Legislature:
Category:
Reset
Active:

Heritage Malta – Education Policy

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Education Policy li Heritage Malta qed tħaddan bħalissa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Heritage Malta m’għandhiex policy miktuba dwar l-Edukazzjoni. Madankollu, sa mit-twaqqif tagħha fl-2003, Heritage Malta kienet u għadha tippromwovi kemm jista’ jkun aċċessibilità sħiħa fil-mużewijiet u s-siti fdati lilha. Dan isir fuq diversi livelli, b’mod partikolari aċċessibilità fiżika, intelletwali u soċjali. L-interpretazzjoni kollha hija offruta bil-Malti u bl-Ingliż, u f’numru ta’ lingwi oħra permezz tal-audioguides. Ninforma lill-Onor. Interpellant li Heritage Malta toffri ukoll kalendarju mimli ta’ progammi tematiċi edukattivi għall-iskejjel, kif ukoll għal tfal u student li jżuru l-mużewijiet waħidhom, u attivitajiet oħra indirizzati għal udjenzi oħra, b’mod partikolari l-familji. Dan isir b’rabta mal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali u b’kollaborazzjoni mad-Direttorat tal-Edukazzjoni.

Ftuħ ta’ Forti Sant’Iermu

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna meta ser tinfetaħ uffiċjalment Forti Sant'Iermu? Jista’ jgħidilna wkoll għaliex Heritage Malta l-ewwel irriklamat l-open day għall-aħħar t'April, imbagħad dawret kollox għal “Opening Soon”?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inawgurazzjoni issa se ssir fit-8 ta’ Mejju 2015.

Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija – sejħa għal kuratur

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna meta Heritage Malta se toħroġ is-sejħa għal kuratur ġewwa l-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Heritage Malta m’ghandhiex ħsieb li toħrog din is-sejha fil-futur qarib.

Orkestra Nazzjonali – mużiċisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ mużiċisti full-time u part-time fi ħdan l-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta sad-9 ta’ Marzu 2013 skont l-istrument li jdoqqu? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa finali għall-pagi tal-mużiċisti u s-surmast għas-sena 2013? ? Jista’ jgħid kemm kien hemm mużiċisti li spiċċaw bl-età mid-9 ta’ Marzu 2013 sas-26 ta’ April 2015 u x’kien it-tip ta’ strument li kienu jdoqqu? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ mużiċisti full-time skont l-istrument li jdoqqu li llum jifformaw parti mill-Orkestra Nazzjonali? Jista’ jgħid għaliex żdied in-numru ta’ mużiċisti fi ħdan l-Orkestra Nazzjonali? Jista’ jgħid min kienu l-membri fuq il-Bord tal-Għażla biex ġew magħżula dawn il-mużiċisti? Jista’ jgħid x’inhuma l-kwalifiki tal-membri tal-Bord tal-Għażla? Jista’ jgħid liema strumenti żdiedu fi ħdan l-Orkestra Nazzjonali b’din l-għażla/żieda tal-mużiċisti? Jista’ jgħid kemm hi l-ispiża finali fis-sena bħala pagi tal-mużiċisti u surmast għas-sena 2015?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Court cases –Preliminary reference to the European Court of Justice

Question

Can the Minister state how many applications have been made by the parties to a case asking the Maltese Courts to make a preliminary reference to European Court of Justice, since Malta’s accession to the European Union? How many of these applications were made to the courts of last resort? How many preliminary references to the European Court of Justice were actually made by the Maltese Courts since Malta’s accession to the European Union?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li ninsab infurmat li l-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta u Għawdex ma jżommux statistika fir-rigward tan-numru ta' rikorsi magħmula mill-partijiet biex il-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta jiddeċiedu favur li jagħmlu referenza preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropeja u fir-rigward tan-numru ta' rikorsi magħmula bl-istess mod iżda lill-Qorti tal-aħħar istanza. Intant, mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja, in-numru ta’ referenzi preliminari li ġew magħmula mill-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta kienu tnejn. i. Referenza Preliminari dwar il-validità u l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (EC) No 530/2008 tat- 12 ta’ Ġunju 2008 u l-validità tal- Artiklu 7(2) tal-Regolament tal-Kunsill (EC) 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002. ii. Referenza Preliminari dwar l-Artiklu 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14791 u jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jgħid, wieħed wieħed, min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena, fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena, l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi tabella bl-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Konverżjoni - problema ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-problema li qed jesperjenzaw residenti li joqogħdu fi Triq il-Konverżjoni f'San Pawl il-Baħar fejn f'partijiet partikolari fit-triq imsemmija, qed iżomm l-ilma b'konsegwenza li dan qed joħloq inkonvenjent lill-istess residenti? Jista' jara dan l-inkonvenjent peress li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar kien infurmat ukoll iżda s'issa l-ebda azzjoni effettiva ma ttieħdet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li ntalab parir mingħand il-Perit tal-Kunsill dwar it-triq imsemmija.

Tempji tall-Ġgantija – produzzjoni b’format 5D

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħa ħsieb il-produzzjoni ġdida b’format 5D li qed tintuża fis-sit tal-Ġgantija, Għawdex? Kemm swiet l-istess produzzjoni? Saret sejħa biex saret din l-istess produzzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li ma hemm l-ebda produzzjoni b’format 5D fil-Ġgantija, Għawdex.

San Pawl il-Baħar — rapport dwar il-kundizzjonijiet tat-toroq

Question

Billi ripetutament issir referenza għar-rapport li suppost sar dwar il-kundizzjonijiet tat-toroq ta' San Pawl il-Baħar li skont kif jiġi rrapurtat li huma meħtieġa €9 miljuni għax-xogħol neċessarju, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istess rapport? Min ħejja r-rapport? ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – Positions of trust

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14776 u jgħid liema kienu l-positions of trust li kien hemm fi ħdan il-Ministeru tiegħu u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, mill-2004 sal-2012?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Lokali tal-Mosta – rapport dwar l-istat tat-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar fl-2012 fuq talba tal-Kunsill Lokali tal-Mosta, dwar l-istat tat-toroq?

Response (BONNICI, OWEN)

Irrid ninforma lill-Kamra b’xi ħaġa li jien jidhirli li hija serja. Meta xi membru ta’ dina l-Kamra jagħmel domanda parlamentari lil xi Ministru, il-Ministeru rispettiv jirċievi d-domanda u din tiġi riferuta lid-dipartiment konċernat biex id-dipartiment iħejji abbozz ta’ tweġiba. Fil-każ ta’ dina l-mistoqsija l-uffiċju tiegħi segwa dan il-proċess. F’dan il-każ id-dipartiment konċernat jirriżulta li huwa d-dipartiment għall-Gvern Lokali. F’mistoqsijiet bħal dawn, peress li l-Kunsilli Lokali huma entitajiet distinti skont il-Liġi, d-dipartiment idur fuq il-Kunsill Lokali li dwaru ssir id-domanda sabiex dan jgħaddi l-informazzjoni lid-dipartiment u d-dipartiment jgħaddiha lill-uffiċju tiegħi. Meta l-uffiċju tiegħi għadda l-mistoqsija lid-dipartiment għall-Gvern Lokali u wara li d-dipartiment talab l-informazzjoni mill-Kunsill Lokali tal-Mosta, l-abbozz tat-tweġiba li wasal għandi mid-dipartiment kienet tgħid hekk: “Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li l-aħħar rapport li rċieva kien dan li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra bid-da ta tad-19 ta’ Frar, 2009. Dawn ir-rapporti jsiru minn Transport Malta (dak iż-żmien ADT) u għalhekk nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel it-talba tiegħu għal rapporti aktar riċenti lill-Ministeru konċernat. Mehmuż: ADT - Mosta Roads Inspection Report 2009.” Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tweġiba li waslitli u li jien kont ser niffirma, wara li l-uffiċju tiegħi vverifika din it-tweġiba mad-Dipartiment konċernat darbtejn, minħabba li għorkitna għajnejna li ngħatajna rapport tal-2009 meta d-data mitluba fil-mistoqsija parlamentari kienet l-2012 (DOK A). Irrid ngħid fil-fatt li din l-insistenza min-naħa tagħna wasslet biex jien ġejt mgħarraf li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali kien għamel verifiki addizzjonali fil-files interni tiegħu u rriżulta li fil-fatt kellu kopja tar-rapport tal-2012 li l-Onor. Interpellant qed jagħmel referenza għalih. Irrid nghid li sitwazzjoni kompliet tevolvi meta mbagħad deher artiklu f’ġurnal lokali (DOK B) u llum deher rapport ieħor f’medium elettroniku (DOK Ċ) li ġie riprodott ukoll f’ħarġa oħra tal-istess ġurnal lokali fejn qiegħed jingħad ċar u tond li fil-fatt dan ir-rapport tal-2012 li dwaru qed jagħmel id-domanda l-Onor. Interpellant jeżisti u anzi sar mill-kumpanija tal-periti tas-Sindku tal-Mosta u r-raġel tagħha. Immedjatament meta gejt iffaċċjat bl-eżistenza tar-rapport tal-2012 tlabt direttament spjega bil-miktub mingħand id-Direttur tal-Gvern Lokali għal dan in-nuqqas mill-iktar serju li min-naħa tiegħu talab din lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali tal-Mosta biex jagħti t-tweġibiet. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispjega bil-miktub li bagħatli d-Direttur għall-Gvern Lokali (DOK D). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport de quo (DOK E). Irrid nispecifika li l-Aġent Segretarju Eżekuttiv ikkonferma fir-rapport tiegħu li nkiteb lid-Direttur għall-Gvern Lokali li dan ir-rapport ma nstabx fil-Kunsill Lokali. Irrid ngħid li jiena m’jien kuntent xejn b’dan l-aġir tal-Kunsill Lokali tal-Mosta li huwa ovvju li pprova, b’mod xejn konvinċenti ngħid jien, jilgħab bis-semantika bil-konsegwenza li seta’ żgwida dina l-Kamra u li kieku kien għall-Kunsill Lokali tal-Mosta dan ir-rapport ma poġġejtux fuq il-Mejda tal-Kamra. Inħalli għall-Onor. Interpellant jasal għall-konklużjonijiet tiegħu jekk aġir bħal dan u l-istorja nnifisha wara dan ir-rapport huwiex denju ta’ Kunsill li għandu jirispetta l-valuri tat-trasparenza u good governance . Da parti tiegħi, jiena diżappuntant immens bil-mod kif din il-Kamra ġiet trattata mill-Kunsill Lokali de quo.

Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar — time parking zones

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru talbiet, mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, biex ikun hemm time parking zones matul l-aħħar 12-il xahar? Għal liema toroq ta' San Pawl il-Baħar saret din it-talbajew talbiet? Meta saret u x'kienu r-risposti li tat Transport Malta, f'kull każ separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li matul l-aħħar tnax-il xahar saret talba waħda għal time parking zones. It-talba saret għal Triq l-Erba’ Mwieżeb.

Kunsilli Lokali – żieda fil-complement

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-kunsilli lokali li talbu biex ikollhom ħaddiema iktar mill-complement kif stabbilit mil-Liġi? Liema minn dawn it-talbiet ġew approvati? X’kien ir-riżultat, f’termini ta’ żieda ta’ impjegati b’riżultat ta’ dawn l-approvazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li qed isir eżerċizzju sabiex tinġabar din l-informazzjoni, għaldaqstant l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14271 u jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14948. Intant, nfakkar lill-Onor. Interpellant li l-persuni li huma fis-Segretarjat tiegħi u tal-Onor. Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Gvern Lokali huma kollha Persons of Trust li l-kuntratt ta’ mpjieg tagħhom huma kollha bbażati fuq id-dokument Engagement of Staff for Ministers Secretariat li kien ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-15 ta’April 2013.

Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14272 u jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14948. Intant, nfakkar lill-Onor. Interpellant li l-persuni li huma fis-Segretarjat tiegħi u tal-Onor. Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Gvern Lokali huma kollha Persons of Trust li l-kuntratt ta’ mpjieg tagħhom huma kollha bbażati fuq id-dokument Engagement of Staff for Ministers Secretariat li kien ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-15 ta’April 2013.

Kunsilli lokali — enerġija alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk għandniex kunsilli lokali li ffirmaw il-commitment tagħhom biex jintlaħqu t-targets dwar l-enerġija alternattiva sal-2020? Jekk iva, liema huma l-kunsilli li għamlu tali ftehim?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Heritage Malta — Bord tal-Għażla

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15314, jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri tal-Bord tal-għażla peress li dawn tħallew barra mir-risposta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm huwa possibbli jiena nipprova ma nippubblikax ismijiet ta’ persuni, huma min huma, f’risposti Parlamentari sakemm dan ma jkunx assolutament meħtieg fl-interess pubbliku. Huwa għalhekk li jien ma tajtx dawn l-ismijiet u nappella lill-Oppożizzjoni tuża prudenza massima f’dan ir-rigward. Biss, ladarba l-Onor. Interpellant issottometta dina d-domanda u skans kull ekwivoku, nirrispondi li l-persuni msemmija hawn taħt servew f’diversi bordijiet tal-għażla biex jimtlew il-postijiet msemmija fil-mistoqsija parlamentari 15091: Kenneth Gambin Alan M Sant Anthony De Giovanni Anthony Zammit David Zahra Frederick Fearne Godwin Vella Ivan Barbara Joseph Caruana Joseph Grech Katya Stroud Keith Camilleri Maria Elena Zammit Noel Zammit Olivianne Briffa Paul Debattista Pierre Bonello Raymond Jones Ruben Abela Sharon Sultana Sue Ellen Farrugia Gregory Victor Laiviera

Qorti Ċivili – Prim’Awla tal-Qorti Ċivili – kawżi assenjati

Question

Jista’ l-Ministru jispjega l-proċedura li ġiet segwita u min kien preżenti biex ġew assenjati l-kawżi li ġew ippreżentati fil-Prim’Awla Qorti Ċivili nhar it-Tnejn, 23 ta’ Frar 2015? Jista’ jgħid liema kawżi ġew assenjati lil liema ġudikanti wara din l-assenjazzjoni tal-kawżi li ġew ippreżentati f’dik il-ġurnata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-kawżi ċivili ppreżentati fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili jiġu assenjati bejn l-Imħallfin mid-Deputati Reġistraturi fuq struzzjonijiet tar-Reġistratur skont kif ikun ġie previst mill-Prim Imħallef skont il-liġi fid-distribuzzjoni tax-xogħol tal-qrati . Il-kawżi Ċivili jitqassmu skont il-materja fil-kawża u jingħataw lill-Imħallef li hu magħżul biex jisma’ dak it-tip ta’ kawzi. Il-kawżi li l-materja partikolari tagħhom ma tkunx ġiet assenjata lil xi ġudikant speċifiku jitqassmu bejn l-imħallfin kollha. Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq struzzjonijiet tal-Prim Imħallef, mid- 9 ta’ Ottubru 2014, il-kawżi ġenerali bdew jitqassmu lill-Imħallef wieħed li kien għadu kemm ġie appuntat u li għalhekk ma kellu ebda kawża assenjata lilu. Dan l-arranġament għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm in-numru ta’ kawżi quddiem l-istess Imħallef jilħaq il-livell medju tal-kawżi li għandhom quddiemhom l-Imħallfin l-oħra. Intant, ngħarraf lill-Onor. Membru li l-kawżi ppreżentati fit-23 ta’ Frar 2015 ġew imqassma lill-ġudikanti skont il-materja assenjata lilhom mill-Prim Imħallef.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija għall-perjodu msemmi.