il-Falkunier, l-Awtorita tat-Trasport tista’ tifforma toroq hekk kif stipulat fl-iskemi tal-Awtorita’ tal-Ambjent u l-Ippjanar. Il-formazzjoni ta’ toroq oħra ssewgi l-formazzjoni ta’ toroq bil-proċess tal-iżvilupp. Fir-rigward tat-traffiku taċ-ċentru taż-Żejtun, l-awtorita’ ma rċeviet l-ebda talba jew ilment mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun f’dan ir-rigward.
Wara t-tweġiba illi ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6265 u peress illi l-Ministru qal li ngħata parir biex ir-rapport dwar il-bendy buses ma jiġix irrappurtat minħabba sigurtà, jista' l-Ministru jgħid min tah dan il-parir u x'kienu l-punti ta' sigurtà illi ġew imqajma?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-parir biex ir-rapport tal-bendy buses ma jiġix irrapportat ingħata mill-esperti li kienu nvoluti fl-investigazzjoni. Fir-rapport jingħad li, l-informazzjoni li fih, tista’ tgħin lil kwalunkwe persuna b’intenzjonijiet ħżiena biex tagħti n-nar magni ta’ vetturi. Fi tmiem ir-rapport, jingħad ċar u tond li l-esperti huma kontra l-pubblikazzjoni tar-rapport.
Għaldaqstant jien ħassejt li ma kellix immur kontra il-pariri tal-esperti u dan biex ma jkunx hemm riperkussjonijiet fuq is-saħħa u s-sigurta’ tal-pubbliku. Wara kollox, ir-responsabbilta għal kull inċident li jinqala’ hija tiegħi u mhux tal-Oppożizzjoni.
Għalhekk, minflok inbeżża’ bħalma qiegħda tagħmel l-Oppożizzjoni, għażilt li nieħu l-prekawzjonijiet kollha biex nipproteġi lill-pubbliku.
Tajjeb jingħad li anke r-rapport li għamlu l-esperti tal-Arriva ma ġiex ippubblikat, fuq parir tagħhom stess. L-istess jista’ jingħad fir-rigward tar-riżultat tal-inkjesta maġisterjali li ukoll ma ġiex ippubblikat fl-intier tiegħu iżda ġew ippubblikati biss siltiet minnu, fuq parir tal-Avukat Ġenerali.
Madankollu, l-aċċess għar-rapport ingħata lil kull min talbu, fosthom lill-midja u lill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport li ġie l-uffiċċju tiegħi għal darba darbtejn u kellu l-ħin kollu li ried għad-diżpożizzjoni tiegħu.