Sptar Ġenerali t'Għawdex — riżenja ta' supretendent
Question
Jista' l-Ministru jgħid is-supretendent tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex irreżenjax? Jekk iva, x'kienet ir-raġuni li dan irreżenja wara biss xahar li ġie maħtur minnu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li kienet inkarigata bħala ad hoc acting medical director kien talab biex tiġi maħtura persuna oħra minfloku.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li mill-11 ta' Marzu 2013, fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei fejn qabel din id-data kien ikun hemm 12-il tabib iservu lill-pazjenti, issa qed ikun hemm erbgħa biss? Huwa minnu li lit-tobba li jkunu qegħdin iservu fl-emerġenza ħarġulhom ordni li jridu jibdew jaraw lill-pazjenti tnejn tnejn fl-istess ħin?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-ebda minn dawn l-allegazjonijiet ma hi korretta.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li mill-11 ta' Marzu 2013, inqatgħat il-prattika li lill-pazjenti li jkunu qegħdin jistennew fl-Out Patients tal-Isptar Mater Dei jingħataw tè jew kafè?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dan mhux minnu, u l-pazjenti fl-Outpatuients għadhom jiġu servuti bit-te jew kafè.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 91, fejn ġie indikat li ġew effetwati żewġ transfers biss (clerk u technical officer), jista' l-Ministru jivverifika għal darb'oħra din l-informazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-Parlament mhux qed jiġi żgwidat, u dan peress li mir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 243, jirriżulta ċar li kien hemm tal-inqas transferiment ieħor fl-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onerevoli Interpellant li l-informazzjoni mogħtija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru 91 hija korretta. It-trasferiment li jissemma f’Mistoqsija Parlamentari Nru 243 huwa meqjus bħala deployment intern u li għalih ma jiġix ippubblikat document ta’ trasferiment kif isir meta impjegat jiċċaqlaq minn sptar jew entità għall-oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 243, jista' l-Ministru jgħid min hi l-persuna ġdida inkarigata mill-Volserv fl-Isptar Mater Dei u xi kwalifiki għandha sabiex intgħażlet għal dan ix-xogħol? Peress li ssemma li l-kriterji stabbiliti huma dawk ta' kapaċità, jista' jgħid x'kapaċitajiet għandha l-persuna magħżula, kif ġiet magħżula, u minn min? Jista' jikkonferma jekk ġietx esegwita it-transfer policy f'dan il-każ, u jekk le, għaliex? Ma jaħsibx li dan se joħloq preċedent?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li persuna magħżula ġiet magħżula skont l-esiġenzi tas-servizz fuq il-kapacitajiet tagħha ta kif tmur man-nies, l-attitudni lejn ħaddiema voluntiera u l-interess partikolari tagħha f’dan il-qasam. Ma kienx il-kaz li wieħed japplika transfer policy għax l-esiġenzi tas-servizz dan ma ppermettewhx. Dan ma għandux joħloq precedent għax b’mod regolari ikun hemm bżonn li ħaddiema jiċċaqalqu minn sezzjoni għall-oħra, specjalment meta din tigri fl-istess entità bħal ma ġara f’dan il-kaz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu każijiet ta' ilmenti għand il-customer care section tal-Isptar Mater Dei matul is-sena 2013, xahar b'xahar u kategorija b'kategorija? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm baqa' pendenti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-mediċina Lactulose hix out of stock mill-Ispiżerija ta' Raħal Ġdid? X'inhi r-raġuni għal dan in-nuqqas? Meta se terġa tkun disponibbli?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpallant li ninsab infurmat li l-mediċina ‘lactulose’ tinsab disponnibli fl-isptarijiet kif ukoll fl-ispiżeriji tal-għażla tiegħek.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 285, jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li fis-segretarjat tiegħu hemm nies li ġew ingaġġati bil-kuntratt u oħrajn le? Tali sitwazzjoni hija skont il-policy tal-ingaġġ ta' impjegati fis-segretarjati hekk kif imfassla mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 7 tal-15 ta' April 2013? Intalbet approvazzjoni mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex isir dan? Jekk iva, l-approvazzjoni ġiet mogħtija?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforna lill-Onorevoli interpellant li l-persuni li m’għandhomx kuntratt huma persuni li ilhom għal ħafna snin impjegati mal-istess Ministeru għas-saħħa. F’dan ir-rigward ma kienx hemm il-ħtieġa li jsir xi transfer u lanqas ħtieġa li tintalab approvazzjoni.
Sptar Monte Karmeli — Minorenni bi problemi mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt it-18-il sena li ddaħlu l-Isptar Monte Karmeli jsofru minn problemi mentali kkawżati minn xi tip ta' abbuż?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt it-18-il sena li l-mewt tagħhom kienet kawża ta' suwiċidju fl-aħħar għaxar snin?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ninsab infurmat li skont ir-Reġistru Nazzjonali ta’ l-Imwiet, in-numru ta’ każijiet ta’ mwiet f’residenti Maltin f’dawk taħt l-età ta’ 18-il sena meqjusa bħala r-riżultat ta’ suwiċidju kienu ta’ tlieta: tnejn fl-2004 u wieħed fl-2010.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Ġunju 2012 u t-8 ta’Marzu 2013 in-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta’ fuel tal-karozzi tal-Ministeru u s-segretarjat privat kienet ta’ €8,489.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif se jiġi assigurat li r-riskju li jista' jkun hemm infezzjoni ta' persuni mill-marda 'Q Fever' jiġi mnaqqas? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu kbir ir-riskju ta' tali tifrix tal-marda fost il-bnedmin?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-marda tal-Q fever li hija ikkaġunata minn mikrobu li jaffetwa annimali bħal nagħaġ, mogħo¿, bovini u annimali oħra. Din il-marda tittieħed min-nies li jaħdmu jew għandhom kuntatt ma annimali bħal produtturi, raħħala, veterinarji, u dawk li jaħdmu l-biċċerija. Meta jkun hemm konferma tal-mard fl-annimali, dawn in-nies jiġu ittestjati skond ir-riskju li jkollhom.
Peress li il-marda ma tittieħedx minn persuna għall-oħra, ma hemmx riskju li din tinfirex fost il-bnedmin
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn il-kuntratt tal-Isptar St James għall-weekend emergency treatment għall-pazjenti priority 3 twaqqaf? X’sewa dan il-kuntratt? L-ispiża involuta tħallset?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ninsab infurmat li f’Mejju ta’ 2012, daħħal fis-seħħ dan il-kuntratt tal-Isptar St.James dwar il weekend emergency treatment għall-pazjenti priority 3, bl-għan prinċipali ta’ dan il-kuntratt ikun li jitnaqqas id-dewmien fl-emerġenza ta’ l-Isptar Mater Dei.
Mir-riżultat ta’dan il-moniteraġġ ħareġ li dan il-għan ma ntlaħaqx u għaldaqstant il-ftehim li skada fit-3 ta’Mejju 2013 ma ġiex imġedded.
L-ispi¿a globali għall-dan il-kuntratt hi ta’€420,140. Minn din is-somma għad baqa x’jitħallsu €101,740.
Public Private Partnership — ħlas għal arthroscopy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien li ħa l-kuntratti fil-Public Private Partnership (PPP) għal arthroscopy – knee repair u x’inhu l-ħlas pendenti li għad irid jitħallas?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li St Anne’s Clinic u St James Żabbar kienu li ħadu l-kuntratti fil-Public Private Partnership (PPP) għal arthroscopy – knee repair.
Sa Frar 2013 saru pagamenti ta’ €230,139 li kienu jikkonsistu f’pagament ta’ €122,500 lil St James Hospital u €107,639 lil St Anne Hospital. Ma dawn il-Ministeru għas-Saħħa għad irid jirċevi kontijiet għax-xahar ta’ Marżu u April 2013 li jammontaw għal total ta’ €80,500.
Public Private Partnership Livelife — rijabilitazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn twaqqaf il-kuntratt ta’ Public Private Partnership (PPP) għal rijabilitazzjoni mal-Livelife? X’sewa dan il-kuntratt u tħallset l-ispiża?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan kien proġett pilota. Ir-raġuni ewlenija hija li l-ispiża finanzjarja ta’ dan il-proġett ma kinetx ġiet allokata speċifikament fil-budget.
L-ispiża għall-Frar u Marzu 2013 laħqet is-somma ta’ €126,000 u ġiet imħallsa kollha, imma jonqos il-kont u l-ħlas ta’ April.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża tal-proġett ta’ Cutrico House? Meta ttieħdet id-deċiżjoni għal dan il-proġett? Kemm ħarġu tenders biex sar ir-refurbishment? Liema huma t-tenders li twaqqfu? Setgħet ġiet evitata li ssir kirja?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li Cutrico house inkriet minn għand Continental Business Centre għal perjodu ta’ tlett snin wara sejħa għall-offerti. Dan sar wara li saru diversi tentattivi biex jisab bini adegwat li sata jakkomoda l-ufficini tad-direttorat ghas-saħħa ambjentali fl-iqsar ¿mien possibbli. Il-kirja bidet f’Awwissu tal-2012. Kwalukwe xogħol li sar fil-post sar a spejjeż tas-sid ħlief spejjeż relatati mas-sistema tat-telephone u tal kompjuters li huma stmati li se jiswew madwar €21,700. Kien hemm żewġ tenders pendenti, waħda għall-għamara ta valur ta’ €95,000 li kienet diġa mogħtija u allura ma setgħetx titwaqqaf u waħda għall-partitions ta’ valur ta’ €42.300 liema tender twaqqfet. Twaqqfu ukoll żewġ tenders żgħar ta’ valur ta madwar €2,500 ghas-siġġijiet u purtieri.
B’investimet moderat f’xi binja tal gvern, seta’ ġie evitat li issir kirja.
Il-valur tal-kirja huwa ta’ €126,474 fis-sena
Jista’ l-Ministru jagħti statistika ta’ kemm sewa kull software fid-Dipartiment tas-Saħħa, mingħand liema kumpaniji nxtara u kemm tħallas f’manutenzjoni għalih għal dawn l-aħħar sitt snin?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm kien hemm mediċina li skadiet f’kull spiżerija tal-Gvern f'dawn l-aħħar tliet snin u kemm kienet tiswa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.