Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Servizzi klerikali minn kuntratturi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tagħha għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

FSWS- Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Socjali daħlet f’kuntratt ma’ kumpanija biex tassenja persuna sabiex temporarjament twettaq is-servizz klerikali meħtieġ (385 siegħa, ekwivalenti għal €5,000 vat inkluża), għal erba sigħat kuljum. Il-kumpanija ikkonfermat li bħala ritorn hi tħallas lill-persuna assenjata lil Fondazzjoni l-massimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (l-ekwivalenti annwali ta’ €13,500 apparti bonuses statutorji, vacation leave, u drittijiet oħra skond il-liġi ibbażżati fuq is-sigħat maħduma fuq bażi part-time ). Ir-rata pagabbli lill-kumpanija hija ta’ €11.00 + 18% VAT Awtorità tad-djar - Ma sar l-ebda kuntratt. Kummisjoni tat-tfal - Ma sar l-ebda kuntratt. KNPD - Ma sar l-ebda kuntratt. Direttur tal-Anzjani - Ma sar l-ebda kuntratt.

Appartamenti tal-Gvern mikrija lil terzi persuni

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' appartamenti li għadhom proprjetà tal-Gvern li huma mikrija lil terzi persuni? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-istess appartamenti, lokal lokal?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Postijiet tal-gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-postijiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament humiex battala, u jekk humiex proprjetà tal-Gvern?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar l-10 ta’ Settembru, 2007. Hija toqgħod ġo post mikri mis-settur privat u tħallas kera ta’ € 2,796 iżda tibbenefika mis-sussidju tal-kera li jammonta għal €745.40 fis-sena u għaldaqstant hija tħallas kera ta’ € 2,050.60 jiġifieri €170.88 fix-xahar. Il-lokalitajiet preferuti tal-persuna koncernata huma Floriana u Valletta. Minn records li għandha l-Awtorità tad-Djar: · 14 Triq il-Batterija, Valletta huwa proprjetà tal-Gvern iżda l-Awtorità m’għandhiex ċwievet ta’ dan il-post. · 41 Triq Zekka, Valletta m’huwiex proprjetà tal-Gvern · 61, 62, 63, 64, 65, 66, 67 l-Awtorità tad-Djar m’għandhiex informazzjoni fuq dawn il-postijiet għalhekk mitlub tressaq din-il-mistoqsija lill-Uffiċċju Konġunt.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Aġenzija Appoġġ - social workers

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti x-xogħol tas-social workers tal-Aġenzija Appoġġ fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar ta’ anzjani — residenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm anzjani residenti f’ San Vinċenz de Paul u f'kull waħda mid-djar tal-anzjani immexxija mill-Gvern? Tista' tagħti n-numru ta' anzjani f'kull waħda mid-djar tal-anzjani privati li l-post tagħhom huwa mħallas jew sussidjat mill-Gvern?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Guardianship Board – talbiet

Question

Wara l-emendi li saru s-sena l-oħra fil-liġijiet tagħna illi permezz tagħhom iddaħħal il-kunċett tal-guardianship, tista' l-Ministru tgħid kemm-il talba saret sa issa quddiem il-Guardianship Board u kemm minn dawn it-talbiet ġew deċiżi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-bord għadu ma twaqqafx.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Tista’ tgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul – job experience għal persuni b’diżabilità

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2888, tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna bi bżonnijiet speċjali attendiet għal job experience fl-iskema mħaddma mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) fl-Entertainment Section (jew Active Ageing) tar-Residenza San Vinċenz de Paul f’kull jum minn Marzu sa’ Ġunju, jum b’jum?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm żewġ persuni b’diżabiltà li kienu jieħdu esperjenza ta’ xogħol f’dik li kienet magħrufa bħala l-Entertainment Section tal-SVPR. Informata li dawn komplew jieħdu din l-esperjenza fl-Active Ageing Unit.

Residenza San Vinċenz de Paul – transfers lill-ħaddiema fl-Activity Centre

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħarġu transfers lill-ħaddiema fl-Activity Centre fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn wara l-elezzjoni ’l hawn? X’inhu l-grad ta’ kull ħaddiem li nħariġlu transfer? Kemm minn dawn il-ħaddiema talbu huma li jiġu trasferiti mill-Activity Centre?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab informata li wara li ġie xolt l-Activity Centre, l-impjegati li kienu f’din it-taqsima ġew assenjanti f’sezzjonijiet oħrajn tal-Isptar San Vinċenz de Paul. Dawn l-impjegati kienu fil-gradi ta’ enrolled nurse, nursing aide, part-time enrolled nurse, social assistant u staff nurse.

Djar tal-anzjani tal-gvern – standards

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk id-djar tal-anzjani li l-Gvern qed jixtri s-servizzi mingħandhom f’dik li hi akkomodazzjoni għall-anzjani? Tista’ tassigura lil din il-Kamra li kull dar imsemmija taderixxi mal-istandards rikjesti mil-liġi u mid-dipartimenti kkonċernati kemm f’dak li huwa servizzi u staff to resident ratio? Tista’ tassigura lil din il-Kamra li ħaddiema fid-djar li l-Gvern qed jixtri s-servizz tagħhom qed jingħataw il-kundizzjonijiet tax-xogħol rikjesti mil-liġi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab informata li l-Gvern preċedenti daħal fi ftehim kuntrattwali ma’ disat idjar privati biex jixtri s-servizzi inkwistjoni. Dawn huma Roseville, Casa Arkati, Villa Messina, Central Home, Casa Serena, Holy Family, Casa Leone, Sant’Anna u Dar Sawra. Fir-rigward tal-assigurazzjoni li qed titlob l-Onor. Interpellant dwar l-istandards, ninformaha li sallum jeżistu biss linji gwida u ma jeżistu ebda liġijiet li jridu jaderixxu magħhom l-operaturi tad-djar tal-anzjani privati. Fin-nuqqas ta’ dan, is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u l-Anzjanità Attiva beda jaħdem b’mod immedjat biex jindirizza dan in-nuqqas serju u waqqaf working group biex ifassal sett ta’ ligijiet amministrattivi għad-djar tal-anzjani fil-komunità. B’dan il-mod se nkunu qed nassiguraw li ntejbu s-servizzi li qed jiġu offruti lill-anzjani tagħna f’dawn ir-residenzi. Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol offruti lill-ħaddiema, dan il-Gvern diġà wera bil-fatti li jinsab kommess li jiġġieled bis-serjetà x-xogħol prekarju. Fir-rigward tal-ħaddiema fid-djar tal-anzjani privati, id-Dipartiment tal-Anzjani u l-Kura fil-Komunità mgħandux is-setgħa li jindaga fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema. Dan għall-fatt li mhuwiex involut fil-kuntratti tal-impjieg tal-impjegati f’dawn id-djar.

Benefiċċji soċjali — żidiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’zidiet fil-benefiċċji soċjali se jingħataw fil-ġranet li ġejjin? Kemm hu l-ammont globali ta’ din iż-żieda u kemm persuni se jibbenefikaw minnhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Il-Belt Valletta – proġetti għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Minħabba li l-Belt Valletta hija waħda mill-lokalitajiet li għandha l-aktar talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijijiet jew proġetti intiżi biex tiġi indirizzata din il-problema?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Il-Belt Valletta – problema tal-abbuż ta’ droga

Question

Minħabba li l-Belt Valletta hija waħda mill-lokalitajiet li fiha hemm prevalenti l-problema tal-abbuż tad-droga, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xi proġetti jew programmi speċifiċi intiżi biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li xi snin ilu, fil-Belt Valletta infetaħ iċ-ċentru Aċċess li, fost il-ħafna servizzi oħra, joffri għajnuna ta’ natura soċjali lil dawk kollha li jinħtieġuha minħabba li jkunu għaddejin minn xi esperjenza ta’ faqar. Peress li l-problema tal-abbuż tad-droga hija normalment sintomu ta’ ħafna problemi soċjali oħra, fosthom il-faqar, dan is-servizz jkopri wkoll persuni bħal dawn. Barra li jsir xogħol dirett magħhom, dawn il-persuni jiġu wkoll referuti l-aġenzija sedqa għal għajnuna aktar speċjalizzata.

Skema “Sir Sid ta’ Darek” – każ ta’ individwu

Question

Tista' l-Ministru tgħid kienx hemm xi żvilupp fil-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex tkun tista' tixtri l-post tagħha taħt l-iskema Sir Sid ta' Darek?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-każ ma jistax jiġi pproċessat peress li l-art għadha mhix proprjetà assoluta tal-Gvern. L-applikant ġie nfurmat b’dan fit-22 ta’ April 2013. Aktar dettalji dwar l-akkwist tal-art li fuqha hemm mibni dan il-fond jista' jinkisbu mid-Dipartiment tal-Artijiet.

Skema ta’ social accommodation – każ ta’ individwu

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi skema ta' social accommodation jew sussidju fuq kera għal missier separat mill-mara, li minn paga ta' €17,000 fis-sena jrid iħallas mal-€2,800 f'manteniment u mat-€3,360 f'kera fis-sena, u fl-istess waqt irabbi lil bintu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żieda tal-għoli tal-ħajja – każ ta’ individwu

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna pensjonanta, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, la rċeviet il-bonus ta' Ġunju u lanqas iż-żieda għall-għoli tal-ħajja?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija rċiviet l-ittra ta' spegazzjoni mid-Dipartiment.

Bonus ta’ Ġunju – każ ta’ individwu

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna pensjonanta, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma rċevietx il-bonus ta' Ġunju?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna kkonċernata rċieviet dak li hu dovut lilha.

Xiri ta’ post – każ ta’ individwu

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tistax tixtri l-post tagħha, u jekk fl-affermattiv tistax tingħata indikazzjoni kemm tista' tkun it-talba?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għalkemm qiegħda tbiegħ postijiet ta’ apartamenti li jinsabu fil-binjiet tal-Gvern, hekk imsejħa housing estates, imma preżentament l-awtorità mhix qiegħda tbiegħ djar, jiġifieri terrace houses li l-Onor Interperlant indika fil-mistoqsija tiegħu.

Ċentru tad-Detox — għajnuna minħabba droga

Question

Tista’ l-Ministru telenka kemm-il persuna, xahar b’xahar, fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena talbu l-għajnuna taċ-Ċentru tad-Detox minħabba dipendenza fuq id-droga? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu barranin u ta’ liema nazzjonalità huma? Kemm kien hemm persuni li kienu għadhom m'għalqux it-18-il sena li talbu l-għajnuna?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Vinċenz de Paul – inkarigu ta’ membru parlamentari

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 542 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-guidelines li jirregolaw il-ħidma u l-operat tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u tad-Deputat Laburista, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ngħata inkarigu fir-Residenza San Vinċenz de Paul u fetaħ uffiċċju f'din ir-residenza?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistqosija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.